Il-Qorti:
Rat l-Avviz tat-Talba ta’ Gordon Mifsud tas-6 ta’ Mejju 2014 quddiem it-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumatur permezz ta’ liema huwa ppremetta li xtara sufan minghand id-ditta konvenuta u wara erba’ gimghat mill-kunsinna nnota li parti minnu kienet diga’ bdiet titqatta’. Huwa cempel lil certu Arnold Vella tal-Fair Deal Furniture u nfurmah b’dan. Wara diversi weghdi ikkonkludew li s-sufan kien ser jinbidel sa Mejju 2014. L-attur talab li din il-promessa tigi konfermata bil-miktub (email) mid-ditta konvenuta b’indikazzjoni tad-data tal-kunsinna. Pero’ Arnold Vella ghan-nom ta’ tali ditta mhux talli rrifjuta talli meta l-attur infurmah illi kien sejjer jipprocedi permezz tal-Ufficcju ghall-Affarijiet tal-Konsumatur, dan kien arroganti hafna mieghu u qallu li ma jibzax minnhom. L-attur talab lit-Tribunal jordna lid-ditta konvenuta thallsu danni ta’ elf, tmien mija u ghaxar Ewro (€1,810).
Rat ir-risposta ta’ Fairdeal Furniture tal-14 ta’ Mejju 20141 permezz ta’ liema eccepiet illi: (i) it-talbiet tal-attur huma nfondati fil-fatt u fid-dritt; (ii) dak li qieghed jallega l-attur gara tort unikament tieghu minhabba l-modi u l-prodotti li ntuzaw sabiex jitnaddaf is-sufan; u (iii) minghajr pregudizzju d-ditta konvenuta offriet li bil-mezzi taghha ssewwi l-hsarat u dan sahansitra a spejjez taghha stess, offerta li tibqa’ fis-sehh bhala policy tal-operat taghha.
Rat id-decizjoni tat-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumatur li ddecidiet hekk:
“It-Tribunal qed jilqa’ t-talba tar-rikorrenti, u jordna lis-socjeta’ ntimata thallas is-somma ta’ elf, tmien mija u ghaxar Ewro (€1,810) lir-rikorrenti, u b’dan illi s-sufan jigi propjeta’ tas-socjeta’ ntimata wara li jsir il-hlas, u bl-ispejjez kontra l-istess socjeta’ ntimata.”
Dan wara li l-istess Tribunal ikkunsidra illi:
i. L-attur kien xtara sufan minghand id-ditta konvenuta u wara ftit dan beda jitqatta’;
ii. Minkejja li kellu l-weghda minghand is-socjeta’ ntimata li kellu jirrangah, ma gara xejn;
iii. Id-ditta konvenuta ssottomettiet li kienet qeghda tistenna l-konsenja minn barra u li kellha tibdel is-sufan, pero’ ma sehh xejn minn dan;
iv. Wara li sema’ x-xhieda u ra r-ritratti prezentati mill-attur, it-Tribunal emmen il-verzjoni tal-attur li s-sufan veru beda jitqatta’, u li ma kienx tort tieghu;
v. Id-ditta konvenuta kellha bizzejjed zmien biex tirranga s-sufan, pero’ dan qatt ma sar.
Is-socjeta’ Fair Deal Furniture (Malta) Ltd hassitha aggravata minn din id-decizjoni u appellat minnha quddiem din il-Qorti. L-attur wiegeb2. Waqt is-seduta tal-24 ta’ Gunju 20163 deher rapprezentant tas-socjeta’ appellanti u l-appellat debitament assistiti mid-difensuri taghhom u saret trattazzjoni.
Il-Qorti rat l-atti.
Preliminari.
1. Il-proceduri quddiem it-Tribunal gew istitwiti mill-attur kontra Fair Deal Furniture, ir-risposta giet prezentata mill-istess ditta u l-bqija tal-proceduri tmexxew fil-konfront taghha inkluz id-decizjoni tat-Tribunal. L-appell quddiem din il-Qorti izda sar minn Fair Deal Furniture (Malta) Ltd li l-Qorti tifhem hija l-kumpanija li tiggestixxi dan in-negozju tal-ghamara. L-appell ghalhekk qed jigi meqjus bhala appell tat-terz interessat.
