Kopja Informali ta' Sentenza Pagna 1 minn 5 Qrati tal-Gustizzja MALTA QORTI TA' L-APPELL ONOR. IMHALLEF PHILIP SCIBERRAS Seduta ta' l-10 ta' Marzu, 2004 Appell Civili Numru. 3/2003 Saviour u Patricia Muscat vs Commonwealth Educational Society Limited
I l-Qorti, Fit-18 ta’ Marzu, 2003 it-Tribunal ghal Talbiet tal- Konsumatur ippronunzja s-segwenti sentenza fl-ismijiet premessi:- “It-Tribunal, Wara li ha konjizzjoni tal-Avviz fl-ismijiet fuq premessi pprezentat fil-11 ta’ Gunju 2002 fejn ir-rikorrenti talbu li jigi kkancellat il-kuntratt sabiex ma jiehdux il-kotba li kienu ftiehmu li jiehdu peress li ssottomettew cancellation order fiz-zmien stipulat. Kopja Informali ta' Sentenza Pagna 2 minn 5 Qrati tal-Gustizzja L-intimat ipprezenta Risposta ghal din it-talba u attenda ghas-seduta. I lli wara li sema’ x-xhieda tar-rikorrenti li huma l-istess rikorrenti, u wara li sema’ x-xhieda tal-intimat li huwa huwa rapprezentant tad-ditta u wara li ha konjizzjoni talfatti kif ukoll tac-cirkostanzi kollha tal-kaz; I kkunsidra s-segwenti:-
1. Ir-rikorrenti accettaw li jixtru kotba minghand id-ditta ntimata u kellhom l-ghazla li fi hmistax il-gurnata jikkancellaw l-ordni. Wara hamest ijiem iddecidew li jikkancellaw l-ordni peress li raw li ma ghandhomx bzonn il-kotba. Wara hmistax il-gurnata gie l-Intimat bil-kotba fejn kien qed jghid li ma rceviex il-cancellation form.
2. L-intimat issottometta li primarjament it- Tribunal ma ghandux gurisdizzjoni jiddeciedi t-talba tar- Rikorrenti peress li ma taqax taht il-kompetenza tat- Tribunal. Issottometta wkoll li r-Rikorrenti ma kienx baghat l-avviz.
3. It-Tribunal primarjament jiddeciedi li huwa kompetenti jisma’ dan il-kaz, u ghat-tieni eccezzjoni tal- Intimat jinnota li qed jaghti kredibilita ghall-versjoni tar- Rikorrenti. Ghal dawn il-motivi:- I t-Tribunal tilqa’ t-talba tar-rikorrenti u jordna lkancellament tal-kuntratt b’dan illi r-Rikorrenti ma humiex obbligati jiehdu l-kotba u jhallsu ghalihom u dan bl-ispejjes kontra l-istess Intimat.” Is-socjeta` Commonwealth Educational Society Limited appellat minn din is-sentenza bl-aggravju illi t-Tribunal kellu jiddeciedi l-materja a bazi tal-ligi u mhux tal-kuncett tal-kredibilita`. Hi tissottometti illi l-konsumaturi appellati kellhom jipprovaw it-twassil sew tal-intenzjoni taghhom li jhassru l-ftehim. Hi ssostni dan bl-interpretazzjoni li tponi Kopja Informali ta' Sentenza Pagna 3 minn 5 Qrati tal-Gustizzja fuq it-test ta’ l-Artikolu 8 ta’ l-Att dwar Kuntratti fuq l- Ghatba tal-Bieb (Kap 317). I r-risposta tal-konjugi Muscat ghal dan l-aggravju hi fissens illi l-emenda ntrodotta bl-Att XXVI ta’ l-2001 ghallimsemmi artikolu (8) saret ghall-beneficcju tal-konsumatur u li f’kull kaz skond l-Artikolu 12 tal-istess Kap 317 l-oneru tal-prova li d-dritt ta’ thassir ma jkunx gie ezercitat millkonsumatur fil-perijodu statutorju stabbilit jaqa’ fuq innegozjant. I ssa anke kieku kellha din il-Qorti taccetta ghal mument dak sostenut mis-socjeta` appellanti illi l-konsumatur kien tenut jipprova illi l-intenzjoni tieghu ghat-thassir tal-kuntratt tkun twasslet sew lill-bejjiegh fit-termini tal-Art 8 ta’ l-Att, dan ma jfisserx imbaghad illi t-Tribunal ma kellux jiddeciedi l-materja bl-adozzjoni tal-kredibilita` meta dan hu konsentit li jsir ghall-konvinciment tieghu. Evidentement mill-korp tas-sentenza appellata jirrizulta illi t-Tribunal ta affidament lill-verzjoni tal-appellati u emmen l-ispjegazzjoni minnhom fornita. I l-kwestjoni l-izjed sostanzjali f’kazijiet ta’ din ix-xorta fejn il-versjonijiet ikunu spiss konfliggenti ghal xulxin tibqa’ dik jekk it-tribunal ghandux jemmen l-allegazzjoni centrali li lparti li rrikorriet quddiemu kienet fil-fatt baghtet ilcancellation form bil-posta ordinarja, wahda