Il-Qorti
Rat li fit-28 ta’ Mejju 2012 it-Tribunal tal-Konsumatur ippronunzja s-segwenti sentenza fl-avviz numru 143/10 fl-ismijiet premessi:-
“It-Tribunal
Wara li ha konjizzjoni tal-Avviz fl-ismijiet fuq premessi pprezentat fis-7 t’April 2010 fejn ir-rikorrenti talbu danni ta’ elfejn u tliet mitt ewro (€2,300), rapprezentanti aperturi ta’
l-Iroko, fejn beda hiereg is-sadid f’uhud mic-cappetti tal-imsemmija aperturi.
L-intimati pprezentaw risposta bil-miktub ghal din it-talba, u attendew ghas-seduta. Illi wara li sema’ x-xhieda guramentata tar-rikorrenti li huma l-istess rikorrenti, u wara li sema’ x-xhieda tal-intimati li huma rapprezentanti tas-socjetajiet intimati, u wara li ha konjizzjoni tal-fatti kif ukoll tac-cirkostanzi kollha tal-kaz.
Ikkunsidra s-segwenti:
Ir-rikorrenti sottomettew bil-miktub illi huma kienu ingaggaw lill-intimat sabiex jissuplixxi u jinstalla aperturi ta’ l-Iroko. Illi rrizulta li c-cappetti tal-imsemmija aperturi kellhom ikunu electro-galvanised plated u li wara xi zmien beda hiereg is-sadid minn xi whud mic-cappetti.
L-intimat issottometta li electro-glavanising huwa l-unika tip ta’ galvanizing li fil-prattika jintuza hawn Malta.
Ghal dawn il-motivi:
It-Tribunal, wara li sema’ lill-partijiet u ra n-nota ta’ sottomissjonijiet, qed jilqa’ t-talba tar-rikorrenti u jordna lill-intimati in solidum bejniethom ihallsu s-somma ta’ elfejn ewro (€2,000) bl-ispejjez kontra l-istess intimati.
Rat li s-socjeta’ konvenuta Metalfit Company Limited hassitha aggravata b’din id-decizjoni u interponiet appell minnha quddiem din il-Qorti.
Rat ir-rikors tal-appell tal-iumsemmija socjeta’ appellanti fejn gie premess:-
1. Illi permezz tal-avviz fl-ismijiet premessi, ir-rikorrenti talbu illi l-intimat Raymond Bajada jigi ordnat ibiddel ic-cappetti affettwati w jirripristina l-aperturi affetwati billi jinzebghu mill-gdid u li jekk huwa jonqos milli jaghmel dan fi zmien stipulat mit-Tribunal, illi r-rikorrenti jigu awtorizzati jaghmlu huma x-xoghol necessarju, a spese tal-intimat.
2. Illi l-intimat Bajada talab li tigi kkjamata fil-kawza s-socjeta` esponenti.
3. Illi s-socjeta` esponenti eccepiet (a) illi hija ma ghandha ebda relazzjoni kummercjali u konsegwentement ebda relazzjoni guridika mar-rikorrenti konjugi Spiteri Bailey u ghaldaqstant, in kwantu t-talbiet tar-rikorrenti huma ndirizzati minnhom lejn is-socjeta’ eccipjenti, dawn ghandhom jigu rigettati bl-ispejjez kontra r-rikorrenti u (b) in subsidju w bla pregudizzju ghall-premess, in kwantu ghall-oggetti mibjugha u konsenjati lill-intimat l-iehor Raymond Bajada, dan kien jaf ben tajjeb x’tip ta’ zinkatura tinghata lill-istess oggetti mill-fabbrika tal-esponenti, ghax ma kienx l-ewwel darba li nqeda bis-servizzi tas-socjeta’ eccipjenti, in kwindi kien imgharraf u jaf li l-istess oggetti ma kienux idoneji li jintuzaw fuq barra, allura messu tahom zinkatura u/jew protezzjoni differenti w ulterjuri ghal dik moghtija mis-socjeta’ esponenti.
4. Illi permezz tas-sentenza tat-28 ta’ Mejju 2012, it-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumatur iddecieda l-proceduri billi laqa’ t-talba tar-rikorrenti w ordna lill-intimati in solidum bejniethom ihallsu s-somma ta’ €2,000, bl-ispejjez kontra l-istess intimati.
5. Illi s-socjeta` esponenti hasset ruhha aggravata bl-imsemmija sentenza u ghalhekk qed tinterponi umili appell minnha lil din l-Onorabbli Qorti, ghar-ragunijiet segwenti.
6. Illi l-aggravji tal-appellanti huma cari u manifesti u jikkonsistu fis-segwenti:-
(a) Illi l-appellanti esponenti ma ghandha ebda relazzjoni kummercjali u konsegwentement ebda relazzjoni guridika mar-rikorrenti konjugi Spiteri Bailey u ghaldaqstant, l-esponenti kellha tigi liberata mill-osservanza tal-gudizzju.
(b) Illi in subsidju w minghajr pregudizzju ghall-premess, it-Tribunal mar oltre u lil-hinn mir-rimedju w it-talbiet tar-rikorrenti.
(c) Illi minghajr pregudizzju ghall-premess, is-sentenza appellata tikkontjeni apprezzament zbaljat tal-provi u tal-kontestazzjoni relattiva.
(d) Illi minghajr pregudizzju ghall-premess, is-sentenza u r-rimedju moghti lir-rikorrenti huwa sproporzjonat fil-konfront tal-esponenti appellant, tenut ukoll kont tar-rizultanzi tal-kaz odjern.
7. L-ewwel aggravju tas-socjeta` esponenti: illi l-appellanti ma ghandha ebda relazzjoni kummercjali u konsegwentement ebda relazzjoni guridika mar-rikorrenti konjugi Spiteri Bailey u ghaldaqstant, l-esponenti kellha tigi liberata mill-osservanza tal-gudizzju.
Jirrizulta mill-atti illi r-rikorrenti kienu ordnaw diversi aperturi minghand il-konvenut Raymond Bajada. Ghaldaqstant il-partijiet kontrajenti w ir-relazzjoni ta’ konsumatur u kummercjant, hija unikament bejn ir-rikorrenti w il-konvenut. Ir-rikorrenti la qatt xtraw xejn minghand l-esponenti u lanqas ma qatt ikkontrattaw maghha.
L-esponenti la pprovddiet ebda servizz lir-rikorrenti u l-anqas ma fornietilhom xi prodott. L-uniku involviment indirettissimu tal-esponenti kien konsegwenza tal-fatt illi l-konvenut kien ha xi oggetti ghand l-esponenti sabiex isirilhom trattament ta’ zincatura elettrochimica.
Il-fatt illi r-rikorrenti ma kellhom ebda relazzjoni guridika, huwa rikonoxxut mir-rikorrenti stess, kemm minhabba illi huma intavolaw l-proceduri odjerni unikament kontra l-konvenut Bajada, kemm mix-xhieda prodotti u jirrizulta ulterjorment u b’mod inekwivoku min-nota ta’ sottomissjonijiet tar-rikorrenti stess.
F’dan ir-rigward issir riferenza partikolari ghas-segwenti estratt min-nota ta’ sottomissjonijiet tar-rikorrenti:
“Illi ghalhekk huwa car u manifest illi f’dan il-kaz, il-kummercjant naqas milli jizgura illi “l-oggetti minnu forniti jkunu addattati ghall-iskop partikolari li ghalih il-konsumatur ikun jehtieghom u li jkun gharraf bihom lill-kummercjant meta kien qed jaghmel il-kuntratt_u li jkunu addattati ghall-iskop li ghalih l-oggetti ta’ l-istess tip normalment jintuzaw.”
Semplici ezami tal-premess jikkonferma b’mod ampju illi l-esponenti ma tinkwadrax fil-lamenteli w il-pretensjonijiet tar-rikorrenti; (a) kif gja` rilevat l-esponenti ma kienet forniet l-ebda oggetti (l-oggetti kienu gew forniti mill-konvenut), (b) l-esponenti qatt ma kienet giet imgharrfa x’kien ser ikun l-iskop partikolari li ghalih kienu mehtiega l-oggetti li kienu ser jigu trattati (kemm ghax hija qatt ma kkomunikat jew kellha xi kuntatt jew intendiment mar-rikorrenti u kif ukoll minhabba li l-anqas il-konvenut ma kien indika l-iskop relattiv u (c) ir-rikorrenti ma kellhom ebda kuntratt mal-esponenti, peress li huma kienu ikkontrattaw direttament mal-konvenut u ghalhekk l-esponenti kienet totalment estraneja ghall-kuntratt ta’ bejn ir-rikorrenti w il-konvenut.
Inoltre fir-riassunt dettaljatissimu tat-talbiet taghhom, li r-rikorrenti ghamlu fin-nota ta’ sottomissjonijiet, huma regghu tennew illi t-talbiet taghhom huma diretti unikament kontra l-konvenut Bajada.
Anke jekk, dato ma non concesso, il-konvenut kellu xi tip ta’ xi pretensjoni fil-konfront tar-relazzjoni guridika li hu, minn-naha tieghu kellu mal-esponenti, zgur illi tali pretensjoni ma setghetx tigi ventilata tramite proceduri quddiem it-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumatur. Semmai, dawn setghu jigu biss mressqa permezz ta’ kawza ad hoc impostata mill-konvenut kontra s-socjeta’ esponenti u dan fil-Qorti kompetenti.
In mancanza ta’ tali rapport guridiku, u fin-nuqqas tal-ezistenza tar-rapport bejn konsumatur u kummercjant, huwa logiku li l-esponenti ma setghet qatt tigi kkundannata tirrizarcixxi xi danni pretisi, tajjeb jew hazin, ir-rikorrenti. Jekk kien hemm xi nuqqas fl-ezekuzzjoni tal-appalt u fil-kwalita` tal-apperturi pprovduti, huwa logiku illi tali nuqqas kellu jigi attribwit lill-parti kontrajenti maghhom, u cjoe` il-konvenut. Kien il-konvenut, bhala l-persuna li accettat l-appalt tar-rikorrenti, li kien tenut illi jaccerta ruhu li dak li kien ser jipprovdi kien idoneju u skond il-kuntratt tieghu mar-rikorrenti.
In vista ta’ nuqqas ta’ relazzjoni guridika bejn ir-rikorrenti w is-socjeta` esponenti, l-istess esponenti ghandha tigi liberata mill-osservanza tal-gudizzju.
8. It-tieni aggravju tas-socjeta` esponenti: illi in subsidju w minghajr pregudizzju ghall-premess, it-Tribunal mar oltre u lil-hinn mir-rimedju w it-talbiet tar-rikorrenti.
Ir-rimedju mitlub mir-rikorrenti huwa wiehed carissimu w inekwivoku, rizultanti mill-avviz tat-talba, li testwalment tghid “Ahna qed nitolbu illi c-cappetti affettwati jigu mibdula u l-aperturi affetwati jigu riprestinati billi jinzebghu mill-gdid. Jekk l-intimat jonqos milli jaghmel dan fi zmien stipulat minn dan it-Tribunal nitolbu il-permess sabiex naghmlu x-xoghol necessarju a spese ta’ l-intimat.”
Li kieku dan ma kienx car bizzejjed, ir-rikorrenti regghew tennew u kkonfermaw ir-rimedju rikjest permezz tal-proceduri odjerni, fin-nota ta’ sottomissjonijiet taghhom, ossija:
“Illi ghalhekk r-rikorrenti qed jitolbu lil dan it-Tribunal sabiex jordna lis-Sur Bajada sabiex:
(i) Jaqla’ c-cappetti kollha u jbiddilhom b’ohrajn godda illi jkunu ggalvanizzati b’mod illi jkunu jifilhu ghall-elementi. Hawnhekk wiehed irid japprezza illi l-aperturi in kwistjoni huma mwahhla fir-residenza tar-rikorrenti u ghalhekk it-tibdil ta’ l-imsemmija cappetti ser jikkawza inkonvenjent kbir lir-rikorrenti jekk ma jsirx bil-ghaqal u b’certu hsieb u espedjenza, b’mod illi kif tinqala’ cappetta din tigi mibdula minnufih b’cappetta gdida qabel ma jinqalghu aktar cappetti.
(ii) Jaghti garanzija illi l-iggalvanizzar uzat huwa idoneju ghal aperturi esterni billi jgib tali assigurazzjoni bil-miktub minghand min jissuplixxieh b’tali galvanizzar;
(iii) Jerga’ jizboh l-aperturi sabiex id-dehra taghhom tigi riprestinata ghal dik li kienet qabel ma ssaddu c-cappetti;
(iv) Jaghmel dan kollu u jlesti x-xoghol fi zmien qasir u perentorju stabbilit minn dan it-Tribunal u b’mod illi ma jikkawzax inkonvenjent lir-rikorrenti.
F’kaz illi l-kummercjant mhuwiex f’pozizzjoni li jaghmel dan kollu, jew inkella ifalli milli jwettaq dan kollu fil-hin qasir u perentorju stabbilit minn dan it-Tribunal ir-rikorrenti umilment jitolbu lil dan it-Tribunal sabiex jordna rifuzjoni ta’ parti mill-prezz ta’ l-aperturi ekwivalenti ghall-prezz illi jkollhom ihallsu lil terzi sabiex jaghmlulhom dan l-istess xoghol, u dan taht dawk il-provvedimenti illi dan it-Tribunal jidhirlu xierqa u opportuni.”
Tenut kont tal-premess, jigi sottomess bir-rispett illi t-Tribunal ma setax jinjora it-talbiet espliciti w ir-rimedji cari rikjesti mir-rikorrenti, daqs li kieku ma kienux saru u minflok jaqbad u jaqta kollox fil-qasir u semplicement jillikwida somma bhala pagabbli lir-rikorrenti.
9. It-tielet aggravju tas-socjeta` esponenti: illi s-sentenza appellata, tikkontjeni apprezzament zbaljat tal-provi u tal-kontestazzjoni relattiva.
Apparti l-fatt illi kif gja spjegat, ma kien hemm l-ebda ness guridiku bejn ir-rikorrenti u l-esponenti, fi kwalunkwe kaz, l-apprezzament tal-provi kien bir-rispett kollu zbaljat u t-Tribunal naqas milli jikkonsidra aspetti fundamentali dwar il-mertu.
Mill-provi prodotti certament illi ma rrizultax illi l-esponenti kienet naqset mill-obbligi taghha.
Fl-ewwelnett jirrizulta illi l-konvenut ma kien b’ebda mod indika lis-socjeta` esponenti l-ghan specifiku li ghalihom kienu ser jigu utilizzati l-oggetti li ried li jigu trattati (bhal per ezempju jekk hux ser jintuzaw gewwa jew barra) u l-anqas ma kien ikkontratta maghha dwar xi kwalitajiet/karatteristici partikolari. Kif tajjeb xehed Giogio Galvan, nonostante li jezistu diversi tipi, gradi u kwalitajiet ta’ trattamenti ta’ zincatura elettrochimica, is-socjeta` esponenti tipprovdi biss tip wiehed minn dawn u ta’ grad uniku. Jekk l-uniku trattament li tipprovdi l-esponenti ma kienx approprijat ghall-iskop li kellu f’rasu l-konvenut, zgur illi ma kienx jispetta lill-esponenti li tipprova tindovina x’kienu l-intenzjonijiet tieghu, wisq iktar illi kif gja` inghad, l-esponenti toffri biss dak it-tip ta’ trattament. L-ghazla tat-tip ta’ zinkatura, ossija jekk hux dik tat-tip provduta mill-esponenti jew xi wahda mit-tipi l-ohra offruti minn azjendi lokali ohra, kienet esklussivament tal-konvenut u ghaldaqstant huwa biss il-konvenut li ghandu jirrispondi ghal tali ghazla.
Di fatti kif jirrizulta mill-provi, il-problema riskontrata mir-rikorrenti ma kienitx konsegwenza tax-xoghol kif ezegwit mill-esponenti, izda semplicement konsegwenza tal-fatt illi l-konvenut kien ghazel li jutilizza tip ta’ zinkatura li ma kienitx adegwata ghall-iskop li kellu f’rasu l-konvenut. Kif spjega s-sur Galvan, l-esponenti tipprovdi biss tip wiehed ta’ zinkatura u ghalhekk jekk il-konvenut ried jutilizza c-cappetti ghal xoghol fuq barra u cjoe` esposti kontinwament ghall-elementi, messu mar ghan azjendi ohrajn li joffru zinkaturi intizi ghal dak il-ghan. Nonostante li l-konvenut Bajada kien jaf x’kienet in-natura ta’ zinkatura provduta mill-esponenti, huwa xorta wahda mar ghandha, minghajr ma spjega l-ghan mehtieg. Wiehed hawn ma jistax jasal ghal konkluzjoni ohra ghajr illi l-konvenut Bajada kien ghamel hekk sabiex jaghmel qliegh ulterjuri fuq l-istima li kien ipprovda lir-rikorrenti. Di fatti, kif spjega fid-dettal is-sur Galvan, it-tip ta’ zinkatura pprovduta mill-esponenti hija wahda ta’ 8 microns, filwaqt illi hawn azjendi lokali ohra li jipprovdu zinkatura ghal xoghol li jkun ser jintuza fuq barra, li tkun tvarja minn 25 sa 150 microns. Ghalhekk, jekk il-konvenut Bajada ghogbu jaghti garanziji ulterjuri w informazzjoni zbaljata lir-rikorrenti, certament illi l-esponenti ma ghandhiex tiirispondi ghall-agir ta’ Bajada.
Filwaqt illi l-esponenti ma kienitx taf x’tip ta’ uzu kien ser jaghmel il-konvenut bic-cappetti, kif rilevat mir-rikorrenti stess fin-nota ta’ sottomissjonijiet taghhom, kien BISS il-konvenut li kien ipprovdielhom il-garanziji w is-serhan tal-mohh u dejjem b’riferenza ghall-konvenut, komplew ighidu - “kellu jiggustifika il-prezz sostanzjali ta’ dawn l-aperturi kif jirrizulta mill-invoice prezentata”.
