QORTI TA' L-APPELL
ONOR. IMHALLEF
RAYMOND C. PACE
Seduta tat-30 ta' Novembru, 2011
Appell Civili Numru. 1/2011
Avviz Numru: CCT268/10
Lorraine Cassar
vs
Float Glass Limited
Il-Qorti,
I. PRELIMINARI.
Illi fit-28 ta’ Dicembru 2010 it-Tribunal ghal Talbiet tal- Konsumatur ppronunzja is-segwenti decizjoni fl-ismijiet premessi: -
“It-Tribunal,
Wara li ha konjizzjoni tal-Avviz fl-ismijiet fuq premessi pprezentati fl-10 ta’ Gunju 2010 fejn ir-rikorrent tablet danni ta’ elf ewro (€1,000) rapprezentanti prezz ghat tnehhija tal-hgieg ezistenti li huwa miksur, ghax-xiri ta’ hgieg ‘double glasing’ gdid, twahhil tal-hgieg il-gdid u tal- ‘high up’ biex jittella’ l-hgieg sas-sular tal-’penthouse’.
L-intimat ipprezenta risposta bil-miktub ghal din it-talba u attenda ghas-seduta.
Illi wara li sema’ x-xhieda guramentata tar-rikorrent li hija l-istess rikorrent, u wara li sema’ x-xhieda guramentata tar-rapprezentant tad-ditta ntimata, u wara li ha konjizzjoni tal-fatti kif ukoll tac-cirkostanzi kollha tal-kaz;
Ikkunsidra s-segwenti:
Ir-rikorrent issottomettiet bil-miktub illi:-
Hija xtrat ‘penthouse’ lesta min kollox izda riedet tuppgradjaha u ghalhekk riedet tibdel il-hgieg tat-twieqi ezistenti ma’ iehor ‘double glazing’. Ghalhekk hija kkommissjonat lis-socjeta’ ntimata sabiex taghmlilha dan ix-xoghol u l-intimat inniffsu rrakkomanda t-tip ta’ hgieg illi kellu jintuza. Ix-xoghol tal-hgieg tlesta u gie mwahhal f’Dicembru 2009.
Fi Frar 2010 hija sabet hgiega miksura u ftit gimghat wara sabet hgiega ohra miksura. Hija assocjat din il-hsara ma’ xi difett fil-manifattura tal-hgieg. F’April, 2010 saret laqgha bejnha, il-persuna li hadem l-aluminium u bint ilpropjetarju tas-socjeta’ ntimata. Waqt dan l-inkontru bint ilpropjetarju tas-socjeta’ ntimata ikkonfermat illi x-xoghol tal-aluminium kien sar sew. Minkejja illi bint il propjetarju qaltilha li l-hgieg minghandhom kien hareg sew, wara sqarret illi bil-hgieg li kienu ghazlu kien hemm riskju gholi li jinkiser wahdu minhabba t-tibdil fit-temperatura u li hija ma kellhiex dritt tkun taf b’dar qabel ma akkwistat ilprodott. Bint il-propjetarju tas-socjeta’ ntimata qaltilha wkoll illi kien l-obbligu taghha (tar-rikorrent) li tfittex fuq linternet dwar il-hgieg illi hija riedet tixtri qabel ma fil-fatt tixtrih. Meta hi marret ghat-tieni dabra biex terga’ tkellem lill-intimat rat avviz ipprintjat mill-internet li jindika illi lhgieg in generali jista’ jinkiser wahdu minhabba tibdil fittemperatura.
It-tifla tal-propjetarju tas-socjeta’ ntimata accettat illi tibdel minghajr hlas iz-zewg hgigiet li kienu nkisru sa dak il-hin tal-laqgha. Meta marret lura fil-‘penthouse’ sabet hgiega ohra miksura.
L-ghada l-propjetarju tas-socjeta’ ntimata nfurmaha illi ttifla tieghu ma kelliex dritt illi toffrilna illi l-hgieg li nkiser jinbidel ghas-spejjez taghhom u qalilha li huwa kien dispost biss li jbehhilha zewg hgigiet ohra izda hi (irrikorrent) kellha thallas il-prezz shih ghalihom
.