2. Il-Qorti tinnota li fil-parti ntroduttorja tad-decizjoni tat-Tribunal l-arbitru jghid li huwa sema’ x-xhieda guramentata tal-attur kif ukoll ix-xhieda tar-rapprezentanti tad-ditta konvenuta. Mill-atti pero’ ma tirrizulta ebda xhieda ta’ xi rapprezentant, punt li tqajjem ukoll mid-difensur tal-attur appellat waqt it-trattazzjoni quddiem din il-Qorti. Jirrizulta biss li waqt l-unika seduta li nzammet quddiem it-Tribunal fl-10 ta’ Gunju 20144 deher l-attur mhux assistit u zewg avukati ghad-ditta konvenuta. Kien biss l-attur li xehed bil-gurament waqt dik is-seduta. Dakinhar stess il-kaz gie differit ghas-sentenza.
L-appell tas-socjeta’ Fair Deal Furniture (Malta) Limited.
L-aggravju huwa bazat fuq hames ilmenti relatati mal-apprezzament tal-provi mit-Tribunal.
Mill-ftit provi mressqa jirrizulta li:
i. Skont ix-xhieda guramentatata tal-attur5, huwa xtara sufan konsistenti f’two u three-seater minghand id-ditta konvenuta u wara seba’ gimghat dan beda jitqatta’. Meta lmenta maghha gie mwieghed li s-sufan ser jitbiddel ma’ wiehed gdid. Pero’ baqa’ bla risposta. Huwa pprova kemm il-darba jikkuntattja d-ditta konvenuta bit-telefon izda ghalxejn. Meta fl-ahhar fi Frar 2014 irnexxielu jkellimhom qalulu li s-sufan kien ser ikollu jitbiddel f’Mejju 2014 ghax ma kellhomx in stock u kienu qed jistennew kunsinna gejja minn barra. L-attur talab li dak li ntqal lilu jitnizzel bil-miktub izda r-rapprezentant tad-ditta rrifjuta. Ukoll, ghalkemm l-istess ditta kellhom kunsinna ghand il-gara tieghu xorta ma ndenja ruhu jmur jara s-sufan ebda rapprezentant taghha. L-attitudni tar-rapprezentant kienet deplorabbli ghall-attur;
ii. Gew esibiti wkoll tlett emails mill-attur lil Arnold Vella tad-ditta konvenuta mibghuta bejn is-27 ta’ Jannar u s-6 ta’ Frar 20146 relatati mal-istess ilment, liema emails ma ntweriex li gew imwiegba mid-ditta konvenuta;
iii. Gew ezibiti tlett ritratti tas-sufan kif kien sas-27 ta’ Jannar 2014.
Aggravji.
1. Is-socjeta’ appellanti ma tarax kif dan is-sufan seta’ jsirlu l-hsara allegata minghajr xi nuqqas serju da parti tal-attur appellat.
Quddiem it-Tribunal ma tressqet ebda hjiel ta’ prova dwar xi nuqqas imqar zghir da parti tal-attur li seta’ kkawza jew ikkontribwixxa ghall-hsara lis-sufan. Il-konvenuta lanqas biss ghamlet tentattiv li tipprova tirribatti jew tikkonfronta dak muri mill-attur imqar b’kontro-ezami. Fit-twegiba li pprezentat quddiem it-Tribunal, l-appellanti allegat li kienu l-modi u l-prodotti li ntuzaw sabiex jitnaddaf is-sufan li kkawzaw il-hsara. Izda ma tressqet ebda prova dwar dan. L-unika konkluzjoni logika li jifdal hi li l-appellanti, bi ksur tal-artikolu 73(1) tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap 378 tal-Ligijiet ta’ Malta) kkonsenjat lill-appellat sufan li ma kienx konformi mad-deskrizzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet fil-kuntratt tal-bejgħ. Dan jinghad partikolarment fid-dawl tal-fatt li kif qal l-attur fl-email lil Arnold Vella tas-27 ta’ Jannar 2014 “When we were at your showroom you assured us that the quality of leather is durable. I don’t think this is a good quality sofa.” Mhux ragonevolment mistenni li sufan, jekk ikun ta’ kwalita’ tajba, wara ftit gimghat li jkun inxtara jibda jitqatta’ f’partijiet differenti minnu.