Di fatti, iz-zewg fatturi tal-konvenut jammontaw globalment ghal €24,928.95c (ekwivalenti ghal Lm10,702). Fl-ahhar mill-ahhar, anke s-semplici prezz ghaz-zinkatura (globalment ammontanti ghal €72.96c - inluz VAT) imhallas mill-konvenut Bajada lill-esponenti, juri bic-car illi tali zinkatura hija wahda bazika w certament mhux wahda mehtiega ghall-uzu estern. Ma hemmx ghalfejn wiehed ikun tekniku biex jintebah b’dan. Bhala ezempju, zebgha adegwata sabiex tinzebah dghajsa certament illi mhijiex l-istess li tintuza biex tizbogh semplici mejda, izda jekk wiehed ma jghidx lill-fornitur taz-zebgha l-ghan specifiku mehtieg u semplicement jitlob zebgha, b’mod generiku, zgur illi l-fornitur taz-zebgha ma jistax jitqies respoinsabbli, jekk din ma tintuzax mill-utent ghall-iskop li ghaliha hija intiza.
Inoltre, fin-nota ta’ sottomissjonijiet, ir-rikorrenti gustament irrilevaw - “Illi meta fix-xhieda tieghu s-Sur Bajada qal illi huwa kien konvint illi l-iggalvanizzar illi kien uza kien wiehed idoneju, hu gie mistoqsi diversi drabi mir-rikorrenti kif wasal ghal tali konkluzjoni, izda huwa baqa’ ma wegibx u meta mistoqsi x’ricerka kien ghamel dwar dan huwa ma kienx f’pozizzjoni illi jirrispondi.” u “Illi zgur illi mhuwiex ekwu u gust illi r-rikorrenti ibaghtu l-ispejjez ikkawzati unikament minn nuqqas ta’ kompetenza tas-Sur Bajada fl-ghazla ta’ iggalvanizzar illi huwa ta lic-cappetti, aspett essenzjali fil-mistier tieghu ta’ mastrudaxxa.” (sottolinea tal-esponenti) Dan ikompli jikkonferma illi, anke r-rikorrenti stess huma konvintissimi illi huwa biss il-konvenut li huwa responsabbli ghall-ghazla hazina tat-tip ta’ zinkatura li kellha tigi utilizzata ghall-iskop partikolari minnu intiz u li kien ikun assolutament ingust u inkoncepibbli li huma jindirizzaw il-lamentali taghhom fil-konfront tal-esponenti. Fl-ahhar mill-ahhar, kif gja` rilevat, peress illi l-esponenti toffri biss it-tip ta’ zinkatura li hija adegwata ghal ambjenti interni, zgur illi ma setghatx tezegwixxi tip ta’ zinkatura li l-anqas biss tipprovdi!
10. Ir-raba’ aggravju tas-socjeta` esponenti: is-sentenza u r-rimedju moghti lir-rikorrenti huwa sproporzjonat fil-konfront tal-esponenti appellant, tenut ukoll kont tar-rizultanzi tal-kaz odjern.
Kif gja` indikat, fil-kaz odjern jirrizulta illi l-appalt ghall-provvista w l-installar ta’ aperturi kompluti, kien esklussivament bejn ir-rikorrenti w il-konvenut Bajada u li skond iz-zewg fatturi mahruga mill-konvenut, l-ammont pagabbli mir-rikorrenti lill-konvenut kien globalment ta’ €24,928.95c (ekwivalenti ghal Lm10,702).
Huwa mod meta wiehed jikkompara tali ammont mal-figura ta’ €2,000, (sija pure erronjament u kontra t-talbiet tar-rikorrenti), likwidata mit-Tribunal, izda certament ma jezisti l-ebda proporzjon (kif kontemplat fl-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur), inkwantu jirrigwarda l-prezz taz-zinkatura effetwata mill-esponenti, globalment ammontanti ghal €72.96c (inluz VAT). Ma ghandux ikun hemm dubbju illi l-aspett ta’ proporzjonalita` ghandu jkun principju fondamentali.
Inoltre, fil-kamp tal-garanziji ghad-difetti li ma jidhrux dwar oggetti mibjugha, huwa wkoll principju stabbilit mill-Kodici Civili, illi gudikant ghandu jiehu in konsiderazzjoni jekk il-bejjiegh kienx jaf bid-difett tal-oggett jew le. Fil-fatt, l-artikolu 1429 tal-Kodici Civili jtenn illi; “(1) Jekk il-bejjiegh kien jaf bid-difetti tal-haga mibjugha, hu obbligat mhux biss li jrodd il-prezz li jkun ircieva izda wkoll li jhallas id-danni lix-xerrej. (2) Jekk il-bejjiegh ma kienx jaf bid-difetti tal-haga, hu obbligat biss irodd il-prezz u jhallas lix-xerrej l-ispejjez li jkollhom x’jaqsmu mal-bejgh.” F’dan ir-rigward issir ukoll riferenza ghas-sentenza fl-ismijiet, Patrick Muscat et vs Right Deal Limited – decisa mill-Qorti tal-Magistrati (Malta) fis-17 ta’ April 2012. Fil-kaz odjern, wiehed irid ulterjorment jikkonsidra, mhux biss illi l-esponenti ma bieghet xejn u ma pprovdiet l-ebda specifications jew garanziji lir-rikorrenti, izda wkoll li l-esponenti certament ma setghatx kienet taf li seta’ jirrizulta xi dannu peress illi ma kienitx giet avzata li c-cappetti kienu ser jintuzaw f’ambjenti esterni (kif sottomess iktar ‘l fuq, il-problema ma kienitx kawza ta’ xi kwalita` karenti fiz-zinkatura pprovduta mill-esponenti, izda unikament konsegwenza tal-ghazla zbaljata minn-naha tal-konvenut Bajada, tat-tip ta’ zinkatura li kellha tigi uzata).
Ghal dawn ir-ragunijiet is-socjeta’ appellanti, kjamata in kawza, qed titlob li din il-Qorti tirriforma s-sentenza appellata tat-28 ta’ Mejju 2012 fis-sens illi tilqa’ l-eccezzjonijiet tal-appellanti, tichad it-talbiet tar-rikorrenti fil-konfront tal-esponenti u tillibera lill-esponenti appellanti mill-osservanza tal-gudizzju, bl-ispejjez taz-zewg istanzi kontra l-konvenut.
Rat ir-risposta tal-appell tal-atturi appellati Nicolette u Michael konjugi Spiteri Bailey fejn gie sottomess:-
Illi s-sentenza hija gusta u timmerita konferma.
Illi it-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumaturi kellu l-opportunita li jgharbel sew il-provi migjuba quddiemu u f'dan ir-rigward is-sejbiet fattwali tat-Tribunal m' ghandhomx jigu ddisturbati.
Illi f'dan il-kaz gie ippruvat ampjament illi l-atturi soffrew dannu billi l-intimat issupplixxa u installa aperturi ta' l-Iroko, liema aperturi kellhom cappetti li wara ftit zmien beda hiereg is-sadid minn hafna minnhom.
Illi dan gie kkonfermat mit-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumaturi fis-sentenza appellate.
Illi fattwalment, l-atturi gew imwegheda cappetti tajbin ghall-uzu fuq barra, izda gew suppliti prodott li ma kienx konformi ma' din id-deskrizzjoni, tant illi wara biss ftit zmien dawn ic-cappetti bdew jissaddu bil-konsegwenza illi dan is-sadid ghamel hsara lill-apperturi mixtrija mill-atturi:
Illi ai termini tal-artikolu 73 tal-Art Dwar l-Affarijiet tal-Konsumaturi, kull kummercjant huwa obbligat li jissupplixxi prodotti konformi mad-deskrizzjoni taghhom u
mal-ispecifikazzjonijiet fil-kuntratt tal-bejgh “u skond hekk ikollhom l-obbligu li jiiguraw li l-oggetti -
(a) jkunu konformi mad-deskrizzjoni mogntija mill-kummercjant u jkollhom il-karatteristici. l-fatiizzi u l-kwalitajiet ia' l-oggeit li l-kummerqant jkun uneghed jew ikun wera jew xort' ohra pprezenta lill-konsumatur bhala kampjun jew mudell;
(b) jkunu adatti gnall-iskop partikolari li ghalih il-konsumaiur ikun jehtieghom u li jkun gharraf bihom lill-kummercjant meta kien qed jaghmel il-kuntratt;
(c) jkunu adattati gnall-iskop li gnalih oggetti ta' l-isiess tip normalment jintuiaw; u
(d) juru l-kumliui u kapaciid li huma normali f’oggetti ia' l-istess tip u li l-konsumaiur jista' ragoneoolment jistenna, fil-qies tax-xoria ta' l-oggetti u meta jitqiesu d-dikjarazzjonijiet pubblici dwar il-karatteristici specifici ta' l-oggetti li jsiru dwarhom sew mili-kummerciant, mill-produttur jew mir-rapprezentant iieghu, partikolarment fl-irreklamar jew fuq it-tikketti";
Illi minghajr ebda dubju, l-appellat Raymond Bajada ma wettaqx l-obbligi tieghu skond l-artikolu succitat.
Illi wiehed ghandu jhares ukoll lejn id-dispozizzjonijiet tal-Kodici Civili illi fl-artikolu 993 jistabbilixxi regola generali illi l-kuntratti ghandhom jigu esegwiti in bona fide.
Illi l-artikolu 1132 jispecifika wkoll illi kull parti f'kuntratt ghandha twettaq l-obbligi taghha b'diligenza ta' paterfamilias.
Illi jekk persuna tonqos milli twettaq l-obbligi kuntrattwaIi taghha, hija obbligata ghad-danni, u dan kif ser jigi diskuss aktar 'l isfel;
Illi l-Kodici Civili johloq ukoll, fil-kaz ta' kuntratt ta' bejgh, garanzija ghad-difetti li ma jidhrux, u dan ai termini taI-artikolu 1408 li jipprovdi:- "Il-garanzija li l-bejjiegh ghandu
jaghti lix-xerrej, hija ghall-pussess pacifiku tal-haga mibjugha u ghad-difetii li ma jidhrux ta' dik il-haga",
Illi b'mod aktar specifiku, l-artikolu 1424 jghid hekk: "Il-bejjiegh hu obbligat jaghmel tajjeb ghad-difetti li ma jidhrux tal-haga mibjugha illi jaghmluha mhux tajba ghall-uzu li ghalih hija mahsuba, jew li jnaqqsu daqshekk il-valur taghha illi x-xerrej ma kienx jixtriha jew kien joffri prezz izghar, li kieku kien jaf bihom";
Illi fil-kaz odjern huwa evidenti li l-kummercjant naqas milli jizgura li l-prodott supplit minnu kien adatt ghall-iskop partikolari li ghalih il-konsumatur xtara l-oggett u li kien gharraf Iill-kummercjant bih meta sar il-kuntratt, naqas milli jwettaq l-obbligi kuntrattwali tieghu, u naqas milli jissuplixxi prodott li ma kienx milqut minn difetti latenti;
Illi ebda konsumatur ragjonevoli ma jistenna li cappetti ta' aperturi godda u li inxtraw bi prezz relattivament gholi, mixtrija specifikament ghall-uzu fuq barra, jintlew bis-sadid fi zmien iqsar minn sentejn, multo magis, meta l-kummercjant ikun specifikament assigura ripetutament illi biz-zebgha u bil-galvanizzar illi kien ser juza, il-konsumaturi ma kienx ser ikollhom ebda problema tant li setghu "twahhluhom u tinsewhom";
Illi li gara f'dan il-kaz, l-aperturi u c-cappetti inzebghu b' zebgha bajda u b'hekk ir-rikorrenti appellatti ma setghux jindunaw bil-hsara qabel mas-sadid tant kien avvanzat illi c-cappetti bdew jerhu s-sadid li bed a jiskula u itebba z-zebgha ta' l-aperturi;
Illi fl-ewwel aggravju taghhom, l-appellanti Metalfit Ltd. stqarret illi "ma ghandha ebda relazzjoni kummercjali u konsegwentement ebda relazzjoni guridika mar-rikorrenti konjugi Spiteri Bailey u ghaldaqstant, l-esponenti kellha iigi liberata mill-osservanza tal-gudizzju."
Illi dwar dan l-ewwel aggravju, minkejja li s-socjeta appellanti ma kellha ebda relazzjoni diretta mal-atturi appellati, l-istess socjeta kellha rabta guridika mal-intimat
Raymond Bajada billi kienet hi li wettqet l-iggalvanizzar tac-cappetti suppliti minn Raymond Bajada lill-atturi;
Illi l-Att Dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, senjatament Kapitolu 378 tal-Ligijiet ta' Malta, jipprovdi ghar-responsabbilta tal-produttur ghal hsarat ikkagunati minn difetti fil-prodotti tieghu;
Illi t-terminu 'produttur' huwa wiehed wiesa', u ai termini tal-artikolu 56 tal-Kap 378, jinkludi il-manifattur ta' prodott mitmum jew ipprocessat, kif ukoll il-manifattur ta' parti komponenti;
Illi, kif jipprovdi l-artikolu 58, ir-responsabbilta ghal prodotti difettuzi tirrikjedi biss prova (i) tal-hsara, (ii) tad-difett, u (iii) tar-rabta kawzali bejn id-difett u l-hsara, minghajr il-htiega li tintwera l-htija tal-produttur:
Illi prodott jitqies bhala wiehed difettuz jekk dan jonqos milli jipprovdi l-livell ta' kwalita' li persuna jkollha l-jedd li tistenna in vista tac-cirkostanzi kollha tal-kaz, li jinkludu: “
(a) il-prezentazzjoni tal-prodoti, kif ikun tmexxa fis-suq, u kull direzzjoni u twissija li jkunu gew ipprovduti, (b) liema uzu jista' jkun ragonevolment mistenni mill-prodott, u (c) iz-zmien meta l-prodott ikun tqieghed fic-cirkolazzjoni",
Illi l-artikolu 64 jipprovdi illi meta zewg persuni jkunu responsabbli ghall-istess hsara, l-obbligazzjoni taghhom tkun wahda solidali;
Illi, finalment fir-rigward tar-responsabbilta ghal prodotti difettuzi, il-ligi tipprovdi ukoll illi r-responsabbilta tal-produttur ma titnaqqasx jekk il-hsara tkun ikkagunata kemm b'difett fil-prodott kif ukoll bl-intervent ta' terzi;
Illi l-artikolu 61 jipprovdi illi l-produttur huwa responsabbli ghal hsarat ta' proprjeta b'valur ta' mill-inqas hames mitt ewro (€500), kif gara fil-kaz odjern;
Illi ghar-ragunijiet suesposti huwa gust illi l-appellant jinzamm ukoll responsabbli lejn l-atturi appellati;
Illi, minghajr pregudizzju ghall-premess, dwar l-ewwel aggravju ukoll, it-taqsima tal-Kap 378 li tirrigwarda l-bejgh ta' prodotti Iil konsumaturi, senjatament f' artikolu 77, tipprovdi illi meta l-ahhar bejjiegh tal-oggett ikun responsabbli lejn il-konsumatur minhabba nuqqas ta' konformita li tirrizulta mill-agir tal-produttur jew il-bejjiegh ta' qablu, l-ahhar bejjiegh, li f'dan il-kaz huwa s-Sur Raymond Bajada, ikollu l-jedd li jikseb rimedju kontra l-persuna li tkun responsabbli fir-rabta kontrattwali;
Illi, jidher li kien ghalhekk illi l-bejjiegh ta' qabel il-kummercjant ahhari fir-rabta kuntrattwali, gie kkjamat fil-kawza fil-kaz odjern;
Illi dwar ir-relazzjoni ta' bejn l-ahhar bejjiegh u Metalfit Ltd., u b'hekk dwar xi ntqal u xi ftehemu bejniethom, ghandu jirrispondi l-konvenut appellat Raymond Bajada;
Illi, minghajr pregudizzju ghas-suespost, il-kwistjoni bejn il-konvenut Raymond Bajada u l-kjamati fil-kawza appellanti, m' ghandiex taffettwa lill-atturi, u dan minhabba l-fatt li d-danni li soffrew u ghadhom qieghdin isofru l-atturi, huma reali, u t-talbiet taghhom huma gustifikati;
Illi ghalhekk ir-rimedju moghti lill-atturi m' ghandux jigi affettwat;
Illi fit-tieni aggravju taghhom l-appellanti ssottomettew illi
"in subsidju w minghajr pregudizzju ghall-premess, it-Tribunal mar oltre u lil-hinn mir-rimedju w it-talbiet tar-rikorrenti";
Illi r-rimedju moghti mit- Tribunal huwa gust u jimmerita konferma stante illi jirrifletti b'mod realistiku id-dannu li soffrew l-atturi appellati;
Illi l-ewwelnett, dwar dan it-tieni aggravju, l-artikolu 74 tal-Att Dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur jipprovdi illi il-kummercjant huwa responsabbli li jipprovdi rimedju ghal kull nuqqas ta' konformita fl-oggetti li kienet tezisti meta dawn gew ikkunsinnati lill-konsumatur;
Illi b'mod aktar specifiku l-istess artikolu jipprovdi illi r-rimedju li ghandu jinghata lill-konsumatur fil-kaz ta' nuqqas ta' konformita huwa li l-oggetti jingiebu konformi bla ebda hlas jew li jinghataw Was lura ta' tnaqqis fil-prezz adattat;
Illi l-artikolu 76 jispecifika illi jista' jinghata riduzzjoni fil-prezz meta l-kummercjant ma jkunx spicca r-rimedju ta' tiswija jew rimpjazza fi zmien ragjonevoli;
Illi fil-kaz odjern, l-atturi appellati damu xhur jigru wara l-konvenut appellat Raymond Bajada sabiex iwettaq it-tiswijiet, u dan kemm il-darba weghedhom illi kien ser iwettaq dawn it-tiswijiet qabel ma' fl-ahhar infurmhom illi ma kienx ser jaghmel it-tiswijiet dovuti;
Illi kien f'dan l-istadju illi l-atturi intavolaw din il-kawza quddiem it-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumaturi;
Illi l-artikolu 76 jistabbilixxi wkoll illi riduzzjoni fil-prezz tista' tinghata meta r-rimedju alternattiv ma jkunx jista' jitlesta ghal kollox minghajr inkonvenjent sinjifikanti ghall-konsumatur;
Illi m'hemmx dubju li fil-kaz odjern, ir-rimedju ta' tiswija u rimpjazzar ma jistax isir minghajr inkonvenjent kbir ghall-atturi appellati, kif ser jigi spjegat ahjar tul it-trattazzjoni tal-appell odjern;
Illi kien proprju ghar-ragunijiet premessi illi t- Tribunal kellu s-setgha kollha mehtiega li jaghzel li jaghti r-rimedju ta' ritorn ta' parti mill-prezz;
Illi l-artikoli tal-Kodici Civili jkomplu jsahhu d-dritt tal-atturi appellati ghall-hlas ta' danni u r-ritorn ta' parti mill-prezz, u dan billi l-Att Dwar l-I-Affarijiet tal-Konsumatur ma jeskludix l-applikazzjoni tal-ligi generali:
Illi l-Kodici Civili, senjatament f'artikolu 1125 jipprovdi ghall-hlas ta' danni fil-kaz li parti tonqos milli tesegwixxi I-obbligi kontrattwali taghha:
Illi l-artikolu 1133 ukoll jipprovdi illi, anke jekk ma jkunx hemm mala fede, debitur jigi kkundannat ghad-danni sew jekk naqas milli jezegwixxi l-obbligi kontrattwali tieghu kemm ukoll meta jikkawza dannu bid-dewmien fl-esekuzzjoni tal-istess obbligi;
Illi fil-kaz odjern Raymond Bajada mhux biss naqas milli jissupplixxi prodott tal-kwalita mwegheda lill-atturi, izda naqas milli jwettaq l-obbligi prezunti fil-kuntratt ta' bejgh illi jaghmel tajjeb ghal difetti li ma jidhrux, b'dannu ghall-atturi;
Illi kif diga ntqal, il-bejjiegh huwa obbligat li jaghmel tajjeb ghad-difetti li ma jidhrux;
Illi iktar minn hekk, l-artikolu 1429, liema artikolu jirrigwarda l-garanzija ghal difetti li ma jidhrux, jipprovdi illi meta l-bejjiegh ikun jaf bid-difetti, u f'dan il-kaz m'hemm ebda dubju illi hu kien jaf, jew tal-inqas seta' facilment isir jaf, huwa jkun obbligat mhux biss li jrodd lura l-prezz, izda wkollli jhallas id-danni lix-xerrej:
Illi t-tielet u r-raba' aggravji tas-socjeta appellanti jirrigwardaw specifikament ir-relazzjoni bejn is-socjeta appellanti u l-konvenut appellat Raymond Bajada, u ghalhekk ghandu jwiegeb ghalihom dan tal-ahhar:
Ghalhekk l-imsemmija appellati, filwaqt li rriservaw id-dritt li jaghmlu sottomissjonijiet ulterjuri fil-kaz li l-konvenut Raymond Bajada jippresenta risposta ghal dan l-appell, jitolbu lil dina il-Qorti tichad dan l-appell u tikkonferma d-decizjoni tat-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumatur;
Bl-ispejjez taz-zewg istanzi kontra s-socjeta appellanti u l-konvenut appellat Raymond Bajada, jew min minnhom.