L-intimat issottometta bil-miktub illi r-rikorrent ghazlet il-prodott hi u l-prodott finali hareg mill-fabbrika tajjeb u f’ kundizzjoni perfetta. Il-kumpanija ma tipprovdix garanzija fuq ksur ta’ hgieg la darba dan ikun hareg f’kundizzjoni perfetta mill-fabbrika.
It-Tribunal ezamina r-ritratti esibiti.
It-Tribunal jinnota illi :-
Ir-rikorrent ikkommissjonat lill-intimat sabiex jaghmlilha xoghol ta’ ‘double glazing’. Fi Frar 2010 jigifieri xahrejn wara li gie mwahhal dan ix-xoghol inkisret l-ewwel hgiega. F’April 2010 inkisret it-tieni hgiega u r-rikorrent ressqet lilment taghha ghand l-intimat. Ftit granet wara nkisret ittielet hgiega.
It-Tribunal jinnota illi l-hgieg li nkiser kien dak li jhares lejn in-nofs in-nhar ta’ Malta filwaqt illi l-iehor ma gralu xejn.
F’laqgha li kellha r-rikorrent ma’ rapprezentanta tassocjeta’ ntimata, liema rapprezentanta hija bint l-istess propjetarju tas-socjeta’ ntimata, ir rapprezentanta tassocjeta’ ntimata accettat illi s-socjeta’ ntimata tibdel ghasspejjez taghha dawk il-hgiegiet illi kienu nkisru. L-ghada dan il-ftehim gie revokat mill-intimat ghaliex allegatament bintu ma kellha ebda dritt tikkommetti lis-socjeta’ ntimata ghal dak il-ftehim. It-Tribunal josserva illi jekk persuna tkun qieghda tirrapprezenta socjeta’, u dik il-persuna tasal ghal ftehim legittimu ma’ terza persuna, dak il-ftehim ghandu jorbot skont il-ligi.
It-Tribunal jinnota wkoll illi l-intimat ma gab ebda raguni valida ghaliex dak il-hgieg kien qieghed jinkiser wahdu. Di piu jinnota illi, waqt laqgha bejn ir-rikorrent, il-persuna li hadmet l-aluminium, u r-rapprezentanta tas-socjeta’ ntimata, ir-rapprezentanta tas-socjeta` ntimata kkonfermat illi x-xoghol tal-aluminium illi fih, jew mieghu, kien imwahhal dak il-hgieg, kien mahdum tajjeb. Jibqa’ ghalhekk il-fatt illi galadarba l-hsara ma kienet ikkawzata minn difett fl-aluminium, u ma kienx ikkawzat minn ksur bi traskuragni jew oltre da parte tar-rikorrent, it-Tribunal jasal ghall-konkluzjoni illi l-hsara hija dovuta ghal xi difett filmanifattura tal-istess hgieg.
It-Tribunal ma jikkonsidrax ragonevoli l-verzjoni tal-intimat meta ddikjara seduta stante illi galadarba l-hgieg kein tajjeb meta kien ghadu fl-istabbiliment taghhom, u kein shih meta dan tqieghed fl-aperturi tal-aluminium, allura huwa ma huwiex aktar responsabbli ta’ dak l-istess hgieg.
It-Tribunal jikkonsidra wkoll l-ispejjez involuti fil-bdil ta’ dawn il-hgieg galadarba socjeta’ ntimata qieghda tirrinunzja ghar-responsabbilta’ taghha.
Ghal dawn il-motivi:
It-Tribunal, wara li kkonsidra hawn fuq, u wara li ra illi lhgieg in kwistjoni ma kienx qieghed jinkiser b’mod ta’ traskuragni da parte tar-rikorrent, u anqas minhabba xi difett o meno fl-aperturi tal-aluminium, izda huwa dovut ghal xi element relatat mal-manifattura tal-hgieg u li ma giex spjegat lir-rikorrent qabel, jew waqt, il-perijodu li fih kien qieghed isir in-negozju, jilqa’ t-talba tar-rikorrent u jordna lill-intimat ihallas lir-rikorrent is-somma ta’ elf ewro (€1,000), bl-ispejjez tal-kawza kontra l-istess intimat.