Jirrizulta wkoll li l-attur ottempra ruhu mal-obbligi tieghu skont il-ligi u avza mmedjatament lid-ditta konvenuta b’din il-hsara anke bil-miktub entro l-parametri stabbiliti fl-artikolu 79 tal-Kap 378.
2. Skont is-socjeta’ appellanti t-Tribunal naqas li jikkonsidra l-fatt li s-socjeta’ appellanti kienet offriet li ssewwi l-hsarat protestati mill-attur izda li kien l-istess attur li kien insista li s-sufan jigi mibdul.
Ghalkemm l-appellanti qalet li ppruvat issewwi l-hsarat fis-sufan, m’hemmx prova ta’ dan. Kieku riedet issewwi s-sufan, jekk seta’ jissewwa, kellha bizzejjed zmien. Dak li jirrizulta mill-provi hu pjuttost kaz fejn il-kummercjant ma tax kaz tal-ilment tal-konsumatur, kif sfortunatament jigri kemm-il darba.
Mill-provi hu evidenti li ghalkemm l-appellat attivament ghamel kull sforz b’telefonati u emails biex jinghata rimedju ghall-hsara, gie rinfaccjat b’inerzja totali da parti tal-appellanti li ghalkemm f’punt partikolari weghditu li se tirrimpjazzah b’sufan gdid malli jidhol l-istock f’Mejju 2014, baqghet inadempjenti.
3. Ghas-socjeta’ appellanti, f’kazijiet bhal dawn hija dejjem insistiet li tista’ biss issewwi l-hsara li tkun saret.
F’kazijiet bhal dawn is-socjeta’ appellanti m’ghandha ebda dritt li tiddetta hi x’ghandu jkun ir-rimedju ghall-hsara ghaliex salv ghall-provvedimenti ohra tat-Taqsima X tal-Kap 378, l-ghazla tar-rimedju hi f’idejn il-konsumatur li skont il-ligi ghandu wkoll l-ghazla ta’ aktar minn rimedju wiehed – it-tiswija, r-rimpjazzar tal-prodott jew ir-rifuzjoni tal-flus imhallsa ghall-prodott. L-artikolu 74 tal-Kap 378 huwa car:
“74. (1) Il-kummerċjant ikun responsabbli li jipprovdi rimedju skont dan l-artikolu lill-konsumatur għal kull nuqqas ta’ konformità fl-oġġetti li kienet teżisti meta l-oġġetti ġew ikkunsinnati mill-kummerċjant lill-konsumatur. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet l-oħra ta’ din it-Taqsima, għandu jkun il-konsumatur li jiddeċiedi x’rimedju għandu jitlob.
(2) Fil-każ ta’ tali nuqqas ta’ konformità, il-konsumatur ikollu jedd jew –
(a) li l-oġġetti jinġiebu konformi bla ebda ħlas billi jissewwew jew jiġu rimpjazzati, skont l-artikolu 75(1), jew
(b) li jirċievi ħlas lura ta’ tnaqqis fil-prezz adattat jew li ssir ir-rexxissjoni tal-kuntratt għar-rigward ta’ dawk loġġetti, skont l-artikolu 76(1) jew (2).”
Kif inghad, ma rrizultax mill-provi x’tip ta’ diskussjonijiet setghu saru dwar it-tiswijiet li ssemmi s-socjeta’ appellanti, u jekk l-attur kienx ghazel l-ewwel li jaccetta l-offerta tat-tiswija. Li hu zgur izda huwa illi anke jekk l-attur kien accetta li tipprova ssir xi tip ta’ tiswija, din baqghet ma saritx. Ghalhekk it-Tribunal kien gustifikat li josserva li d-ditta konvenuta kellha zmien bizzejjed biex issewwi s-sufan. Ma’ dan il-Qorti zzid li l-istess ditta kellha wkoll zmien bizzejjed biex izzomm il-weghda taghha lill-attur li tirrimpjazza s-sufan ma’ iehor gdid.
4. Illi fil-provi kollha tieghu l-attur, illum appellat, jonqos milli jipprezenta xi forma ta’ dokumentazzjoni sabiex juri, jew milli jiddikjara taht gurament, meta kien li huwa xtara s-sufan.