Rat li l-konvenut Bajada ukoll hassu aggravat bl-imsemmija decizjoni u intavola appell incidentali minnha flimkien mar-risposta tieghu.
Rat ir-risposta tal-konvenut Raymond Bajada ghall-appell intavolat minn “Metalfit Company Limited” fit-18 ta’ Gunju, 2012 u rat l-appell incidentali tal-istess konvenut fejn gie sottomess:-
1. Illi jigi rilevat in vena preliminare, sabiex ma jkunx hemm ekwivoci, li l-prezenti att ghandu jservi [i] bhala twegiba ghall-appell intavolat mis-socjetá Metalfit Company Limited u ghall-gravami minnha sollevati tramite r-rikors ta’ appell taghha tat-18 ta’ Gunju, 2012; u [ii] bhala appell incidentali ta’ l-intimat Raymond Bajada mis-sentenza appellata pronunzjata fit-28 ta’ Mejju, 2012, liema appell incidentali jiehu l-ispunt tieghu mir-rikors ta’ appell ta’ l-imsemmija socjetá Metalfit Company Limited.
II. RISPOSTA TA’ L-APPELL
1. Illi s-socjetá appellanti tavvanza erba’ motivi ta’ aggravji illi fosthom hemm uhud – fil-konfront ta’ l-appellati konjugi Spiteri Bailey – li l-appellat Bajada jhaddan filwaqt li hemm minnhom li kompletament ma jaqbilx maghhom.
2. Illi l-appellat Bajada jikkondividi t-tieni aggravju tas-socjetá appellanti – liema aggravju huwa indirizzat fil-konfront tal-konjugi Spiteri Bailey – izda mhux il-bqija ta’ l-aggravji, fejn dawn jirrigwardaw kritika dwar l-operat u xoghol ezegwit mill-appellant Bajada.
3. Illi minn qari ta’ l-ewwel, tat-tielet u tar-raba aggravji tas-socjetá appellanti wiehed jista’ jintebah illi l-fil interkorrenti huwa wiehed, u cioè illi huwa Raymond Bajada li ghandu jwiegeb fil-konfront tat-talba tar-rikorrenti, li s-socjetá appellanti kienet estraneja ghal dak li ghadda bejn r-rikorrenti u Raymond Bajada u li jekk hemm operat li ghandu jigi kritikat u kundannat dan huwa solament ta’ l-istess Bajada u mhux tas-socjetá Metalfit Company Limited.
4. Bhala twegiba ghal tali aggravji, l-appellat Bajada jaghmel pjena referenza ghan-nota ta’ sottomissjonijiet tieghu datata 11 ta’ April, 2011. In aggjunta má dawk l-osservazzjonijiet, l-appellat Bajada jissottometti dak li ser isegwu.
5. Illi l-appellat Bajada kien ha diversi cappetti ghand is-socjeta appellanta Metalfit Company Limited sabiex dawn jigu galvanizzati. Is-socjeta appellanta kienet taf li l-oggett (cappetti) supliti lilha kellhom jintuzaw fuq aperturi li kienu ser jkunu esposti ghall-elementi u kien ghalhekk li l-appellant Bajada mar ghandha u cioe biex hija tiggalvanizza l-istess. Dan l-iggalvanizzar kellu jkun ta’ certu kwalitá, durevoli fiz-zmien u li ma jimmanifestax difetti jew nuqqasijiet ohra simili li jiddiminwixxu l-utilitá tieghu. Huwa mmaterjali – hekk kif tghid is-socjetá appellant msemmija – illi kien l-appellant Bajada li messu ra x’kellu bzonn u dan peress li l-appellanti Bajada mar ghand is-socjeta appellant Metalfit proprju ghalhekk l-ghaliex kienet hi li kienet qeghda tippresta servizz ta’ galvanizzar u allura hija kienet l-esperta in materja u mhux bil-maqlub kif qeghda tippretendi issa l-imsemmija socjeta appellant. L-obbligu tas-socjetá kienet li tforni oggett ta’ kwalitá. L-iggalvanizzar kellu jkun ta’ kwalita li jservi ghall-iskop naturali tieghu. Apparti dan kollu, l-appellat Bajada kien kellem lill-addett tas-socjeta appellanta u kien infurmah x’kien l-iskop li ghalih kien sejjer jintuza l-iggalvanizzar. Minflok ma s-socjeta appellanta telghet lil dan l-individwu, hija ghazlet li tressaq persuna ohra li ma kellu x’jaqsam xejn bejn il-ftehim li sehh bejn Bajada u l-addett tas-socjeta appellanta.
6. Illi ghaldaqstant is-socjetá appellanti – galadarba jidher li l-iggalvanizzar minnha maghmul fuq ic-cappetti moghtija lilha mill-appellat Bajada ma kienx effettiv – fl-umili fehma ta’ l-appellat Bajada, ghandha ggorr ir-responsabbilitá ta’ l-akkadut. L-ilment tar-rikorrenti hu li c-cappetti hargilhom is-sadid. L-iggalvanizzar ta’ dawn ic-cappetti kellhu jsir mis-socjeta appellanti Metalfit u kellu jsir skond is-sengha u l-arti u ghall-uzu li solitament iservu c-cappetti (f’dan il-kaz ma’ l-aperturi li jkunu esposti ghall- elementi). Dak l-iggalvanizzar ma giex maghmul mill-appellat Bajada, izda prodott u fornit mis-socjetá appellant. Ergo, hija din li ghandha twiegeb ghan-nuqqas fl-oggett u ghad-danni konsegwenzjali u huwa f’dan il-kwadru li gie stabbilit il-vinkolu guridiku bejn is-socjetá Metalfit Company Limited u l-konjugi Spiteri Bailey.
7. Illi ghar-rigward tar-relazzjoni guridika bejn is-socjeta appellanti u l-konjugi Spiteri Bailey, jinghad li t-talba ghall-kjamat in kawza tas-socjeta appellanti saret proprju sabiex ikun hemm l-ekomonija tal-gudizzju li trid il-ligi. Is-socjeta appellanti forniet l-iggalvanizzar fuq cappetti li l-appellat Bajada installa ma’ l-aperturi minnu maghmula fir-residenza tal-appellati konjugi Spiteri Bailey. Il-konjugi Spiteri Bailey qed jilmentaw mill-iggalvanazzar uzat u dan peress li c-cappetti hargilhom is-sadid. Dan hu proprju l-hsieb wara l-istitut tal-kjamat in kawza u dan huwa proprju li qalet din l-Onorabbli Qorti, kif diversament ippreseduta, nhar is-17 ta’ Frar, 2003 fl-ismijiet Cachia & Zammit Ltd vs Hix Ltd, filwaqt li kkwotat is-sentenza moghtija mill-Onorabbli Qorti ta’ l-Appell Sede Kummercjali fil-kawza fl-ismijiet Agent Accountant General et –vs – George Xuereb noe deciza fil-15 ta’ Marzu 1991. F’din l-ahhar sentenza inghad li “Il-kjamata in kawza ghandha fost ohrajn il-funzjoni li tkun prezenti t-terza persuna interessata fil-vertenza mhux direttament ma’ l-atturi izda mal-konvenut in kwantu dan ta’ l-ahhar jista’ jdur fuq is-sub-appaltatur ghal kull dannu li jista’ jsofri ghaliex ikun dan li fil-konfront tieghu jrid jirrispondi. Il-presenza tas-sub-appaltatur ghalhekk hija utili ghaliex telimina l-possibilita’ ta’ kumplikazzjonijiet fir-rigward tal-problemi konnessi mal-ezekuzzjoni tax-xoghol – kemm ghaliex il-provi essenzjalment jirrigwardaw l-operat tas-sub-appaltatur li ezegwixxa x-xoghol, u kemm ghaliex dan tal-ahhar ma jkunx, ‘il quddiem, jista’ jillamenta mal-konvenut li dan ma avanzax difiza valida u efficjenti fil-konfront tal-atturi - b’hekk gie bata huwa”.
8. Ghalhekk l-ewwel, it-tielet u r-raba aggravji m’humiex meritevoli t’akkoljiment u, konsegwentement, ghandhom jigu michuda bl-ispejjez kontra s-socjeta appellanti.
II. APPELL INCIDENTALI TA’ RAYMOND BAJADA
9. Illi, ai termini ta’ l-Artikolu 240(1) tal-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura Civili, l-intimat Raymond Bajada, qed jinqeda bl-appell tas-socjetá appellanti li sar mis-sentenza tat-Tribunal Ghal Talbiet tal-Konsumatur datata t-28 ta’ Mejju, 2012 u qed jintavola appell incidentali mill-istess, u ghal kull bwon fini u ghall-kjarezza, ai termini ta’ l-Artikolu 144(1) ta’ l-indikat kodici ritwali, jigi rilevat li dan l-appell incidentali qed isir mis-sentenza appellata kontra r-rikorrenti konjugi Spiteri Bailey u kontra s-socjetá Metalfit Company Limited.
10. Illi permezz ta’ avviz ipprezentat fl-24 ta’ Marzu, 2010, ir-rikorrenti, wara li premettew, inter alia, illi fis-sena 2006 l-intimat Bajada kien inghata kuntratt t’appalt sabiex jissuplixxi u jinstalla sitt (6) aperturi ta’ l-injam ta’ l-ghamla Iroko. Illi c-cappetti ta’ tali aperturi kellhom ikunu “electro-galvanized plated” u dan sabiex ikunu ta’ maintenance minima. Illi fis-sena 2008 ic-cappetti, allegatament, kienu bdew jissaddu u sas-sena 2009 nofshom kienu kollha msaddin. Illi ghalkemm l-intimat Bajada gie nterpellat biex jirrimedja, dan baqa’ m’ghamilx hekk. Ir-rikorrenti, ghalhekk, talbu li t-Tribunal jordna t-tiswija tac-cappetti ta’ l-aperturi billi jigu ripristinati b’ohrajn godda u fin-nuqqas ta’ l-intimat Bajada milli jaghmel dan, huma jkunu fakoltizzati li jaghmlu tali bidliet u tiswijiet a spejjez ta’ l-imsemmi intimat.
11. Illi l-intimat Bajada wiegeb permezz ta’ risposta fejn ecceppixxa hekk:
i. Fl-ewwel lok qeghda tigi eccepita l-preskrizzjoni tas-sentejn kif hemm mahsub fl-artikolu 78 tal-Kapitolu 378;
ii. Fit-tieni lok, u minghajr ebda pregudizzju ghal premess, id-dokument A, esebit mir-rikorrenti ma hijiex “skrittura” izda hija biss quotation. F’kull kaz, din l-istess quotation tghid li “all hinges are elctro-galvanized plated” u dak li ghamel l-intimat. L-electro-galvanizing sar mid- ditta Metalfit Co. Ltd. Kopja tar-ricevuti relattivi jigu esibiti waqt it-trattazzjoni tal-kawza.
iii. Fit-tielet lok jinghad li x-xoghol de quo beda’ jigi nstallat fis-sena 2006. Fil-bidu ta’ l-2007 saret zebgha biss ma’ l-aperturi, u dan wara li l-kahhal lesta x-xoghol tieghu. L-intimat thallas in full fi Frar, 2007.
iv. Fir-raba lok, dan it-tribunal ma ghandux kompetenza biex jawtorizza lir-rikorrenti jaghmlu huma x-xogholijiet rikjesti a spejjez ta’ l-istess intimat
12. Illi fil-kors tal-proceduri giet imsejjha fil-kawza l-kumpannija “Metalfit Company Limited” u din ressqet is-segwenti eccezzjonijiet:
i. Illi bejnha u r-rikorrenti konjugi Spiteri Bailey ma kienet tghaddi l-ebda relazzjoni guridika u, ghalhekk, t-talbiet tar-rikorrenti, in kwantu diretti kontriha, kellhom jigu rigettati bl-ispejjez;
ii. Illi in kwantu ghall-oggett mibjugh, l-intimat kien jaf jew messu kien jaf li jekk ic-cappetti ghall-aperturi kienu ser jintuza fuq barra, dawn kellhom bzonn process ta’ zinkatura ulterjuri u aktar akut milli dak relament rikjest.
13. Illi b’decizjoni datata it-Tnejn, 28 ta’ Mejju, 2012, it-Tribunal Ghal Talbiet tal-Konsumatur ippronunzja s-sentenza tieghu li permezz taghha laqa’ t-talba tar-rikorrenti u ordna lill-intimati in solidum bejniethom biex ihallsu s-somma ta’ elfejn ewro (€2,000), komprizi wkoll l-ispejjez tal-proceduri.
14. Illi dan id-decide gie raggunt wara li t-Tribunal kkunsidra hekk:
Ir-rikorrenti ssottomettew bil-miktub illi huma kienu ingaggaw lill-intimat sabiex jissuplixxi u jinstalla aperturi ta’ l-Iroko. Illi rrizulta li c-cappetti ta’ l-imsemmija aperturi kellhom ikunu “electro-galvanized plated” u li wara xi zmien beda hiereg is-sadid minn xi whud mic-cappetti. L-intimat issottometta li “electro galvanizing” huma l-uniku tip ta’ “galvanizing” li fil-prattika jintuza hawn Malta.
15. Illi l-intimat Bajada hass ruhu aggravat bis-sentenza tat-28 ta’ Mejju, 2012, u ghalhekk qed jinterponi dan l-umili appell incidentali quddiem din l-Onorabbli Qorti ta’ l-Appell.
16. Illi l-aggravji ta’ l-appellant odjern huma cari u manifesti u jikkonsistu principalment fil-fatt illi:
i. It-Tribunal ma ndagax, hekk kif kien mistenni u minnu doveruz, fl-eccezzjoni tal-preskrizzjoni mqanqla mill-intimat Raymond Bajada, llum appellant. Dan imur kontra dak koncepit fil-proviso ta’ l-Artikolu 21(1) tal-Kapitolu 378 u kontra dan statwit fl-Artikolu 730 tal-Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta’ Malta u, ghalhekk, tiskatta l-jedd taht l-Artikolu 22(2)(b) tal-Kapitolu 378.
ii. Minghjar pregudizzju ghall-ewwel aggravju, l-considerandi tat-Tribunal u l-parti razzjonali tad-decizjoni hija ghal kollox mankanti fid-decizjoni emessa. Dan imur kontra r-regola fundamentali li organu gudizzjarju jew kwazi-gudizzjarju, li hu munit b’setghat decizjorji, ghandu jaghti raguni u motivazzjonijiet ghall-konkluzjoni/decizjoni minnu milhuqa. Dan jivjola l-jedd ta’ l-intimat kif kontemplat fl-Artikolu 22(2)(c) tal-Kapitolu 378.