Rat ir-rikors tal-appell tas-socjeta` intimata datat 12 ta’ Jannar 2011 fejn talbet lill-Qorti sabiex in vista tal-aggravji minnha mressqa tilqa’ l-appell taghha u dan billi tirrevoka u thassar is-sentenza appellata.
Rat li din il-kawza kienet appuntata ghas-smigh ghasseduta tat-14 ta’ April 2011.
Rat ir-risposta ta’ Lorraine Cassar datata 27 ta’ Jannar 2011 a fol 6 tal-process fejn sostniet ghar-ragunjiet hemm indikati li d-decizjoni tat-Tribubal ghat-Talbiet tal- Konsumatur hija gusta u timmerita konferma u ghalhekk lappell interpost ghandu jigi michud.
Rat il-verbal tas-seduta mizmuma fl-14 ta’ April 2011 fejn meta ssejjah l-appell dehru d-difensuri tal-partijiet, prezenti wkoll il-partijiet. Id-difensuri rrimettew ruhhom ghall-atti. L-appell gie differit ghas-sentenza ghat-30 ta’ Novembru 2011.
Rat l-atti kollha tal-istess kawza inkluz id-decizjoni tat- Tribunal fl-ismijiet premessi datata 28 ta’ Dicembru 2010.
Rat id-dokumenti esebiti.
Rat l-atti kollha l-ohra tal-kawza.
II. KONSIDERAZZJONIJIET.
Illi l-aggravju tas-socjeta’ appellanti huwa fis-sens (a) li ma hemm ebda prova sabiex it-Tribunal ikkonkluda li l-hgieg kien difettuz, u dan ghaliex ma gie inkarigat ebda espert sabiex jezamina tali hgieg, u allura ma hemm ebda prova teknika dwar dan, u ghalhekk it-Tribunal Ghal Talbiet tal- Konsumatur kellu jqabbad espert.
Illi din il-Qorti rat il-provi kollha li jirrizultaw mill-process relattiv quddiem it-Tribunal u jirrizulta li s-socjeta’ appellanti bieghhet hgieg ghall-penthouse tal-appellata, liema hgieg instab miksur, u dan mhux dovut ghal xi att tal-appellata jew minhabba xi att ta’ xi persuna ohra. Jirrizulta wkoll li l-hgieg gie mixtri minghand is-socjeta’ appellanti, u kienet l-istess li ndikat il-hgieg li skond hija kien adattat ghall-iskop li riedet l-appellata; meta tali hgieg instab miksur wara ftit xhur li kien ilu mwahhal, l-appellata avvicant lir-rapprezentanta tas-socjeta’ appellanti, u Silvana Zammit sostniet li l-hgieg maghzul kellu riskju gholi li jinkiser wahdu minhabba tibdil fit-temperatura u qaltilha wkoll li ma kellhiex dritt tkun taf b’dan qabel ma gie akkwistat il-prodott, u wara xi zmien Silvana Zammit, dejjem ghan-nom tas-socjeta’ appellanti accettat li tibdel iz-zewg hgigiet li kienu inkisru sa dak in-nhar. Wara jirrizulta li inkisret hgiega ohra, izda Joe Zammit, rapprezentant tas-socjeta’ appellata qalilha li dak li kienet offriet Silvana ma kellhiex ragun, u offra biss li jibdel ilhgieg kontra l-hlas.