Huwa minnu li dokumentazzjoni specifika f’dan is-sens ma tressqitx. Izda ma hemm ebda kontestazzjoni li dan is-sufan inxtara minghand id-ditta konvenuta. Certament ghalhekk li hija ghandha fil-pussess taghha d-dokumentazzjoni kollha relattiva ghall-akkwist. F’kull kaz mill-provi jista’ jigi dedott il-perjodu li fih inxtara s-sufan. L-email tas-27 ta’ Jannar 2014 tindika li l-attur kien xtrah diversi gimghat qabel. Fix-xhieda guramentata tieghu l-attur jghid li l-hsara bdiet timmanifesta ruhha wara seba’ gimghat mill-akkwist filwaqt li fl-Avviz tat-Talba jghid li l-hsara dehret wara erba’ gimghat mill-kunsinna, ergo, s-sufan inxtara f’xi zmien lejn l-ahhar ta’ Dicembru 2013. Id-ditta konvenuta, li kienet irceviet dawn l-emails u tramite d-difensuri taghha semghet ukoll ix-xhieda guramentata tal-attur, f’ebda hin ma cahdet li l-akkwist tas-sufan sehh f’dan il-perjodu, u lanqas gabet provi li juru mod iehor, li jfisser li hija kienet qed taqbel mal-perjodu indikat mill-attur.
5. Skont is-socjeta’ appellanti, hemm inkonsistenza fil-ftit provi mressqa mill-attur peress li filwaqt li fit-talba tieghu l-appellat iddikjara li s-sufan kien beda jitqatta’ wara erba’ gimghat, waqt ix-xhieda guramentata tieghu huwa qal li s-sufan kien beda jitqatta’ wara seba’ gimghat.
Minn dak li rrizulta mill-provi, meta l-attur qal li l-hsara bdiet timmanifesta ruhha wara seba’ gimghat kien qieghed jirreferi ghall-mument meta xtara s-sufan, filwaqt li meta fl-Avviz tat-Talba huwa semma l-erba’ gimghat kien qieghed jirreferi ghall-mument tal-kunsinna tas-sufan. M’hemm xejn inkonsistenti f’dan. Jekk id-ditta konvenuta kellha xi dubju dwar dan setghet ikkonfrontatu f’kontro-ezami, haga li m’ghamlitx. F’kull kaz, l-attur kien pjenament fit-terminu mpost fl-artikolu 78 tal-Kap 378 sabiex iressaq l-ilment tieghu quddiem it-Tribunal.
Il-Qorti tinnota wkoll li waqt it-trattazzjoni quddiemha, s-socjeta’ appellanti argumentat li l-hsara saret biss fuq is-sufan two seater. Din l-allegazzjoni izda ma hi sorretta minn ebda prova. La r-ritratti esibiti u lanqas ix-xhieda tal-attur ma jaghtu ndikazzjoni li l-hsara kienet fuq sufan wiehed biss. Fi kwalunkwe kaz, difficilment jitwemmen dan l-argument meta hadd mir-rapprezentanti tas-socjeta’ appellanti ma ndenja ruhu jaccedi fir-residenza tal-attur biex jispezzjona s-sufan.
Finalment, il-Qorti tqis li dan il-kaz seta’ facilment gie rizolt amikevolment ferm qabel ma wasal quddiem it-Tribunal li kieku d-ditta konvenuta agixxiet b’mod aktar professjonali u aderixxiet mal-obbligi mistennija minnha bhala kummercjant skont il-ligi.
6. Fl-ahharnett waqt it-trattazzjoni l-appellanti ghamlet riferenza ghas-sentenza tal-Prim’Awla, Joseph Vella nomine vs Anthony Migneco tad-9 ta’ Gunju 2005 li fost affarijiet ohra kienet itrattat dwar id-dritt ta’ xerrej li jitlob ix-xoljiment ta’ bejgh meta jzomm l-oggett mixtri. F’dan ir-rigward l-appellanti ma tatx eccezzjoni quddiem it-
Tribunal u lanqas ma ssemma bhala aggravju. M’ghandux ikun li waqt it-trattazzjoni, l-appellant iressaq argument godda li qatt ma jkun ghamel accenn ghalihom u li dwarhom lanqas ma jkunu tressqu provi.
Ghal dawn il-motivi l-Qorti tichad l-appell bl-ispejjez kontra s-socjeta’ appellanti.
Peress li dan l-appell hu frivolu, tikkundanna lis-socjeta’ appellanti thallas penali ta’ tlett mitt ewro (€300) lill-Gvern (Artikolu 22(5) tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378).