17. Illi fi kwalsiasi kaz, u bla pregudizzju ghall-ewwel zewg aggravji, l-intimat, issa appellant ma setghax jigi misjub responsabbli versu l-allegazzjoni tar-rikorrenti stante li hu wettaq dak mitlub mir-rikorrenti u dan ghamlu skond l-ahjar arti u sengha. Jekk kien hemm xi difett, dan kien inerenti ghall-oggett kif suplit mis-socjetá msejjha fil-kawza u mhux tramite l-operat tieghu. Ghalhekk kienet is-socjetá kjamata fil-kawza li kellha tirrispondi ghall-ilmenti tar-rikorrenti.
18. Illi, bla pregudizzju ghall-aggravji supra, t-Tribunal skonfina fl-arbitriju meta akkorda rimedju toto coeli divers minn dak minnu domandat mir-rikorrenti. Hawnhekk ghandna Tribunal li, marte proprio u minghajr ebda motiv, skonfina fl-ultra petizzjoni.
19. Illi minghajr pregudizzju ghall-aggravji kollha precedentement esposti, s-somma akkordata mit-Tribunal hija priva minn kwalsiasi fundament guridiku, ma ssibx ir-radici fil-provi akkwiziti u, kunsidrati l-fattezzi tal-kaz u ta’ l-ilment tar-rikorrenti, hija ferm sproporzjonata.
20. Illi jigi premess u ccarat illi l-appellant odjern – filwaqt li jaqbel má u jhaddan l-istess perspettiva tas-socjetá appellanti espressa tramite it-tieni, it-tielet u r-raba aggravji taghha, dejjem fejn dawn huma konsistenti mat-tezi ta’ l-intimat u m’humiex in kunflitt má dak li ser jigi sottomess infra – ma jhaddanx l-istess ottika fir-rigward ta’ l-ewwel aggravju sottomess mill-istess imsemmija socjetá.
21. Spjanat dan il-preambolu introduttiv, l-appellant Bajada ser ighaddi biex jiddibatti l-aggravji minnu mqanqla supra.
L-ewwel Aggravju: Preskrizzjoni ex Art. 78 tal-Kap. 378
22. Minn ezami anke superficjali tas-sentenza appellata huwa kjarament evidenti illi t-Tribunal adit naqas li jippronunzja ruhu dwar il-preskrizzjoni opposta mill-intimat Bajada, issa appellant, a norma ta’ l-Artiikolu 78 ta’ l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur. Dan bi ksur tal-proviso ghall-Artikolu 21(1) ta’ l-Att li jipprovdi li “kull kwistjoni li jista’ jkun hemm dwar il-preskrizzjoni ghandha tinqata’ skond il-ligi”. Meta l-legislatur iddetta dan il-provvediment b’dik il-frazi, “skond il-ligi” ma setax ma kellux f’mohhu d-disposizzjonijiet rilevanti procedurali kif statwiti fil-Kodici ritwali taht il-Kapitolu 12 tal-Ligijiet, inter alia, l-Artikolu 730 tieghu li jiddisponi illi l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni ghandha tigi deciza b’kap separat qabel jew flimkien mas-sentenza fuq il-mertu.
23. Hi gurisprudenza konkordanti illi jekk l-imsemmija disposizzjoni ma tigix segwita, ir-rimedju hu dak li s-sentenza appellata tigi annullata minnhabba difett ta’ forma u l-atti rinvjati lura lill-ewwel tribunal (ara Nicola Cassar nomine et vs. Carmelo Cachia, Appell Civili, 12 ta’ Dicembru, 1931 u Raphael Micallef vs. Anthony Agius, Appell Civili, 12 ta’ Mejju, 1997). Fl-istess waqt gie però wkoll deciz, b’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 790 tal-Kapitolu 12, illi l-eccezzjoni tan-nullitá tas-sentenza ghal dik ir-raguni m’ghandhiex tigi intrattenuta jekk l-Appell isib li s-sentenza moghtija b’dak in-nuqqas hija sostanzjalment gusta (ara Carmelo Sultana nomine et vs. Annunzjata armla Giordmaina, Appell Inferjuri, 22 ta’ Frar, 1964).
24. Madanakollu, fil-kwadru li johrog mis-sentenza appellata l-Artikolu 790 ma jistax jigi invokat b’success u dan l-ghaliex, kif sewwa osservat fis-sentenza fl-ismijiet Alfred Sammut et vs. Peter Vella (Appell Civili, 21 ta’ Marzu, 1988), “il-fatt biss li s-sentenza giet deciza bhallikieku l-ewwel eccezzjoni (dik tal-preskrizzjoni) ma kienetx tezisti diga` huwa indikattiv bizzejjed li s-sentenza appellata ma tistax tkun gusta fis-sustanza taghha.”
25. Rigwardata minn tali ottika, u f’dawn ic-cirkustanzi, din l-Onorabbli Qorti ma tistax hlief tiddikjara nulla s-sentenza hawn appellata. Mhux il-kaz, però, li din il-Qorti tibghat lura l-atti lit-Tribunal u dan in vista ta’ dak li jinghad fis-subinciz (4) ta’ l-Artikolu 22 tal-Kapitolu 378 li jrid li meta l-Qorti thassar is-sentenza ghandha tiddefinixxi l-materja hi stess skond id-dettami ta’ l-Artikolu 21 ta’ l-imsemmi Kapitolu.
26. In vista ta’ dan, l-appellant jaghmel referenza ghall-argumenti minnu zvolti fin-nota ta’ osservazzjonijiet tieghu quddiem it-Tribunal datata 11 ta’ April, 2011 fejn espona funditus fuq it-tematika tal-preskrizzjoni. Ghaldaqstant, m’hemmx il-htiega li l-appellant jerga jtenni tali osservazzjonijiet hawnhekk u/jew jaghmel elaborazzjoni ulterjuri fuq dak gjá minnu espress. Madanakollu, jibbastaw dawn ir-riljevi fil-qosor:
a. Illi l-inkarigu mir-rikorrenti lill-appellant Bajada inghata fis-6 ta’ Frar, 2006;
b. Ix-xoghol da parti ta’ l-intimat Bajada gie kompletat fl-ewwel gimgha ta’ Jannar, 2007 u l-hlas ghas-servizzi tieghu sehh fuq diversi perjodi, ossia fid-19 ta’ Frar, 2006 (depozitu), fis-7 ta’ Settembru, 2006, fl-1 ta’ Dicembru, 2006 u, l-ahhar hlas, fl-20 ta’ Frar, 2007;
c. Ir-rikorrenti jaqblu illi x-xoghol li kellu jaghmel l-intimat Bajada sehh u gie konsenjat fi Frar, 2007;
d. L-Artikolu 78 tal-Kapitolu 378 jghid illi l-kummercjant ghandu jkun responsabbli taht id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 73 u 74 meta l-konsumatur jinduna bin-nuqqas ta’ konformità fi zmien sentejn mill-kunsinna ta’ l-oggetti. Dan il-perjodu ghandu jigi sospiz sakemm idumu ghaddejin in-negozjati bejn il-kummercjant u l-konsumatur bil-ghan li jintlahaq ftehim amikevoli.
e. L-Artikolu 79(1) tal-Kap.378 jghid li sabiex ikun jista’ jikseb beneficcju mir-rimedji disponibbli taht din it-Taqsima, konsumatur ghandu javza lill-kummercjant bil-miktub b’kull nuqqas ta’ konformità fi zmien xahrejn mid-data meta l-konsumatur ikun intebah b’dak n-nuqqas ta’ konformità. Skond it-tieni subinciz ta’ l-istess Artikolu, ghall-ghanijiet ta’ dan l-artikolu, ghandu jitqies bhala prova sufficjenti li jkun inghata avviz jekk in-notifika ssir b’att gudizzjarju fiz-zmien preskritt, jew jekk il-konsumatur juri li l-ittra tkun intbaghtet bil-posta registrata fiz-zmien preskritt.
f. Ir-rikorrenti ma ezibew l-ebda ittra registrata jew att gudizzjarju fis-sens hawn fuq diskuss u fiz-zmien li trid il-Ligi;
g. Ghalhekk jigi li r-rikorrenti kellhom sa Frar 2009 sabiex javvanza l-pretensjonijiet taghhom u li nel frattemp jimxu má dak sancit fic-citat Artikolu 79;
h. Ir-rikorrenti la mxew ma l-imsemmi Artikolu 79 u anqas ma ntavolaw l-kawza fi zmien sentejn minn zmien il-konsenja;
i. Il-Kawza taghhom giet imressqa quddiem l-imsemmi Tribunal fl-24 ta’ Marzu, 2010, u cioè ‘l fuq minn tlett snin wara l-konsenja ta’ l-oggett;
j. Ergo, l-azzjoni tar-rikorrenti hija preskritta bid-dekors ta’ zmien ex Artikolu 78 tal-Kapitolu 378.
It-Tieni Aggravju: Nuqqas ta’ Motivazzjoni
27. Bla ebda pregudizzju ghall-ewwel aggravju u qabel ma wiehed jidhol fit-tieni aggravju, l-appellant janticipa illi l-kontro-parti ser tappilja mas-sottomissjoni solita illi mhux ghal Qorti tat-tieni grad illi tindahal fl-ezercizzju tad-diskrezzjoni tal-Qorti (f’dan il-kaz, Tribunal) in prim’sitanza.
28. Huwa opportun li jinghad minn issa illi dan il-principju mhux assolut tant li ma huwa xejn infrekwenti illi Qorti ta’ revizjoni tissindika l-valutazzjoni tar-rizultanzi probatorji maghmula mill-ewwel Qorti (jew Tribunal), u tissostitwixxi dik id-diskrezzjoni b’dik taghha meta ssib illi l-valutazzjoni effettwata mhiex wahda logika u koerenti mal-elementi tal-provi attendibbli, konsiderati f’kwadru ta’ indagini unitarju u organiku, u, fuq kollox, illi dik l-istess valutazzjoni tohloq inikwitá w ingustizzja mal-parti telliefa (ara Emily Stivala et vs. George Pace, Appell, 6 ta’ Ottubru, 2000).
29. Illi b’dan maghdud, wiehed mall-ewwel jintebah illi s-sentenza appellata ma tikkontjeni l-ebda parti razzjonali fejn gew esposti u espressi l-motivazzjonijiet tat-Tribunal. Ghalhekk, wiehed hawnhekk ma jistax jikkontempla xi forma ta’ rimpjazzament ta’ diskressjoni ezercitata in primo grado minn qorti tat-tieni grad u dan l’ghaliex is-sentenza ma tesprimi l-ebda forma ta’ ezercizzju ta’ diskrezzjoni, hlief ghall-osservazzjoni generika fuq kwotata.
30. Huwa ormai pacifiku illi jezisti d-dritt li d-decizjoni trid tkun bazata fuq stharrig probatorju logiku u ghandha jkollha motivazzjoni sobrija li tindika r-ragunijiet ghaliex t-talba jew l-eccezzjonijiet ghaliha jkunu qed jigu milqugha jew michuda. Fi kliem iehor, il-process ghandu jipproduci dik id-decizjoni akkurata li tirrifletti l-verifiki korretti ta’ fatt u l-applikazzjoni tal-ligi. Ikollu jinghad bi qbil ma’ l-awtur McLaughlin (“The Roles of Administrative Tribunals and Courts in Maintaining the Rule of Law”, pagna 187), “only if decisions can be defended rationally with reasons or some imprint of rationality can the Rule of Law survive”.
31. Jikkonsegwi minn dak supra premess illi d-decizjoni tista’ tkun soggetta b’success ghal revizjoni jekk jinstab illi t-Tribunal ma jkunx ippresta attenzjoni adegwata lill-meriti tal-kaz, jew fejn l-ezercizzju tal-poter diskrezzjonali jkun ghal kollox nieqes minn raguni jew meta l-konkluzjoni ultimament raggunta tirrizulta illogika.
32. Fermi dawn l-osservazzjonijiet u applikat dan ghall-kaz in ispecje, r-riflessjoni li tohrog minn ezami tad-decizjoni appellata hi wahda li turi nuqqas assolut ta’ motivar.
33. Skond is-sentenza fl-ismijiet Bonalco Alminium Limited vs. John Peresso (Appell Inferjuri, 12 ta’ Dicembru, 2007), “hi affetta minn nullità b’mod assolut dik is-sentenza li tirrizulta ghal kollox priva minn esposizzjoni tal-motivi ta’ fatt u ta’ dritt li fuqha hi bazata d-decizjoni. Lanqas ma tista’ tigi legittimament konsiderata bhala motivazzjoni, a norma ta’ l-Artikolu 218 tal-Kapitolu 12, dik il-motivazzjoni merament apparenti, izda mhux ukoll intrinsikament idoneja biex minnha wiehed ikun jista’ jippercepixxi sew ir-ragunijiet li tqeghdu ghab-bazi tad-decizjoni.” Má dan jista’ jizdied illi, “l-motivazzjoni kienet ta’ essenza tal-gudizzju u ma jistax jinghad li jkun qed jidher li ssir gustizzja jekk il-partijiet in kawza ma jinghatawx almenu s-sodisfazzjon minimu tar-raguni li wasslet lil gudikant ghad-decizjoni tieghu”. (Cauchi Ltd vs. Kummissarju tat-Taxxa fuq il-Valur Mizjud, Appell, 6 ta’ Ottubru, 2000).
34. B’dan registrat, rilevanti hafna hija s-sentenza ta’ din il-Qorti, diversament preseduta, fl-ismijiet Dylan Mallia vs. Bargain Holidays (Appell Inferjuri, 31 ta’ Ottubru, 2007) fejn gew elenkati r-rekwiziti minimi li decizjoni ta’ Tribunal (gudizzjarju u/jew kwazi-gudizzjarju) ghandu jkun fiha. Dawn huma:
i. Indikazzjoni tal-partijiet fil-proceduri;
ii. Esposizzjoni konciza tal-fatti tal-process;
iii. Esposizzjoni tal-motivi tad-dritt fejn jokkorru;
iv. Il-motivazzjoni, ankè jekk mhux necessarjament wahda elaborata;
v. Id-disposittiv.
35. L-ilment ta’ l-odjern appellant hu illi s-sentenza tippekka fil-punti (iii) u (iv) supra mfissra peress li m’hemm l-ebda esposizzjoni tal-motivi tad-dritt applikabbli ghall-kaz in specje u l-anqas m’ghandha motivazzjoni li tfisser sewwa sew kif it-Tribunal ghazel li jakkolji t-talba tar-rikorrenti u jichad l-eccezzjonijiet ta’ l-intimat u, anke, tas-socjetá msejjha fil-kawza.
36. Fig-gjá citata sentenza ta’ Bonalco Alminium Limited vs. John Peresso, din il-Qorti hasset in-necessità li tfakkar illi, ukoll fi process kwazi-gudizzjarju, l-partijiet in kawza ghandhom dejjem, anke jekk mhux b’mod approfondit, jinghataw almenu s-sodisfazzjoni minima tar-raguni li wasslet lit-Tribunal ghad-decizjoni tieghu. Dan mhux biss rigwardat mill-punto di vista tar-regola bazika tal-gustizzja naturali audi alteram partem imma wkoll mill-vizjoni tad-dritt ekwitattiv u tal-gustizzja sostanzjali li jippreciza l-Artikolu 21 tal-Kapitolu 378 ghall-aggudikazzjoni tal-mertu mit-Tribunal (ara wkoll George Vella vs. Paul Fenech Furniture & Doors Manufacturer, Appell Inferjuri, 19 ta’ Mejju, 2004).
37. Ma jkunx futili illi hawnhekk jigi mfakkar x’qalet din l-Onorabbli Qorti, kif diversament preseduta, fi zminijiet pjuttost recenti, u cioè illi, “din il-Qorti qed tirritjeni li l-Arbitru u kull gudikant ghandu fl-ewwel lok jiehu in konsiderazzjoni l-aggravji mressqa quddiemu u jikkonsidra l-istess fid-dawl tal-argumenti migjuba mill-kontro-parti u jiddeciedi l-istess fid-diskrezzjoni tieghu f’dak li huma fatti, u fid-dawl tal-ligi, b’dan li jinghata aditu ghal dak sottomess mill-partijiet quddiemu, in vista u in omagg tal-principju cerimus paribus u ta’ smigh xieraq, li jwasslu li d-decizjoni tkun ben motivata ... din il-Qorti qed tiddeciedi, li l-Arbitru kellhu jiehu in konsiderazzjoni kull fatt relattiv u determinanti ghall-kaz in kwistjoni, u dan jinkludi kemm dak favur jew kontra xi wiehed jew iktar mill-partijiet quddiemu, u dan sabiex fl-ahhar mill-ahhar jasal ghall-konkluzjoni tieghu, wara li jikkonsidra l-provi kollha quddiemu, haga li f’dan il-kaz ma saritx” (Tania Galea vs. Direttur tas-Sigurtá Socjali, Appell Inferjuri, 13 ta’ April, 2011). Dan qed jigi rilevat, ghax minn qari tad-decizjoni jidher manifest illi t-Tribunal ma ndagax fil-linja difensjonali ta’ l-appellant. Anzi, qari oggettiv taghha jaghti l-impressjoni distorta illi l-appellant anqas biss ssolleva xi tip ta’ linja difensjonali u li lanqas ma ressaq xhieda u li anqas ma ghamel sottomissjonijiet, mentri fil-fatt ir-realtá tal-vicenda processwali kienet effettivament bil-kontra.
38. Harsa lejn is-sentenza tat-Tribunal turi de visu karenza totali ta’ motivazzjoni u, ghaldaqstant, dan igib lezjoni tal-jeddijiet tal-partijiet u, konsegwentement, tali decizjoni ghandha tigi skartata u mistharrga mill-gdid minn din l-Onorabbli Qorti skond l-Artikolu 22(4) tal-Kapitolu 378 tal-Ligijiet ta’ Malta.
It-Tielet Aggravju: Intimat-Appellant Mhux Responsabbli
39. Bla ebda pregudizzju ghal dak kollu sovra diskuss, kellu jirrizulta mill-materjal probatorju illi l-intimat, issa appellant, ma setghax jigi ritenut responsabbli ghan-nuqqas li mmanifesta l-oggett konsenjat u nstallat lir-rikorrenti.