mill-mezzi permessi mill-Artiklu 8, jew almenu jaccettax dik il-versjoni bhala possibbli jew verosimili. I t-Tribunal kellu ghall-kuntrarju ta’ din il-Qorti l-opportunita` li jezamina hu stess l-istqarrijiet tal-partijiet u deherlu li dik tal-appellata kien haqqa li tigi emnuta. Gjaladarba allura t-Tribunal accetta bhala plawsibbli l-fatt illi l-appellati baghtu l-cancellation form fit-terminu preskritt mil-ligi ta’ hmistax il-gurnata ma hemmx lok ghall-argoment jekk din twassletx sew o meno ghax dak li kellu jitqies bhala importanti ghall-iskop tal-manifestazzjoni tal-intenzjoni kien il-fatt li giet akkordata kredibilita` lill-versjoni talappellati tal-ispedizzjoni tad-dokument. Kopja Informali ta' Sentenza Pagna 4 minn 5 Qrati tal-Gustizzja Kif drabi ohra ntqal “fil-provi cirkostanzjali jew indizzjarji hemm il-“presumptio hominis vel facti”, importanti ghall- Qrati, li proof of postage (u l-Qorti temmen li mpostaha) is proof of delivery u allahares ma kienx hekk. L-appellant xehed bil-gurament li l-ittra kien debitament impustaha, u ghalhekk il-Qorti ghandha, b’sens komun, temmen li waslet fid-destinazzjoni taghha” – “Joseph Borg et noe – vs- Joseph A. Bartolo”, App, Sede Inferjuri per Imh. M. Caruana Curran, 25 ta’ Gunju 1980. Dan premess, il-Qorti tkun qed tonqos jekk ma tirregistrax il-fatt illi appell lil din il-Qorti minn decizjoni tat-Tribunal hu konsentit ghal ragunijiet stretti u limitati dettati mill-Artikolu 22(2) ta’ l-Att XXVIII ta’ l-1994 dwar l-Affarijiet tal- Konsumatur (Kap 378). Jigifieri fil-kaz biss fejn it-Tribunal ikun mar kontra d-dettami tal-gustizzja naturali u dik lazzjoni tkun iprregudikat b’mod gravi l-jeddijiet ta’ min jappella. I ssa kif fuq gja manifest is-socjeta` appellanti ippretendiet li t-Tribunal kien in vjolazzjoni tal-ligi. Aspett dan li gja gie ezaminat u epurat supra. Ma ngieb l-ebda aggravju iehor la dwar il-kompetenza tat-Tribunal u lanqas fir-rigward talprocedura segwita minnu. Certament is-socjeta` appellanti ma setghetx tillanja illi ma nghatatx smiegh xieraq quddiem it-Tribunal in kwantu nghatat l-opportunita` li tipprezenta l-kaz taghha, tipproduci l-provi li xtaqet u taghmel is-sottomissjonijiet in sostenn tal-posizzjoni difensjonali assunta minnha. Jidher bic-car illi t-Tribunal kull ma ghamel kien apprezzament tal-provi prodotti mill-kontendenti u wasal ghall-konkluzjoni li ssostni l-posizzjoni affermata millappellata. Dan l-apprezzament ta’ fatt kien jirrigwarda wkoll ezercizzju ta’ ekwita` tal-meritu pjenament filkompetenza ta’ l-arbitru kif hekk jiddetta l-Art 21 (1) tal-Att. Minn din l-ottika allura l-appell jirrizulta li ma kienx proponibbli. Inoltre, “una volta ma jirrizultax li kien hemm ksur tal-principji tal-gustizzja naturali fis-smiegh tal-kawza – pregudizzju dan li minn natura tieghu kellu jkun wiehed Kopja Informali ta' Sentenza Pagna 5 minn 5 Qrati tal-Gustizzja procedurali u mhux sostanzjali – ma kienx il-kaz li din il- Qorti tiddiskuti dwar il-gravita` tal-pregudizzju ghax dan kien mill-atti eskluz” – “Charles Sultana et –vs- A.C.K. Ltd”, Appell, 27 ta’ Ottubru 2000. Ciononostante din il-Qorti dehrilha li l-appell de quo kien jimmerita konsiderazzjoni biex tara jekk fil-fatt giex osservat id-dettam tal-ligi ghall-meritu partikulari. Dan ghamlitu bl-iskop li jigi muri, anke ghas-sodisfazzjon tassocjeta` appellanti, illi fil-fatt ma kien hemm xejn fil-verita li jsostni l-aggravju taghha u li s-sentenza appellata kienet tinkwadra ruhha sew ukoll fil-parametri tal-ligi specjali applikabbli. Ghal dawn il-motivi l-appell propost mis-socjeta` appellanti qed jigi rigettat u s-sentenza appellata, konfermata, blispejjez ta’ din il-procedura jigu sopportati mill-istess socjeta` appellanti. < Sentenza Finali >