Illi jirrizulta li fir-risposta taghha s-socjeta’ appellanti kkontendiet li kienet l-appellata li ghazlet il-hgieg, u ma jirrizultax bl-ebda mod li dak allegat mill-appellata gie kontestat. Dan huwa l-istat ta’ provi li t-Tribunal kellu quddiemu u ghalhekk kien korrett fl-ewwel lok meta sostna li la darba Silvana Zammit kienet qed tagixxi ghannom tas-socjeta’ u ntrabtet li tibdel il-hgieg miksur, l-istess socjeta’ appellanti kellha timxi mal-istess ftehim, u dan ma setax jigi revokat unilateralment minn Joseph Zammit. Dwar dan is-socjeta’ appellanti ma qalet xejn, u wisq inqas hemm provi li b’xi mod jistghu jew jipprovaw jikkontradixxu kemm it-tezi tal-appellata u s’intendi lkonkluzjonijiet tat-Tribunal.
Illi fit-tieni lok jirrizulta li lanqas gie kontestat li l-hgieg fornit mis-socjeta’ appellanti kellu t-tendenza li jinkiser minhabba tibdil fit-temperatura, u dan gie ammess millimsemmija Silvana Zammit, rapprezentanta tal-istess socjeta’ appellanti, u dan lanqas ma gie kontradett b’xi element ta’ prova mis-socjeta’ appellanti. Dan ovvjament seta` jsir kemm bi provi, kif ukoll bit-talba ta’ nomina ta’ espert tekniku, izda dan ma sarx, u allura t-Tribunal ghamel sew li qaghad fuq il-verzjoni tal-appellata, dwar innatura ta’ hgieg li kien fornit lill-appellata, u fil-verita’ millatti quddiemu ma setax jaghmel mod iehor, ghaliex tali versjoni tal-appellata bl-ebda mod ma giet kontradetta. Dan fil-verita’ ifisser li l-hgieg fornit lill-appellata ma kienx tajjeb ghall-iskop li ghalih riditu l-appellata li s-socjeta’ appellanti kienet taf bih, u allura dan ifisser li l-azzjoni attrici kellha tintlaqa’, kif fil-fatt intlaqghet, ghaliex tali hgieg ma kienx tal-kwalita’ pattwita, u huwa f’dan is-sens li d-decizjoni ghandha, u hija ntiza li tinqara.
Illi ma huwiex lanqas gust jew korrett li s-socjeta’ appellanti issa tqajjem in-nuqqas ta’ nomina ta’ espert tekniku, meta tali talba qatt ma saret quddiem it-Tribubal, lanqas minnha stess, u jidher li l-partijiet kienu disposti u accettaw li l-kaz jigi deciz mit-Tribunal fuq il-bazi tal-provi prodotti minnhom, u hekk fil-fatt sar, tant li fil-verbal tasseduta tal-1 ta’ Ottubru 2010 inghad biss li “Il-partijiet trattaw il-kaz. Il-kawza giet imhollija ghas-sentenza”. Allura f’dan il-kuntest is-socjeta’ appellanti ma jista’ jkollha ebda ilment, iktar u iktar meta dak li qed isostni li kellu jsir fl-ewwel istanza seta` liberalment intalab minnha. Dan ma kienx il-kaz, u konsegwentement din il-Qorti thoss li ma tistax hlief li tichad l-appell kif interpost u tikkonferma ddecizjoni appellata tat-Tribunal Ghal Talbiet tal- Konsumatur fl-ismijiet premessi.
III. KONKLUZJONI.
Illi ghalhekk ghal dawn il-motivi, din il-Qorti, taqta’ u tiddeciedi, billi filwaqt li tilqa’ r-risposta tal-appellata datata 27 ta’ Jannar 2011, tichad l-appell interpost missocjeta’ appellanti Float Glass Limited fir-rikors taghha datat 12 ta’ Jannar 2011 ghaliex huwa nfondat fil-fatt u fid-dritt ghar-ragunijiet hawn decizi, u ghalhekk tikkonferma d-decizjoni tat-Tribunal Ghal Talbiet tal-Konsumatur fl-ismijiet “Lorraine Cassar vs Float Glass Limited” (CCT268/10MF) datata 28 ta’ Dicembru 2010 ghall- finijiet u effetti kollha tal-ligi.
Bl-ispejjez kollha kontra s-socjeta’ appellanti Float Glass Limited.
Moqrija.
< Sentenza Finali >