40. Dwar dan l-aspett tal-vicenda l-appellant jaghmel pjena referenza ghall-argumenti minnu esposti fin-nota ta’ osservazzjonijiet tieghu datata 11 ta’ April, 2011 minghajr il-bzonn li jerga jirrepeti hawnhekk dak hemm fiha sottomess. Hawnhekk tibbasta s-segwenti osservazzjoni. L-appellant Bajada kien ha diversi cappetti ghand is-socjeta appellant Metalfit Company Limited sabiex dawn jigu galvanizzati. Is-socjeta appellant kienet taf li l-oggett (cappetti) supliti lilha kellhom jintuzaw fuq aperturi li kienu ser jkunu esposti ghall-elementi u kien ghalhekk li l-appellant Bajada mar ghandha u cioe biex hija tiggalvanizza l-istess. Dan l-iggalvanizzar kellu jkun ta’ certu kwalitá, durevoli fiz-zmien u li ma jimmanifestax difetti jew nuqqasijiet ohra simili li jiddiminwixxu l-utilitá tieghu. Huwa mmaterjali – hekk kif tghid is-socjetá appellant msemmija – illi kien l-appellant Bajada li messu ra x’kellu bzonn u dan peress li l-appellanti Bajada mar ghand is-socjeta appellant Metalfit proprju ghalhekk l-ghaliex kienet hi li kienet qeghda tippresta servizz ta’ galvanizzar u allura hija kienet l-esperta in materja u mhux bil-maqlub kif qeghda tippretendi issa l-imsemmija socjeta appellant. L-obbligu tas-socjetá kienet li tforni oggett ta’ kwalitá. L-iggalvanizzar kellu jkun ta’ kwalita li jservi ghall-iskop naturali tieghu. Apparti dan kollu, l-appellat Bajada kien kellem lill-addett tas-socjeta appellanta u kien infurmah x’kien l-iskop li ghalih kien sejjer jintuza l-iggalvanizzar. Minflok ma s-socjeta appellanta telghet lil dan l-individwu, hija ghazlet li tressaq persuna ohra li ma kellu x’jaqsam xejn bejn il-ftehim li sehh bejn Bajada u l-addett tas-socjeta appellanta.
41. Illi ghaldaqstant is-socjetá appellanti – galadarba jidher li l-iggalvanizzar minnha maghmul fuq ic-cappetti moghtija lilha mill-appellant Bajada ma kienx effettiv – fl-umili fehma ta’ l-appellant Bajada, ghandha ggorr ir-responsabbilitá ta’ l-akkadut. L-ilment tar-rikorrenti hu li c-cappetti hargilhom is-sadid. L-iggalvanizzar ta’ dawn ic-cappetti kellhu jsir mis-socjeta appellanti Metalfit u kellu jsir skond is-sengha u l-arti u ghall-uzu li solitament iservu c-cappetti (f’dan il-kaz ma’ l-aperturi li jkunu esposti ghall-elementi). Dak l-iggalvanizzar ma giex maghmul mill-appellant Bajada, izda prodott u fornit mis-socjetá appellant. Ergo, hija din li ghandha twiegeb ghan-nuqqas fl-oggett u ghad-danni konsegwenzjali u huwa f’dan il-kwadru li gie stabbilit il-vinkolu guridiku bejn is-socjetá Metalfit Company Limited u l-konjugi Spiteri Bailey. Kif diga rajna fis-sentenza Cachia & Zammit Ltd vs Hix Ltd aktar il-fuq imsemmija, dan huwa l-iskop ta’ l-istitut tal-kjamat in kawza.
Ir-Raba Aggravju: Ultra Petizzjoni
42. Hi regola sagrosanta illi Qorti, Bord jew Tribunal adit minn certu mertu hu ristrett ghat-talba minnu mitluba u mhux konsentit, hlief fejn il-ligi hekk espressament takkorda, li jmur oltre minn dak li parti titlob.
43. Huwa principju generali li n-natura ta’ l-azzjoni ghandha tigi dezunta mit-termini ta’ l-att li bih jinbdew il-proceduri. Il-‘kawza’ ta’ domanda hija r-raguni guridika taghha, ossija l-fundamentum agendi taghha (Kollezz.
Vol.XI, p.401). Din il-kawza, li hija l-origini tad-domanda, tiddistingwi ruhha mill-oggett tac-citazzjoni, li huwa “ciò che è attualmente domandato” (Kollezz. Vol.X, p.926). Inoltre, hu maghruf li l-Qorti hi marbuta bit-talba kif maghmul fir-rikors guramentat. Dwar hekk inghad illi, “il- funzjoni tat-tribunal, f’kawza partikolari, hi necessarjament limitata bit-termini tad-domanda” (Kollezz. Vol.XXXIII.II.55). L-istess espressjonijiet ta’ gudizzju gew abraccjati f’kawzi recenti ghal zminijietna bhal, per ezempju, f’dik fl-ismijiet Godwin Azzopardi vs. Paul Azzopardi, (Prim’Awla, 31 ta’ Jannar, 2003) u dik fl-ismijiet Maria Cini vs. Lucia Sive Lucy Saliba et (Qorti tal-Magistrati [Ghawdex] Gurisdizzjoni Superjuri, 25 ta’ Jannar, 2008). In aggjunta, “l-Qorti ghandha toqghod ghat-termini tal-kawzali u tat-talba kif migjuba fic-citazzjoni; u t-termini uzati f’atti gudizzjarji formali, bhal ma huma l-att tac-citazzjoni, ghandhom jittiehdu u jittiehdu biss fis-sens guridiku taghhom, u mhux fis-sens tal-lingwagg popolari ta’ nies profani ghall-ligi; xort’ohra, il-konsegwenzi jkunu kaotici” (Alice Amato noe vs. Vivian B. DeGray, M.V.O., M.B.E., noe et, Appell Superjuri, 24 ta’ Novembru, 1958).
44. Anke jekk munit bil-fakoltá li jiddeciedi l-kaz quddiemu skond il-kanoni ta’ ekwitá skond l-Artikolu 21(1) tal-Kapitolu 378 tal-Ligijiet ta’ Malta, it-Tribunal ma setghax, u ma jistax, ma jsegwix tali norma procedurali li tistabbilixxi l-kontradittorju bejn il-kontendenti. Jekk dan ikun mod iehor, dan ikun ifisser li l-eccezzjonijiet appozitament sollevati mill-avversarju ghat-talba attrici jisfumaw fix-xejn u jsiru bla ebda utilitá.
45. Wara kollox, l-ekwitá mhux principju indipendenti u distakkat min-normi kodifikati. Anzi, l-ekwitá hija l-espressjoni tal-gustizzja, sostantiva u procedurali, ta’ tali normi mfissra fil-kotba statutorji hekk kif antikament akkolt fil-massimi li jghallmu li aequitas legem sequitur u aequitas nunquam contravenit legem li rispettivament ifissru li l-ekwità ssegwi l-ligi u li l-ekwità ma tmurx kontra l-ligi.
46. Fil-gurisprudenza patria nsibu ritenut li, “l-ekwità hi intiza biex tkun maghzula mit-Tribunal dik ir-regola ta’ gudizzju li, b’riferiment ghal kaz konkret, tikkonsenti ghal soluzzjoni aktar adegwata tal-kontroversja. Indubitament, ukoll, huwa vitali li din ir-regola tinzamm fil-qafas tar-ragjonevolezza u ma tithalliex tiskonfina fl-arbitrarjeta jew ‘il barra mis-sistema fejn il-ligi u l-principji tad-dritt jibqghu l-gwidi principali fl-ambitu tal-fattispeci specifici li jkunu qed jigu ezaminati. Certament, ma kellux ikun mistenni illi l-ekwità sservi bhala xi sors alternattiv jew awtonomu ghal-ligi b’mod li t-Tribunal jinjora l-applikazzjoni taghha ghall-mertu tal-punt li kellu quddiemu. Pjuttost, ir-regola ta’ gudizzju u ta’ l-uzu tal-poter diskrezzjonali vestiti fih kellhom ikunu applikati fil-konfini tal-principju informatur tal-kwestjoni biex jigi verifikat, bhal f’dan il-kaz, dak ir-rapport negozjali suggerit mic-cirkustanzi tal-kawza ” (Maltacom plc vs. Silvan Industries Limited et, Appell Inferjuri, 28 ta’ Novembru, 2007 – enfazi mizjuda).
47. Illi minn qari tar-rimedju mitlub mir-rikorrenti, rikalkati sahansitra fin-nota ta’ osservazzjonijiet taghhom, jidher illi l-istess rikorrenti ma ridux rimedju monetarju izda wiehed riparatorju tas-sitwazzjoni li kienu qed jilmentaw minnha. Minflok, u bla ebda ragjuni valida jew in kollegament mal-Ligi, t-Tribunal akkorda lir-rikorrenti s-somma ta’ €2,000 u kwalifika tali dikjarazzjoni u kundanna bhala akkoljiment tat-talba tar-rikorrenti, meta fir-realtá r-rikorrenti qatt ma talbu tali rimedju.
48. Minghajr pregudizzju ghal dak s’issa dibattut dwar dan l-aggravju, li hu fir-rigward ta’ l-operat tat-Trubunal, l-appellant Bajada xorta jtenni s-sottomissjoni (ara raba eccezzjoni u nota ta’ sottomissjonijiet tieghu datata 11/04/2011) li r-rimedju mitlub mir-rikorrenti m’hu mkien kontemplat taht il-ligi specjali Kapitolu 378 tal-Ligijiet ta’ Malta. Rigwardata minn dan l-aspett, it-talba tar-rikorrrenti kellha tigi michuda ghax mhux arginata skond ir-rimedji ricevuti jew komminati fl-imsemmija ligi specjali.
Il-Hames Aggravju: Rimedju Akkordat Hu Sproporzjonat
49. Illi minghajr pregudizzju ghal dak kollu s’issa espress, is-somma akkordata mit-Tribunal hija priva minn kwalsiasi fundament guridiku, ma ssibx ir-radici fil-provi migbura u, kunsidrati l-fattezzi tal-kaz odjern u ta’ l-ilment tar-rikorrenti, hija ferm sproporzjonata.
50. L-ilment tar-rikorrenti hu dwar cappetti ghal sitt (6) aperturi li sfaw imsadda. Ir-rimedju moghti lilhom mit-Tribunal hu kumpens ta’ €2,000. Bejn l-ilment u s-somma rizarcitorja ma hemm xejn li jghaqqadhom flimkien. La hemm provi ta’ hsarat f’tali somma u anqas talba ghal somma rizarcitorja.
51. Wiehed retorikament jistaqsi kif, sprovvist minn talba appozita u fin-nuqqas ta’ provi f’dan is-sens, it-Tribunal wasal ghas-somma ta’ €2,000?
52. Ghar-rigward tas-somma likwidata ta’ €2,000, l-appellant Bajada jirrileva li il-konjugi Spiteri Bailey qatt ma lmentaw mix-xoghol maghmul mill-appellant Ray Bajada cioe’ l-aperturi fihom infushom. L-uniku lment huwa dwar ic-cappetti li ssaddu u xejn izjed. Altru mela l-appellant ma jistax jifhem kif it-Tribunal wasal ghas-somma ta’ €2,000 meta hawn qed nitkellmu biss fuq ftit cappetti.
53. Din hija trasgressjoni li ma tistax tghaddi inosservata minn din l-Onorabbli Qorti. Anke fuq din il-bazi, id-decizjoni tat-Tribunal jisthoqqilha tigi mhassra.
Ghal dawn ir-ragunijiet kollha il-konvenut Raymond Bajada qed jitlob li din il-Qorti tilqa’ l-appell incidentali tieghu billi tirrevoka u thassar is-sentenza appellata tat-28 ta’ Mejju, 2012 fl-ismijiet premessi, okkorrendo billi tilqa’ l-eccezzjoniji tal-preskrizzjoni u tichad it-talba tar-rikorrenti diretta fil-konfront tieghu bl-ispejjez taz-zewg istanzi kontra l-istess rikorrenti appellati, jew, fin-nuqqas ta’ dan, li tilqa’ l-bqija ta’ l-eccezzjonijiet tieghu u tichad t-talba tar-rikorrenti, bl-ispejjes taz-zewg istanzi kontra l-istess rikorrenti appellati.
Rat ir-risposta tal-appellati Nicolette u Michael konjugi Spiteri Bailey għall-appell inċidentali ta’ Raymond Bajada fejn gie sottomess:-
Illi fuq nota generali l-atturi appellati jinnutaw illi dan l-appell incidentali, l-istess bhall-appell principali ntavolat minn Metalfit Company Limited, ma jikkontestax il-mertu illi l-prodott supplit kien difettuż u mhux tal-kwalita` pattwita u/jew idonea, liema nuqqas irrizulta f’dannu ngenti lill-konsumaturi appellati;
Illi l-appellanti lanqas ma jikkontestaw il-fatt li l-konsumaturi appellati huma intitolati għal rimedju, izda t-tnejn li huma jippruvaw jinhallu mir-responsabilita` taghhom billi jitfgħu it-tort fuq xulxin;
Illi di piu`, l-appell incidentali jfittex l-annullament ta` sentenza li hija gusta u ekwa fil-mertu billi jiggranfa ma dak illi, fl-opinjoni tal-appellant, huwa nuqqas procedurali.
Illi fl-ewwel aggravju tiegħu l-appellant Bajada jgħid illi
“It-Tribunal ma ndagax, hekk kif kien mistenni u minnu doveruż, fl-eċċezzjoni tal-preskrizzjoni mqanqla mill-intimat...”;
Illi, l-kwistjoni tal-preskrizzjoni fill-fatt giet imqajjma u trattata ampjament quddiem it-Tribunal fejn il-partijiet taw kemm ix-xhieda taghhom kif ukoll ghamlu s-sottomissjonijiet taghhom, kemm verbalment kif ukoll bil-miktub, f’dan ir-rigward;
Illi, a skans ta` ripetizzjoni inutili, l-esponenti jaghmlu riferenza ghan-nota responsiva illi huma kienu pprezentaw fit-Tribunal fit-3 t’Awwissu 2011 (li qed tigi hawn annessa bhala “Dok 1”), dwar l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni, liema nota taghmel referenza ampja ghax-xhieda moghtija taht gurament quddiem it-Tribunal, taghti timeline car ta` kif graw l-affarijiet u tghid ghaliex l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni hija infondata fil-fatt u fid-dritt u ghalhekk ma kellhiex tintlaqa – kif fil-fatt gara;
Illi l-fatt illi t-Tribunal għadda għad-deċiżjoni fil-mertu huwa, fih innifsu, deċiżjoni li l-eċċezzjonijiet kollha tal-intimat appellant, inkluz dik tal-preskrizzjoni, ġew miċħuda
Illi, a kuntrarju ta` dak sostnut fl-ewwel aggravju ta` l-appellant, zgur li it-Tribunal ma injorax l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni “bhallikieku ma kienitx tezisti”, tant illi fl-ahhar seduta specifikament ipprovda kif kellha tigi ttratata din l-eccezzjoni, u ghaldaqstant din l-Onorabbli Qorti zgur li m’ghandhiex tannulla din sentenza illi hija sostanzjalment ekwa u gusta;
Illi, ebda wahda mill-eccezzjonijiet tal-appellant ma gew specifikament indirizzati fid-decizjoni tat-Tribunal u dan fl-istil konciz u prattiku illi huwa konswet fil-prassi tat-Tribunal, tant illi jekk wieħed jara deċiżjonijiet oħra tal-istess Tribunal, isib illi huwa komuni li eċċezzjonijiet ma jiġux trattati individwalment fis-sentenza meta tingħata deċiżjoni fil-mertu favur il-konsumatur;
Illi, l-każijiet li jirreferi ghalihom l-appellant in sostenn tal-prinċipju li sentenzi li ma jittrattawx l-eċċezzjoni tal-preskrizzjoni b’mod separat għandhom jiġu dikjarati nulli jekk ma jkunux sostanzjalment gusti, huma kollha decizjonijiet minn sentenzi tal-Qrati ordinarji u mhux minn decizjonijiet tat-Tribunal Għal Talbiet tal-Konsumatur, liema Tribunal jsegwi proċedura informali u gie mwaqqaf sabiex joffri rimedju effiċjenti, prattiku u bbazat fl-ekwita` lill-konsumaturi;
Illi, proceduralment, u minghajr pregudizzju ghas-suespost, jekk l-appellant hass illi l-eccezzjoni tieghu kellha tigi indirizzata b’kap separat, huwa seta’ faċilment, minnflok stenna sal-appell inċidentali, talab lill-arbitru tat-Tribunal sabiex jagħti deċiżjoni specifika dwar din l-eċċezzjoni tiegħu, u dan skond is-setgħa mogħtija lill-arbitri ai termini tar-regola 16.4 tar-Regoli Dwar it-Tribunal Għal Talbiet tal-Konsumatur, li jipprovdi illi: “16.4. Arbitru jista’ jsewwi żball jew omissjoni aċċidentali li jsiru f’deċiżjoni, u jista’ iktar minn hekk jipprovdi dwar spejjeż, mgħax jew kull ħaġa oħra li ma tkunx ingħatat deċiżjoni dwarha iżda li fil-fatt kellha tingħata tali deċiżjoni”;
Illi, fl-ispirtu tal-Ligi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, u f’gieh l-ekwita` u l-protezzjoni tal-konsumatur, din l-Onorabbli Qorti m’ghandhiex tannulla sentenza li hija sostanzjalment gusta fuq punt procedurali u dan, multi magis, meta jezisti rimedju alternattiv u anqas nociv.
Illi, ukoll mingħajr preġudizzju, jigi sottomess illi l-perjodu ta’ sentejn li jagħmel referenza għalih l-artikolu 78 mhux perjodu ta’ preskrizzjoni normali billi ma jirreferix għaż-żmien li fih trid tiġi intavolata l-azzjoni tal-konsumatur, iżda jirreferi biss għaż-żmien li fih il-konsumatur irid jinduna bin-nuqqas ta’ konformitá;
Illi għalhekk ukoll, wiehed m’ghandux jigbed paralleli ma regoli procedurali restrittivi li japplikaw fil-kaz tal-perjodi preskrittivi normali stipulati fil-Kodici Civili taghna;
Illi l-appellant iżid jgħid illi n-nuqqas ta’ deċiżjoni imur kontra dak kontenut fl-artikolu 21(1) tal-Kapitolu 378. Dan huwa ta` sorpriza stante illi l-artikolu jgħid illi t-Tribunal għandu jaqta’ l-kwistjonijiet li jkollu quddiemu skond kull mertu u ġustizzja sostantiva tal-każ u skond l-ekwitá, tant li huwa proprju dan li jiddistingwi t-Tribunal Għal Talbiet tal-Konsumatur minn Qrati u Tribunali oħrajn, u dan sabiex il-konsumaturi, li huma meqjusin li qiegħdin f’pożizzjoni relattivament żvantaġġata versu l-bejjiegħa, jingħataw rimedju aktar flessibbli u effiċjenti li hu bbażat fuq l-ekwitá;
Illi fit-tieni aggravju l-appellant jgħid illi l-considerandi tat-Tribunal u l-parti razzjonali tad-deċiżjoni hija mankanti; Illi kif l-abbli difensuri tal-appellant korrettament antiċipaw, l-appellati jissottomettu illi huwa prinċipju ben stabbilit u komfortat bil-ġurisprudenza tal-Qrati Maltin illi Qorti ta’ sekonda istanza, għandha kemm jista’ jkun ma tiddisturbax l-eżerċizzju tad-diskrezzjoni ta’ Qorti (jew Tribunal) tal-ewwel istanza – aktar u aktar meta ir-regoli ta` dak it-Tribunal ikunu jipprovdu rimedju alternattiv bhal dak stipulat f’regola 16.4 tar-Regoli Dwar it-Tribunal Għal Talbiet tal-Konsumatur ikkwotata aktar ‘l fuq;
Illi mingħajr ma joqgħodu jikkwotaw b’mod ripetittiv in-numerużi sentenzi li jgħidu dan, l-appellati ser jikkwotaw sentenza waħda fl-ismijiet Vincent Spiteri v. L-Onorevoli Prim Ministru et tal-1977, li ġiet ċitata fis-sentenza Dr. Mario Vella v. Joseph Bannister bħala Chairman u in rappresentanza tal-Malta Development Corporation datata s-7 ta’ Marzu 1994 tal-Qorti Kostituzzjonali: “illi bħala regola Qorti ta’ sekonda istanza ma tiddisturbax id-diskrezzjoni mogħtija lill-Qorti ta’ prim’istanza u minnha eżerċitata, jekk mhux għal raġuni gravi bħallikieku fejn dik il-Qorti tkun eżerċitat illegalment jew b’xi mod manifestament erroneju jew inġust, id-diskrezzjoni tagħha”;
Illi kif jgħid l-appellant stess, sabiex deċiżjoni tista’ tkun soġġetta b’suċċess għal reviżjoni, jeħtieġ illi “t-Tribunal ma jkunx ippresta attenzjoni adegwata lill-meriti tal-każ, jew fejn l-eżerċizzju tal-poter diskrezzjonali jkun għal kollox nieqes minn raġuni jew meta l-konklużjoni ultimament raġġunta tirriżulta illoġika”;
Illi fil-kawża odjerna, jekk wieħed iħares lejn dak li rriżulta tul is-seduti quddiem it-Tribunal, u jqabbel dan mar-riżultat finali, jidher ċar li dan ma kienx il-każ;
Illi, mingħajr preġudizzju, l-appellant qiegħed jikkontradixxi lilu nnifsu billi kif jgħid hu stess fit-tmien (8) paġna tar-risposta u appell inċidentali tiegħu, it-Tribunal ta deċiżjoni u spjega ir-raġuni għad-deċiżjoni tiegħu;
Illi l-appellant stess jgħid hekk: “14. Illi b’deċiżjoni datata it-Tnejn, 28 ta’ Mejju, 2012, it-Tribunal Għal Talbiet tal-Konsumatur ippronunzja s-sentenza tiegħu li permezz tagħha laqa’ t-talba tar-rikorrent u ordna lill-intimati in solidum bejniethom biex iħallsu s-somma ta’ elfejn ewro (€2,000), kompriżi wkoll l-ispejjeż tal-proċeduri.
15. Illi dan id-decide ġie raġġunt wara li t-Tribunal kkunsidra hekk:Ir-rikorrenti ssottomettew bil-miktub illi huma kienu ingaġġaw lill-intimat sabiex jissuplixxi u jinstalla aperturi ta’ l-Iroko. Illi rriżulta li ċ-ċappetti ta’ l-imsemmija aperturi kellhom ikunu “electro-galvanized plated” u li wara xi żmien beda ħiereġ is-sadid minn xi wħud miċ-ċappetti. L-intimat issottometta li “electro galvanizing” huwa l-uniku tip ta’ “galvanizing” li fil-prattika jintuża hawn Malta”;
Illi dawn l-aħħar żewġ paragrafi t-Tribunal ippoġġihom taħt it-titolu “Ikkunsidra s-segwenti” u b’hekk dawn jikkostitwixxu l-considerandi tiegħu, u wara jikteb “Għal dawn il-motivi” u jgħaddi sabiex jagħti d-deċiżjoni tiegħu;
Illi joħroġ ċar minn dak li jgħid l-appellant stess meta jikkwota s-sentenza Dylan Mallia v. Bargain Holidays illi l-motivazzjoni mhux neċessarjament tkun xi waħda elaborata;
Illi b’hekk jikkonkorru l-elementi kollha li tirrikjedi deċiżjoni minn Tribunal ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju, kif elenkati mill-appellant f’paġna 17 tar-risposta u appell tiegħu;
Illi għalhekk l-atturi appellati ma jistgħux jifhmu kif l-appellant qiegħed jgħid li r-ratio tad-deċiżjoni kien mankanti;
Illi, mingħajr preġudizzju, kemm il-darba jirriżulta li l-appellant qed jirreferi għall-qosor tad-deċiżjoni tat-Tribunal (relattiv mas-sentenzi tal-qrati ordinarji), kif diga surrefeirt, hija prattika komuni u aċċettata illi d-deċiżjonijiet tal-istess Tribunal ma jkunux twal u jinkitbu f’termini sempliċi li jista’ jifhimhom kulħadd, u dan jista’ jiġi osservat jekk wieħed iħares lejn deċiżjonijiet oħrajn tal-istess Tribunal;
Illi fit-tielet aggravju tiegħu l-appellant jippretendi illi billi l-iggalvanizzar sar minn Metalfit Company Limited, huwa għandu jiġi meħlus mill-obbligi tiegħu taħt l-Att Dwar l-Affarijiet tal-Konsumaturi;
Illi din il-pretensjoni hi għal kollox infondata kif jirriżulta minn qari tal-artikoli tal-Kap. 378 rigward ‘Bejgħ ta’ Oġġetti lill-Konsumaturi’;
Illi l-artikolu 73 jipprovdi hekk: “(1) Il-kummerċjanti għandhom l-obbligu jikkunsinnaw lill-konsumaturi oġġetti li jkunu konformi mad-deskrizzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet fil-kuntratt tal-bejgħ, u skond hekk ikollhom l-obbligu li jiżguraw li l-oġetti – jkunu konformi mad-deskrizzjoni mogħtija mill-kummerċjant u jkollhom il-karatteristiċi, l-fattizzi u l-kwalitajiet ta’ l-oġġett li l-kummerċjant jkun wiegħed jew ikun wera jew xort’oħra ppreżenta lill-konsumatur bħala kampjun jew mudell;
(a) jkunu adattati għall-iskop partikolari li għalih il-konsumatur ikun jeħtieġhom u li jkun għarrag bihom lill-kummerċjant meta kien qed jagħmel il-kutratt;
(b) ikunu adattati għall-iskop li għalih oġġett ta’ l-istess tip normalment jintużaw; u
(c) juru l-kwalitá u l-kapaċitá li huma normali f’oġġett ta’ l-istess tip u li l-konsumatur jista’ raġonevolment jistenna, fil-qies tax-xorta ta’ l-oġġett u meta jitqiesu d-dikjarazzjonijiet pubbliċi dwar il-karatteristiċi speċifiċi ta’ l-oġġetti li jsiru dwarhom sew mill-kummerċjant, mill-produttur jew mir-rappreżentant tiegħu, partikolarment fl-irreklamar jew fuq it-tikketti”;
Illi huwa ċar li fil-każ odjern l-appellant Raymond Bajada naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-artikolu suċċitat, u dan billi naqas milli jiżgura li l-prodott supplit minnu kien konformi (i) mal-iskop li għalih l-atturi appellati xtraw il-prodott u b’liema skop l-istess konsumaturi kienu informawh, (ii) mad-deskrizjoni mogħtija minnu illi ċ-ċappetti kienu adatti għall-użu fuq barra tant li assigurhom li ċ-ċappetti in kwistjoni “twaħħluhom u tinsewhom” għaliex qatt ma jagħtu problemi, u (iii) mal-kwalitá u l-kapaċita li huma normali f’oġġett ta’ l-istess tip u li l-konsumaturi setgħu raġonvelment jistennew;
Illi li ġara f’dan il-każ, l-aperturi u ċ-ċappetti inżebgħu b’żebgħa bajda u b’hekk ir-rikorrenti appellatti ma setgħux jindunaw bil-ħsara qabel mas-sadid tant kien avvanzat illi ċ-ċappetti bdew jerħu s-sadid li beda jiskula u itebba ż-żebgħa ta’ l-aperturi, u dan ġara wara biss ftit xhur;
Illi l-artikolu 77 tal-Kap. 378 jipprovdi illi meta l-kummerċjant, li jkun il-bejjiegħ aħħari tal-oġġett, ikun responsabbli lejn il-konsumatur minħabba nuqqas ta’ konformitá li tirriżulta minn xi att jew omissjoni tal-produttur jew il-bejjiegħ ta’ qablu, l-aħħar bejjiegħ ikollu l-jedd li jfittex rimedju kontra l-persuna responsabbli fir-rabta kontrattwali;
Illi minn qari ta’ dawn l-artikoli wieħed faċilment jifhem illi l-fatt li fir-rabta kontrattwali jkun responsabbli xi ħadd ieħor (bħall-produttur jew il-bejjiegħ ta’ qablu) ma jfissirx li l-bejjiegħ tal-aħħar jinħeles mir-resposabbiltá tiegħu taħt il-Kap. 378;
Illi r-raba’ aggravju tal-appellant jirrigwarda r-rimedju mogħti mit-Tribunal;
Illi primarjament, l-artikolu 74 tal-Kap. 378 jipprovdi illi l-kummerċjant għandu jipprovdi rimedju għal kull nuqqas ta’ konformitá fl-oġġett li kienet teżisti meta dawn ġew ikkunsinnjati lill-konsumatur u fil-każ odjern it-Tribual ordna lill-kummerċjant sabiex jagħmel proprju dan;
Illi l-istess artikolu jispeċifika illi “il-konsumatur ikollu jedd” li jew l-oġġetti jinġiebu konformi bla ebda ħlas billi jissewwew jew jiġu rimpjazzati, jew fl-alternattiv li jirċievi ħlas lura ta’ tnaqqis fil-prezz adattat jew li ssir rexxissjoni tal-kuntratt;
Illi ghalkemm sarulu diversi talbiet mill-appellati sabiex jirrimedja d-dannu, l-appellant Bajada baqa ma bidilx ic-cappetti msadda u ma irripresstinax l-aperturi mtebbghin;
Illi l-atturi kienu talbu lit-Tribunal sabiex jordna li ċ-ċappetti affettwati jiġu mibdula u l-aperturi riprestinati billi jinżebgħu mill-ġdid jew fl-alternattiv li t-tiswijiet isiru minnhom a spesa tal-intimat;
Illi għalhekk il-ħlas ta’ somma flus mill-appellant kienet ikkontemplata fit-talba tal-atturi, u tali talba hi kompatibbli ukoll mall-jedd għall-ħlas lura ta’ tnaqqis fil-prezz adattat (ai termini tal-artikolu 74);
Illi f’dan il-każ ir-rimedju ġie ikkalkolat b’riferenza għal stima mingħand mastrudaxxa tas-sengħa li ġiet ippreżentata mill-appellati quddiem it-Tribunal, ta’ kemm jiġu jiswew it-tiswijiet sabiex l-oġġetti jinġiebu fi stat li kellhom ikunu skond il-wegħdiet tal-kummerċjant;
Illi l-artikolu 76 jistabbilixxi wkoll illi riduzzjoni fil-prezz tista’ tingħata meta r-rimedju alternattiv ma jkunx jista’ jitlesta għal kollox mingħajr inkonvenjent sinjifikanti għall-konsumatur;
Illi m’hemmx dubju li fil-każ odjern, ir-rimedju ta’ tiswija u rimpjazzar ma jistax isir mingħajr inkonvenjent kbir għall-atturi appellati, kif irrizulta quddiem it-Tribunal u kif jista` jiġi spjegat aħjar tul it-trattazzjoni tal-appell odjern;
Illi kien proprju għar-raġunijiet premessi illi t-Tribunal kellu s-setgħa kollha meħtieġa li jagħżel li jagħti ir-rimedju ta’ ritorn ta’ parti mill-prezz;
Illi, mingħajr preġudizzju, l-appellant naqas milli jispjega kif dak kollu ċitat minnu għandu japplika għat-Tribunal Għal Talbiet tal-Konsumatur, anzi hu stess jinnota illi t-Tribunal hu obbligat li jiddeċiedi l-każijiet quddiemu
“skond il-kanoni tal-ekwitá”;
Illi mingħajr preġudizzju l-kawża ċitata mill-attur fl-ismijiet
Maltacom plc v. Silvan Industries Limited et, l-ewwelnett kienet tirrigwarda deċiżjoni tat-Tribunal Għal Talbiet Żgħar u mhux it-Tribunal Għal Talbiet tal-Konsumatur illi jimxi b’mod ferm aktar informali, u t-tieni nett il-parti kkwotata ma kienitx tirrigwarda r-rimedju mogħti mit-Tribunal iżda l-mod kif it-Tribunal immotiva
“b’mod loġiku u razzjonali l-elementi fattwali preżentati lilu u dawk tar-rapporti ġuridiċi mitwielda minnhom”;
Illi nonostante l-atturi appellati jaqblu ma dak ċitat mill-appellant, illi: “l-ekwitá hi intiża biex tkun magħżula mit-Tribunal dik ir-regola ta’ ġudizzju li, b’riferiment għal każ konkret, tikkonsenti għal soluzzjoni aktar adegwata għall-kontroversja.”
Illi in vista ta’ dak kollu li ntqal aktar ‘il fuq, mingħajr dubju ta’ xejn, it-Tribunal raġonevloment għażel dik ir-regola ta’ ġudizzju b’referenza għall-każ konkret li kienet toffri l-aktar soluzzjoni adegwata għall-kontroversja, u li tista’ tingħata skond il-liġi;
Illi bil-ħames aggravju tiegħu l-appellat jallega li r-rimedju fis-somma ta’ €2000 huwa spropozjonat;
Illi l-ewwelnett l-appellant hu skorrett meta jgħid illi l-ilment tal-atturi kien jikkonċerna biss ic-ċappetti u dan minhabba illi l-istess sadid fic-cappetti ikkawza dannu lill-aperturi infisshom illi ittebghu u ghalhekk iridu jinzebghu mill-gdid; Illi, barra minhekk, id-dannu mhux limitat ghall-sitt aperturi biss kif sottomess mill-appellant. B’ammissjoni tal-appellant stess, l-iggalvanizzar tac-cappetti tal-aperturi kollha, li huma hafna aktar minn sitta, sar kollu bl-istess process ta` electro-galvanisation, illi kif irrizulta ampjament huwa inadegwat ghall-protezzjoni mill-elementi u ghalhekk ikkawza l-hsara sofferta;
Illi ghalhekk ic-cappetti kollha, ta` l-aperturi kollha suppliti mill-appellant iridu jinqalghu u jinbidlu u l-aperturi kollha iridu jerghu jigu mizbugha mill-gdid u għalhekk ir-rimedju mogħti ma kienx għal sempliċi “ċappetti għal sitt (6) aperturi li sfaw imsadda” kif jgħid l-appellant fl-appell inċidentali tiegħu, illi bil-kliem “hawn qed nitkellmu biss fuq ftit ċappetti” donnu qiegħed jipprova jissuġerixxi li d-dannu li soffrew l-atturi kien wiehed zghir u ta` ftit konsegwenza;
Illi meta wieħed iqis illi l-atturi ħallsu Lm8,000 u cioe` l-ekwivalenti ta tmintax-il elf, sitt mija u erbgħa u tletin ewro u tmienja u disgħin ċenteżmu (€18,634.98) għall-aperturi in kwistjoni, faċilment wieħed jifhem illi r-rimedju mogħti, mhux biss kien jirrifletti l-istima pprezentata mill-appellati izda kien wieħed proporzjonat u konservattiv anke f’termini oggettivi meta wiehed iqis illi dan jirraprezenta biss ghaxra fil-mija (10%) tal-prezz imhallas ghall-prodott; Illi, ghar-ragunitjiet hawn fuq premessi jidher car u manifest illi dan l-appell incidentali mhuwiex ghajr sforz frivolu u vessatorju tal-appellant (kif kontemplat f’artikolu 22(5) tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur) sabiex jisgicca mir-responsibilitajiet tieghu bhala kumercjant kif jirrizultaw mil-Ligi u kif stabiliti mit-Tribunal.
Ghal dawn ir-ragunijiet kollha l-appellati qed jitolbu li din il-Qorti sabiex (i) tiċħad dan l-appell u tikkonferma d-deċiżjoni tat-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur; u (ii) minghajr pregudizzju ghall-talba numru (i) tiddeciedi u tiddikjara illi dan l-appell incidentali huwa frivolu u vessatorju ai termini f’artikolu 22(5) tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur. Bl-ispejjeż taż-żewġ istanzi kontra l-appellant Raymond Bajada.
Rat ir-risposta tas-socjeta’ kjamata in causa Metalfit Company Limited ghall-appell incidentali ta’ Raymond Bajada fejn gie sottomess:-
1. Illi permezz tal-avviz fl-ismijiet premessi, ir-rikorrenti talbu illi l-intimat Raymond Bajada jigi ordnat ibiddel ic-cappetti affettwati w jirripristina l-aperturi affetwati billi jinzebghu mill-gdid u li jekk huwa jonqos milli jaghmel dan fi zmien stipulat mit-Tribunal, illi r-rikorrenti jigu awtorizzati jaghmlu huma x-xoghol necessarju, a spese tal-intimat.
2. Illi l-intimat Bajada talab li tigi kkjamata fil-kawza s-socjeta` esponenti.
3. Illi s-socjeta` esponenti eccepiet (a) illi hija ma ghandha ebda relazzjoni kummercjali w konsegwentement ebda relazzjoni guridika mar-rikorrenti konjugi Spiteri Bailey u ghaldaqstant, in kwantu t-talbiet tar-rikorrenti huma ndirizzati minnhom lejn is-socjeta’ eccipjenti, dawn ghandhom jigu rigettati bl-ispejjez kontra r-rikorrenti u (b) in subsidju w bla pregudizzju ghall-premess, in kwantu ghall-oggetti mibjugha u konsenjati lill-intimat l-iehor Raymond Bajada, dan kien jaf ben tajjeb x’tip ta’ zinkatura tinghata lill-istess oggetti mill-fabbrika tal-esponenti, ghax ma kienx l-ewwel darba li nqeda bis-servizzi tas-socjeta’ eccipjenti, u kwindi kien imgharraf u jaf li l-istess oggetti ma kienux idoneji li jintuzaw fuq barra, allura messu tahom zinkatura u/jew protezzjoni differenti w ulterjuri ghal dik moghtija mis-socjeta’ esponenti.
4. Illi permezz tas-sentenza tat-28 ta’ Mejju 2012, it-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumatur iddecieda l-proceduri billi laqa’ t-talba tar-rikorrenti w ordna lill-intimati in solidum bejniethom ihallsu s-somma ta’ €2,000, bl-ispejjez kontra l-istess intimati.
5. Illi l-konvenuta esponenti intavolat appell, peress illi hasset ruhha aggravata bl-imsemmija sentenza.
6. Illi in segwitu ghal dan l-appell, il-konvenut l-iehor Raymond Bajjada, intavola appell incidentali peress illi anke hu hass ruhu aggravat bl-imsemmija sentenza.
7. Illi a skans ta’ ripettizzjoni, l-esponenti taghmel ampja riferenza ghall-kontenut tal-appell principali taghha.
8. Illi in kwantu jirrigwarda l-ewwel aggravju, it-tieni aggravju, ir-raba’ aggravju w il-hames aggravju mressqa mill-konvenut Raymond Bajada, dawn huma kollha fil-konfront tal-atturi appellati konjugi Spiteri Bailey u l-pretensjonijiet minnhom mressqa, u tali aggravvji huma gusti w ghandhom ukoll iwasslu sabiex din l-Onorabbli Qorti joghgobha tichad it-talbiet tal-atturi, bl-ispejjez kollha taz-zewg istanzi kontra taghhom u/jew kontra l-konvenut Raymond Bajada.
9. Illi in kwantu jirrigwarda t-tielet aggravju mressaq mill-konvenut Raymond Bajada, ossija li huwa mhuwiex responsabbli fil-konfront tal-atturi w li tali responsabbilta` semmai ghandha tingarr mill-esponenti, jigi sottomess bir-rispett illi tali aggravju huwa insostenibbli w ghandu jigi michud bl-ispejjez kontra l-konvenut Raymond Bajada.
Is-semplici fatt illi s-socjeta` esponenti kienet giet imsejjha fil-kawza mill-konvenut Raymond Bajada, certament illi mhuwiex bizzejjed sabiex iwassal biex titwieled relazzjoni guridika bejn l-atturi u s-socjeta` esponenti u l-anqas ma tnissel ness guridiku bejn is-socjeta` esponenti w it-talbiet u r-rimedji mitluba mill-atturi. Dan qieghed jinghad partikolarment fid-dawl tal-fatt illi l-proceduri li l-atturi ghogobhom iressqu, huma esklussivament ibbazati fuq ir-relazzjoni bejn konsumatur u kummercjant u dan skond id-disposizzjonijiet tal-Att Dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur. Fil-fatt, l-atturi ma ressqux it-talbiet taghhom quddiem il-Qrati ordinarji, izda fit-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumatur.
Fl-ewwelnett il-konvenut Bajada jallega illi s-socjeta` esponenti kienet obbligata li tforni oggett ta’ kwalita` li jservi ghall-iskop naturali tieghu. Apparti l-fatt illi kif gja` rilevat, l-obbligi tas-socjeta` esponenti huma biss fil-konfront ta’ Raymond Bajada u certament mhux fil-konfront tal-atturi, jibqa’ dejjem il-fatt illi s-servizz ta’ zinkatura li toffri s-socjeta` konvenuta hija biss ta’ tip limitat u cjoe` dik ta’ 8 microns, li hija addattata biss ghal cappetti li jitwahhlu fuq oggetti li ma jkunux esposti ghall-elementi esterni.
Il-konvenut Bajada jallega illi huwa kien informa lill-impjegat tas-socjeta` esponenti dwar l-uzu intiz ghac-cappetti w sahansitra jghid illi kien l-obbligu tas-socjeta` esponenti li tressaq tali impjegat bhala xhud. Bir-rispett kollu, jekk il-konvenut Bajada ried jipprova ghas-sodisfazzjon tat-Tribunal, li huwa kien indika l-iskop intiz ghal tali cappetti, kien jispetta lill-istess Bajada li jressqu bhala xhud biex jikkonferma l-allegazzjoni tieghu illi huwa kien iddikjara b’mod car u univoku fejn tali cappetti kienu ser jigu eventwalment installati. Gjaladarba ma jirrizultax bhala ppruvat, la li Bajada kien attwalment informa lill-impjegat tas-socjeta` esponenti li tali cappetti kienu ser jitwahhlu fuq barra u l-anqas illi s-servizz minnu rikjest kien differenti minn dak li toffri s-socjeta` esponenti, ma jistax jigi ritenut li kien hemm xi nuqqas da parte tal-esponenti fil-konfront tal-konvenut Bajada u wisq inqas fil-konfront tal-atturi. Tant mhuwiex minnu li Bajada kien informa lill-impjegat tal-esponenti li c-cappetti kienu ser jintuzaw fuq aperturi esterni, li fl-appell incidentali huwa jghid “L-iggalvanizzar ta’ dawn ic-cappetti kellu jsir mis-socjeta` appellanti Metalfit u kellu jsir skond is-sengha w l-arti u ghall-uzu li solitament iservu c-cappetti (f’dan il-kaz ma’ l-aperturi li jkunu esposti ghall-elementi).” Jekk Bajada kien verament ikkonkluda jew hadaha for granted li cappetti jintuzaw biss fuq aperturi esposti ghall-elementi, din kienet konkluzjoni gratuwita w ovvjament zbaljata minn-naha tieghu, ghax huwa ovvju ghal kulhadd u wisq iktar ghal mastrudaxxa (bhala ma hu l-konvenut Bajada), li capetti jintuzaw ukoll fuq diversi oggetti w ghamara li tinzamm f’ambjenti interni u li bhala prekawzjoni ulterjuri tinghata zinkatura bazika kontra l-umdita` ambjentali interna.
Il-konvenut Bajada jghid illi jekk l-iggalvanizzar ma kienx effettiv, ghandha tirrispondi s-socjeta` esponenti. Fir-rejalta` w kif gja` rilevat, is-servizz ipprovdut mis-socjeta` esponenti kien EFFETTIV, izda dan naturalment fl-ambitu tas-servizz li hi tipprovdi, ossija zinkatura limitata ta’ 8 microns, li huwa mehtieg ghal certi skopijiet. Fl-ahhar mill-ahhar, anke s-semplici prezz taz-zinkatura, globalment ammontanti ghal €72.96c (inkluz VAT) imhallas lis-socjeta` esponenti, huwa fih innifsu konferma ulterjuri li tali zinkatura hija wahda minima intiza biss ghal uzu intern. Jekk il-konvenut Bajada ghogbu jaghti garanziji ulterjuri lill-atturi, fl-ahhar mill-ahhar ukoll riflessi fil-prezzijiet sostanzjali minnhu talvolta mitluba w imhallsa mill-atturi, certament illi dawn ma ghandhom ikollhom ebda konsegwenza fuq l-esponenti.
Kuntrarjament ghal dak suggerit minn Bajada, il-fatt illi z-zinkatura fuq ic-cappetti nghatat mis-socjeta` esponenti ma jfissirx li dan il-fatt wahdu jwassal awtomatikament biex jikkreja relazzjoni guridika bejnha w l-atturi, wisq inqas meta l-pretensjonijiet attrici huma unikament ibbazati fuq id-disposizzjonijiet tal-Att Dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur u tenut ukoll kont tat-talbiet imressqa w proposti mill-atturi. In-nuqqas ta’ relazzjoni guridika bejn is-socjeta` esponenti w l-atturi, hija wkoll rikonoxxuta, (a) kemm fir-rijassunt dettaljatissimu tat-talbiet taghhom, li l-atturi ghamlu fin-nota ta’ sottomissjonijiet, fejn huwa regghu tennew illi t-talbiet taghhom huma diretti unikament kontra l-konvenut Bajada u (b) kif ukoll fir-risposta ghall-appell principali tal-esponenti, fejn l-atturi qalu illi Raymond Bajada mhux biss naqas milli jissupplixxi prodott tal-kwalita` mwieghda lill-atturi (f’dan il-kaz, certament illi s-socjeta` esponenti ma weghdet xejn u ma pprovdiet l-ebda garanziji lill-atturi), izda Bajada naqas ukoll milli jwettaq l-obbligi prezunti fil-kuntratt ta’ bejgh illi jaghmel tajjeb ghal difetti li ma jidhrux (similment, ma kien hemm l-ebda kuntratt ta’ bejgh u l-anqas ma gew stabbiliti xi obbligazzjonijiet, bejn is-socjeta` esponenti w l-atturi).
Ghal dawn il-motivi, is-socjeta` kjamata in kawza Metalfit Co. Ltd. tissottometti illi, it-tielet aggravju mressaq mill-konvenut appellant Raymond Bajada ghandu jigu michud, bl-ispejjez kontra tieghu, filwaqt li ddikjarat li taqbel mal-ewwel, it-tieni, ir-raba’ w il-hames aggravji mressqa mill-istess Raymond Bajjada, b’dan illi din il-Qorti tirrevoka s-sentenza appellata w tichad it-talbiet tal-atturi, bl-ispejjez kollha taz-zewg istanzi kontra l-atturi u/jew kontra l-konvenut Raymond Bajada.
Rat l-atti l-ohra kollha tal-appell kif ukoll l-atti kompilati quddiem it-Tribunal ghat Talbiet tal-Konsumatur.
Rat id-dokumenti esibiti.
Semghat it-trattazzjoni orali tad-difensuri tal-partijiet
Rat li l-appell gie differit sabiex tinghata s-sentenza.
Ikkonsidrat:-
Dan hu appell minn decizjoni tat-Tribunal ghat Talbiet tal-Konsumatur (minn hawn il-quddiem imsejjah “it-Tribunal”) u jirrigwarda x-xiri ta’ cappetti galvanizzati li kellhom jitwahhlu ma aperturi li kienu jaghtu ghal barra. Ir-rikorrenti kienu inkarigaw biex jaghmel dan ix-xoghol lill-intimat appellant Raymond Bajada, li akkwista l-imsemmija cappetti mis-socjeta’ kjamata fil-kawza Metalfit Co. Ltd. L-istess kjamata fil-kawza saret fuq talba tal-imsemmi intimat Bajada. Dan l-appell gie ippresentat mis-socjeta’ kjamata fil-kawza u l-istess appell ipprovoka appell incidentali minn naha tal-imsemmi intimat. Originarjament it-talba tar-rikorrenti kienet diretta biss kontra l-intimat u fil-kors tal-proceduri giet kjamata fil-kawza l-imsemmija socjeta’ li kienet forniet ic-cappetti in kwestjoni. Wara xi zmien li dawn twahhlu beda hiereg is-sadid nonostante li suppost li kienu galvanizzati. It-talba principali tar-rikorrenti konjugi Spiteri Bailey hi fis-sens li l-intimat Bajada jigi ordnat ibiddel l-imsemmija cappetti u jirripristina l-apperturi billi jinzebghu mill-gdid.
It-Tribunal iddecieda billi laqa t-talba tar-rikorrenti u “ordna lill-intimati in solidum bejnithom ihallsu s-somma ta’ elfejn euro (€2000) bl-ispejjez kontra l-istess intimati.” Hu ovvju li hawnhekk meta intuzat il-kelma “intimati” ir-referenza kienet kemm ghall-intimat Bajada kif ukoll ghas-socjeta’ kjamata in causa.
Tista tkun gusta s-sottomissjoni tal-intimat, maghmula fl-appell incidentali tieghu, li d-decizjoni in kwestjoni mhux ben motivata u mhux twila kif ghandha tkun u hi nieqsa minn konsiderazzjonijiet. Din il-Qorti, pero’, m’ghandix biss thares lejn d-decizjoni u t-tul taghha u tieqaf hemm izda hu necessarju li d-decizjoni tigi analizzata fl-isfond tan-natura tal-azzjoni kif ukoll tac-cirkostanzi kollha partikolari tal-kaz.
In effett dan hu it-tieni aggravju tal-appellant incidentali fejn qed jigi sottomess li d-decizjoni mhux razjonali u tindika li t-tribunal ma uzax id-diskrezzjoni tieghu eccetto ghal certi osservazzjonijiet li pero’ huma generici. Skond il-provedimenti tal-Kapitolu 378 tal-Ligijiet ta’ Malta (Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur) it-Tribunal ghandu jiddeciedi t-talbiet u l-kwestjonijiet li jkollu quddiemu “skond kull meritu u gustizzja sostantiva tal-kaz u skond l-ekwita’” u dan a basi tal-artikolu 21(1). Skond l-artikolu 22(2)(c) jista isir appell meta t-tribunal, fid-decizjoni tieghu, ma osservax il-principji tal-gustizzja naturali u l-appellant ikun sofra pregudizzju. L-artikolu 23(1) jipprovdi li l-arbitru li jkun qed jippresjedi fit-tribunal ghandu jirregola l-procediment bil-mod li jahseb li jkun l-aktar xieraq sabiex titwettaq il-gustizzja naturali. Hu ukoll rilevanti l-artikolu 23(2)(d) li jistupula li l-arbitru m’ghandux jimmotiva d-decizjonijiet tieghu b’konsiderazzjonijiet twal izda jkun bizzejjed li jirrileva l-bazi li fuqa jkun iddecieda l-varji kwestjonijiet.
In vista ta’ dawn l-artikoli jidher li t-Tribunal ghandu essenzjalment l-istess setghat li ghandha l-Prim’Awla tal-Qorti Civili bl-eccezzjoni li l-arbitru, li jkun qed jippresjedi fuq il-procediment quddiem it-Tribunal, ghandu ukoll jirregola l-procediment u jiddeciedi l-kwestjonijiet skond id-dettami tal-gustizja naturali, li, kif hu ben risaput, jinvolvu l-principji espressi bil-frasijiet “nemo judex in causa proprja” u “audi alteram parte.” Dawn, fimkien mal-principju li d-decizjonijiet ghandhom ikunu motivati. huma il-kolonni li fuqhom hu bbazat it-twettiq tal-gustizzja naturali. L-arbitru ghalhekk irid jassigura principalment li l-partijiet involuti fil-procediment jinghataw l-istess trattament u jkolhom l-istess drittijiet u fakoltajiet. Inoltre l-arbitru ghandu jiddeciedi l-kwestjonijiet skond il-ligi u skond l-ekwita’. Hemm ukoll il-possibilita’ ta’ appell meta l-arbitru ma jkunx osserva l-imsemmija principji tal-gustizzja naturali. Inoltre l-arbitru jista jillimita ruhhu li semplicement jirrileva s-sisien li fuqhom wasal ghal konkluzjonijiet tieghu.
It-Tribunal ghat-Talbiet Zghar (Kapitolu 380 tal-Ligijiet ta’ Malta) ukoll jista jiddeciedi “skond l-ekwita’.” F’dan ir-rigward l-ahhar imsemmi Tribunal fis-sentenza tieghu tad-19 ta’ Dicembru 2002 fil-kawza fl-ismijiet “Marika Caruana vs Direttur Generali tal-Qorti tal-Gustizzja” wara li esamina fid-dettal, fost affarijiet ohra, l-artikolu 7(1) tal-Kapitolu 380 tal-Ligijiet ta’ Malta li jipprovdi li it-Tribunal ghat-Talbier Zghar ghandu jiddeciedi “principalment skond l-ekwita’” u varji sentenzi u awturi li ttrattaw il-kuncett tal-ekwita’ wasal ghall-konkluzjoni li “l-ekwita’ ghandha ssegwi l-ligi u ghandha ukoll pero’ l-funzjoni specjali li tissupplimentaha fejn din hi nieqsa, billi taghti rimedju fejn hemm ir-raguni u b’mod li ssir gustizzja ma dak li jkun.”
Jista jinghad ghalhekk li din id-definizzjoni hi ukoll applikabbli ghat-Tribunal stante li fiz-zewg kazi cioe’ kemm fil-kaz tat-Tribunal ghat-Talbiet iz-Zghar kif ukoll f’dak tat-Tribunal tal-Konsumatur il-kelma “ekwita’” hi abbinata ma l-kliem “skond il-Ligi.”
L-ekwita’ hu principju difficili biex jigi applikat u biex jinftiehem b’mod partikolari fil-kuntest tal-ligi. L-ekwita’ pero’ ma tista qatt tissostitwixxi l-ligi. L-ekwita’ ghandha jkollha funzjoni li tissupplimenta u tassisti l-ligi u dan anke billi possibilment u fejn ikun il-kaz timmodera r-rigur tal-ligi bil-ghan li ssir il-gustizzja. L-ekwita’ tassisti l-ligi fejn din hi mankanti u tista tghin sabiex jigu respinti tentattivi biex tigi evasa l-ligi. L-ekwita’ m’ghandix ikollha l-funzjoni li tiddemolixxi l-ligi izda ghandha tghin il-ligi. Hu difficli biex jigi miftiehem kif jista jigi applikat dan il-kuncett peress li jridu jigu konciljati r-rigur li ghandhom jigu osservati l-ligijiet mal-kuncett li trid issir il-gustizzja. Dan hu hekk stante li hu possibbli li meta jigu applikati l-ligijiet, li ghandhom dejjem jigu applikati nonostante li jistghu jkunu iebsin, ma ssirx gustizzja. Dak li hu ekwu necessarjament hu gust pero’ dak li hu ekwu jista jkun li jmur kontra l-ligi. Possibilment ghandu jinstab bilanc bejn dak li hu skond il-ligi u dak li hu gust u tali bilanc, fl-opinjoni ta’ din il-Qorti, jista jintlaqa possibilment permezz tal-interpretazzjoni tal-ligi, li hu l-kompitu ewlieni tal-gudikant.
Inoltre hu evidenti, mill-varji disposizzjonijiet applikabbli, li l-ligi trid, fil-kaz tat-Tribunal tal-Konsumatur, li l-kawzi jipprocedu u jigu decizi bl-ispeditezza li hi konsoma man-natura tal-kawzi u mal-amministrazzjoni tal-gustizzja. Minn natura stess tal-kawzi, quddiem it-Tribunal, il-kwestjonijiet ghandhom jinqatghu malajr minhabba ukoll ragunijiet tal-kummerc, etici u ekonomici. Ghalhekk wara li l-procediment isir bi speditezza, d-decizjoni ghandha ukoll tinghata bi speditezza u d-decizjoni m’ghandix tkun elaborata jew komplikata sabiex tkun tista tinftiehem b’mod facli. Id-decizjoni trid tkun bazata fil-logika u tkun motivata pero’ minnhajr il-bzonn li jinghataw dettalji zejda. Ghalhekk il-motivazzjonijiet possibilment ghandhom ikunu cari u koncisi. Dan kollu jista ma jkunx implicitu fid-decizjoni stante li jista jigi desunt mill-istess decizjoni.
Ma l-ewwel daqqa t’ghajn jista jkun li d-decizjoni tidher li hi nieqsa minn motivazzjonijiet cari pero’ certi fatti, konsiderazzjonijiet u decizjonijiet jistghu jigu facilment desunti. Certu elementi li huma necessarji sabiex sentenza tal-Qorti tkun ritenuta li hi valida ma japplikawx ghad-decizjoniet tat-Tribunal u dan ghaliex il-ligi stess trid hekk kif ukoll minhabba l-esigenzi ta’ speditezza u ta’ kjarezza minnghajr ebda komplikazzjoni.
Fil-kaz in ezami jista jigi desunt mid-decizjoni li t-Tribunal kien tal-fehma li kemm l-intimat appellant kif ukoll il-kjamati fil-kawza appellanti kienu responsabbli, in solidum bejnithom, ghal-hsarat in kwestjoni u ghad-danni li segwew. Konsegwentement jirrizulta li t-Tribunal accetta l-verzjoni li s-socjeta’ kjamata fil-kawza kienet konsapevoli, jew stghet tkun taf, li c-cappetti kienu ser jittwahhlu fuq barra u kienu ser ikunu esposti ghall-elementi.
Ghalhekk ghat-Tribunal it-tnejn kienu responsabbli stante li l-intimat bhala mastrudaxxa tas-sengha kellu jkun jaf liema kien l-ahjar mod ta’ galvanizzar adattat ghal uzu li kien ser isir mic-cappetti u stante li s-socjeta’ kjamata fil-kawza talli forniet u ggalvanizzat cappetti li ovvjament ma kienux tajbin bizzerjjed ghal uzu taghhom u talli setghet tkun taf bl-uzu li kien ser isir mill-prodott fornit.
Dawn kollha huma essenzjalment kwestjonijiet u konsiderazzjonijiet ta’ fatt u t-Tribunal biex wasal ghalihom necessarjament ghamel evalwazzjoni ta’ dak li l-provi kif ukoll ikkonsidra s-sottonmissjonijiet tal-partijiet. Finalment, fl-opinjoni ta’ din il-Qorti d-decizjoni li wasal ghaliha t-Tribunal hi ekwa u gusta u b’tali konstatazzjoni qed jigu decizi diversi mill-varji aggravji tal-intimat appellant kif ukoll diversi sottomissjonijiet tas-socjeta’ kjamata in causa appellanti. Wara dan kollu il-Qorti ser tghaddi biex tesamina l-varji aggravji kemm tas-socjeta kjamata fil-kawza kif ukoll tal-intimat.
L-ewwel aggravju tas-socjeta’ kjamata fil-kawza appellanti jikkonsisti fis-sottomissjoni li hi ma ghandha ebda relazzjoni kummercjali jew guridika mal-appellati u ghalhekk kellha tigi liberata mill-osservanza tal-gudizzju. Originarjament l-appellati taw inkarigu lill-intimat appellant biex jaghmel ix-xoghol in kwestjoni. L-imsemmi appellant biex jaqdi dan l-inkariku akkwista cappetti galvanizzati minnghand is-socjeta’ appellanti. L-appellati jsostnu li dawn ic-cappetti kkawzawlhom danni stante li wara xi zmien nonostante li kienu galvanizzati beda hiereg il-sadid. In effett l-appellati ddirigew din l-istanza kontra l-intimat appellant biss, li da parte tieghu talab il-kjamata fil-kawza tas-socjeta’ appellanti. Sewwa ghamel it-Tribunali li laqa din it-talba anke ghall-ekonimija tal-gudizzju, billi kienet tirrizulta il-konnessjoni fin-negozju bejn l-intimat u l-istess socjeta’ li pproduciet u fornit ic-cappetti. Inoltre m’hemmx dubju li meta l-intimat appellant ghamel in-negozju mas-soscjeta’ kjamata fil-kawza u akkwista l-imsemmija oggetti u kien qed jagixxi ghan-nom tal-appellati u ma kienx qed jakkwista semplicement f’ismu. Dan kollu jfisser li kien hemm relazzjoni kummercjali bejn l-appellati u s-socjeta’ appellanti anke jekk possibilment b’mod indirett. Ghalhekk l-ewwel aggravju tas-socjeta’ appellanti jimmerita li jigi michud.
Fit-tieni lok is-socjeta` appellanti tissottometti li t-Tribunal oltrepassa r-rimedju u t-talbiet tar-rikorrenti. F’dan ir-rigward l-appellanti ssostni li t-Tribunal kellu joqod mat-talbiet tar-rikorrenti appellati u cioe’ li kollox jerga jingieb fl-istat pristinu tieghu billi jinbiddlu c-cappetti u jergghu jinzebghu l-aperturi u mhux kif finalment iddecieda t-Tribunal li llikwida ammont li kelli jkun pagabbli lill-appellati. Tenut kont tac-cirkostanzi kollha specjali tal-kaz l-imsemmija konkluzjoni finali tat-Tribunal kienet l-aktar wahda gusta u ekwa. Kemm l-intimat, li esegwa x-xoghol tat-twahhil tal-aperturi, kif ukoll is-socjeta’ fornitrici tac-cappetti gew ritenuti li kienu responsabbli tal-hsarat in kwestjoni. Seta kien problematiku li jinghata r-rimedju li kienu qed jitolbu l-appellati u dan anke in vista tal-fatt li, legittimament, giet ikkjamata fil-kawza l-imsemmija socjeta’. Ghalhekk it-Tribunal kien ghaqli meta llikwida ammont pagabbli lill-appellati minnflok ma ordna konformement ma t-talbiet taghhom.
Is-socjeta’ appellanti tilmenta ukoll li t-Tribunal evalwa b’mod zbaljat il-provi mibjuba quddiemu u s-sottomissjonijiet taghha. Gia nghad li ma hemmx fuq xix l-apprezzament tal-provi tat-Tribunal jigi disturbat, stante li l-konkluzjonijiet tal-istess Tribunal jidhru li huma ben ibbazati. Jista pero’ jigi rilevat, kif hu komunement percepit, li l-fatt li c-cappetti ttiehdu ghand is-socjeta’ appellanti sabiex jigu galvanizzati, hu indikattiv li l-istess kienu ser jintuzaw fuq barra u kwindi kien l-obbligu tal-istess socjeta’ li tirrileva li dak it-tip ta’galvanizzar ma kienx adattat ghall-uzu fuq barra. In vista ta’ dan kollu kien aktar logiku li tigi likwidata somma pagabbli lill-appellati milli jigu applikati r-rimedji mitluba.
Ir-raba’ aggravju tas-socjeta` appellanti ukoll jimmerita li jigi rigettat stante li r-rimedju ahhari moghti mit-Tribunal jidher li hu proporzjonat fir-rigward ta’ kemm kien l-import kollu tal-inkariku in kwestjoni. F’dan ir-rigward ghandu ukoll jitqies il-prezz tax-xoghol li kien involut biex kollox jerga jingieb fl-istat pristinu tieghu u jerga jsir ix-xoghol ta zeba fir-rigward ta’ numru mhux hazin ta’ aperturi. Inoltre jidher ukoll li, f’dan ir-rigward, it-Tribunal ibbaza ruhu fuq dokument, li gie presentat mill-appellati, u li kien jindika l-ammont li kien involut sabirx isir ix-xoghol kollu involut.
Fid-dawl ta’ dak kollu li gie premess, inkluz dak li gie konstatat dwar fuq’ix ghandu jibbaza d-decizjonijiet tieghu t-Tribunal, jirrizulta li l-aggravji kollha tas-socjeta’ kjamata in causa jimmeritaw li jigu michuda.
Gia gie trattat u michud it-tieni aggravju tal-intimat appellant. L-istess appellant inoltre jilmenta b’varji lmenti ohra. Jigi sottolineat li l-konsiderazzjonijiet kollha li ghamlet din il-Qorti fir-rigward tal-appell tas-socjeta’ kjamata fil-kawza japplikjaw ghall-appell incidentali u dan fejn huma applikabbli. L-ewwel aggravju tal-intimat appellant Raymond Bajada hu fis-sens li t-Tribunal ma ttrattax l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni sollevata minnu a bazi tal-artikolu 78 tal-imsemmi Kapitolu 378 tal-Ligijiet ta’ Malta. L-istess appellant ikompli jsostni li, fuq il-provi kollha prodotti huwa ma kellux jinstab li hu responsabbli ghal hsarat in kwestjoni billi wettaq l-inkariku moghti lilu skond kif trid is-sengha u kwindi hi s-socjeta’ kjamata fil-kawza li kella tinstab responsabbli versu l-appellati. Aggravju iehor tal-appellant intimat hu li t-Tribunal esorbita mit-talbiet attrici billi akkorda lill-appellati rimedju differenti minn dak li talbu l-istess appellati. Finalment l-appellanti jilmenta li l-amont li gie likwidat bhala danni la ma hu bbazat fuq il-ligi u lanqas fuq il-provi. Inoltre, skond l-istess appellant, l-imsemmi ammont hu sproporzjonat tenut kont tac-cirkostanzi partikolari tal-kaz.
L-ewwel aggravju tal-intimat appellant hu diviz fi tnejn u cioe’ l-ewwel li t-Tribunal naqas li jiddecieda l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni f’kap seperat u fit-tieni lok li l-istess eccezzjoni ghandha issa tigi deciza minn din il-Qorti skond l-artikolu 22(4) tal-Kapitolu 378. Jidher li tali eccezzjoni giet ampjament trattata u diskussa quddiem it-Tribunal. Dan nonostante t-Tribunal ma ddeciedix tali kwestjoni taht kap seperat izda ghadda direttament biex jittratta u jiddeciedi l-meritu bil-mod li gia gie rilevat. B’hekk jista jigi desunt li t-Tribunal cahad l-istess eccezzjoni.
Hawnhekk, pero’, mhux il-kaz li tigi annullata d-decizjoni tat-Tribunal peress li, kif gia rilevat, l-istess decizjoni hi sostanzjalment ekwa u gusta.
Dwar l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni l-appellant jaghmel referenza ghall-artikolu 78 tal-Kapitolu 378. Dan l-artikolu jipprovdi li l-kummercjant hu responsabbli li jikkonsenja lill-konsumatur l-oggett mixtri skond kif gie ordnat u skond id-deskrizzjoni kif specifikata mill-istess konsumatur. Inoltre l-oggett irid ikun tajjeb bizzejjed ghall-uzu u l-iskop intiz. F’dan ir-rigward il-kummercjant hu responsabbli li jipprovdi rimedju jekk il-konsumatur jinduna b’nuqqas ta’ konformita’ fl-oggett fi zmien sentejn mill-akkwist. Dan m’ghandux jitqies li hu pewiodu preskrittiv normali stante li mhux periodu li fih tassattivament trid tigi intavolata azzjoni minn naha tal-konsumatur. Ghandu jigi ukoll rilevat li skond l-istess Kapitolu l-imsemmi perijodu jigi sospiz meta il-kummercjant u l-konsumatur ikunu qed jiltaqghu bil-ghan li jintlehaq ftehim. Jista jinghad ukoll li dan il-provediment jiddifferenzja mill-preskrizzjoni normali fejn it-terminu jerga jinbeda biss meta jkun hemm ammissjoni jew att gudizzjarju.
F’dan ir-rigward l-appellant jaghmel ukoll referenza ghall-artikolu 79(1) tal-istess Kapitolu 378 fejn hemm dispost li sabiex il-konsumatur ikunn jista igawdi mir-rimedji imsemmijin fl-istess artikolu 78, ghandu javza lill-kummercjant bil-miktub bin-nuqqasijiet fi zmien xahrejn minn meta jinduna bl-istess nuqqasijiet. L-imsemmija artikoli 78 u 79 pero’ mhux applikabbli ghal kaz in ezami stante li hawn si tratta ta’ azzjoni ghad-danni u ghalhekk huma applikabbli l-artikoli rilevanti tal-Kodici Civili. Ghal dawn ir-ragunijiet kollha l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni kif sollevata mill-intimat appellant a bazi tal-artikoli 78 u 79 tal-Kapitolu 378 ma tistax tigi akkolta.
Dwar l-aggravju l-iehor tal-intimat u cioe’ li l-appellant m’ghandux jitqies li hu responsabbli ghad-danni trid issir refernza ghal dak kollu li gia intqal fir-rigward ta’ aggravju simili sollevat mis-socjeta’ appellant, pero jista jigi rilevat mill-gdid li l-intimat appellant, bhala wiehed tas-sengha, missu kien jaf x’tip ta’ galvanizzar hu adegwat ghall-usu fuq barra.
Fir-rigward tal-aggravji l-ohra tal-intimat ghandhom japplikaw il-konsiderazzjonijiet kollha ta’ din il-Qorti in generali fir-rigward tal-kwestjoni tal-ekwita’ u in partikolari fir-rigward tat-tieni aggravju tas-socjeta’ appellanti. Ghal dawn ir-ragunijiet l-aggravji l-ohra kollha tal-intimat appellant jimmeritaw li jigu respinti u cioe’ l-aggravju dwar l-ultra petita u l-aggravju li r-rimedju moghti mit-Tribunal hu sproporzjonat’
Finalment din il-Qorti tenfasizza li minhabba l-ispeditezza li biha jridu jigu decizi l-kwestjonijiet quddiem it-Tribunal, il-proceduri u d-decizjonijier ghandhom ikunu inqas formali stante li kif gia gie rilevat ir-rimedji li ghandu jasal ghalihom it-Tribunal ghandhom ikunu spediti, prattici u efficjenti oltre li jkunu bbazati mhux biss skond id-disposizzjonijiet tal-ligi izda ukoll fuq l-ekwita’. Ghalhekk kemm l-appell tas-socjeta’ kjamata fil-kawza kif ukoll l-appell tal-intimat jisthoqqilhom li jigu michuda u d-decizjoni in kwestjoni tat-Tribunal timmerita li tigi konfermata fit-totalita’ taghha.
Il-Qorti thoss ukoll li ghandha tirrimarka ukoll li mhux dejjem jistghu jigu desunti l-konsiderazzjonijiet u d-decizjonijiet tat-Tribunal u b’hekk hu desiderabbli li fid-decizjonijiet jigu indikati l-konsiderazzjonijiet kif ukoll il-varji konkluzjonijiet u dan ukoll biex jinghata sodisfazzjon lill-partijiet. Tikkonsidra inoltre li fatt semplici ta’ kummerc ipprovoka proceduri li hadu zmien sproporzjonat u rikorsi tal-appell u tal-appell incidentali ukoll pjuttost twal u konsegwentement varji risposti ukoll sostanzjali u dan meta kollox kellu jsir bi speditezza.
Ghal dawn il-motivi kollha:-
Tiddeciedi billi tichad l-appell tas-socjeta’ kjamata fil-kawza appellanti u tichad ukoll l-appell incidentali tal-intimat appellant u tikkonferma “in toto” d-decizjoni appellata tat-Tribunal tal-Konsumatur tat-28 ta’ Mejju 2012 fl-avviz numru 143/10 fl-istess ismijiet premessi.
In vista tac-cirkostanzi partikolari tal-kaz l-ispejjez kollha tal-appell jithallsu mill-intimat appellant, mis-socjeta’ kjamata fil-kawza appellanti u mill-appellati fi kwoti indaqs kull wiehed u cioe’ parti wahda minn tlieta (1/3) kull parti.
< Sentenza Finali >