QORTI TA' L-APPELL
ONOR. IMHALLEF
PHILIP SCIBERRAS
Seduta tas-6 ta' Gunju, 2008
Appell Civili Numru. 21/2006
Dorianne u Alex konjugi Mangion vs Mondial Holidays
Il-Qorti,
Fit-3 ta’ Ottubru, 2006, it-Tribunal ghal Talbiet tal- Konsumaturi ppronunzja s-segwenti sentenza fl-ismijietpremessi:-
“It-Tribunal
Wara li ha konjizzjoni ta’ l-Avviz fl-ismijiet fuq premessi pprezentat fit-3 ta’ April 2006 fejn ir-
Rikorrenti talbu danni ta’ circa elf u mitejn Lira Maltin (Lm1200) kif ukoll danni morali minhabba vjagg lejn il-Karibew u Miami li spiccaw vittma ta’ Urugan. L-intimat ipprezenta Risposta ghal din it-talba u attenda ghas-seduta. Illi wara li sema’ x-xhieda tar-rikorrenti li huma listess rikorrenti, u wara li sema’ x-xhieda ta’ l-intimat li huwa rapprezentant tad-ditta ntimata, u Louise Attard (Tour Leader) u wara li ha konjizzjoni tal-fatti kif ukoll tac-cirkostanzi kollha tal-kaz; Ikkunsidra s-segwenti:
1. Ir-Rikorrenti bbukjaw Cruise lejn il-Karibew u Miami minghand id-ditta ntimata u neffqet sitt mitt Lira Maltin (Lm600) ghal kull ras. Meta waslu il- Karibew kien hemm Urugan u ellhom jghaddu erbat ijiem u ljieli f’ postijiet degradanti ghall-umani kif ukoll qed jigi allegat li l-intimati kienu jafu bl- Urugan.
2. L-intimat issottometta illi ma kienux jafu bl- Urugan u kellhom ordnijiet mill-Awtoritajiet sabiex jorqdu hemm.
3. It-Tribunal wara li sema’ lill-partijiet jinnota li r- Rikorrenti zgur li ma ghandhomx tort ta’ li ara u talli ma hadux gost u talli l-vaganza taghhom giet imhassra u min-naha l-ohra trid twiezen il-fatt li lintimat ma kienx jaf bl-urugan u ghalhekk irid jibbilancja d-drittijiet tal- onsumatur kif ukoll ddrittijiet tan-negozjant. F’ dawn ic-cirkostanzi t- Tribunal jinnota li l-versjoni tar-Rikorrenti hija aktar kredibbli.
Ghal dawn il-motivi:
It-Tribunal jilqa’ t-talba tar-Rikorrenti in parte u jordna lill-intimat ihallas l-ammont ta’ tlett mitt Lira Maltin (Lm300) ghal kull persuna ammontanti ghal sitt mitt Lira Maltin (Lm600) bl-ispejjez kontra l-istess intimat.”
Ir-rikors ta’ l-appell intavolat minn Mondial Holidays ghandu mertu identiku ghal dak ta’ zewg appelli ohra millistess ditta fl-ismijiet “Josephine Magro -vs- Mondial Holidays” (Rikors Nru. 19/06) u “George Magro et -vs- Mondial Holidays” (Rikors Nru. 20/06) decizi minn din il-
Qorti fit-28 ta’ Marzu, 2007; Din il-Qorti sabet li dawk l-appelli l-ohra sottoposti lilha kienu ben fondati u ghaddiet biex akkoljiethom. L-istess ser taghmel din il-Qorti f’din il-kawza. A skans ta’ ripetizzjoni, il-konsiderazzjonijiet fihom minn din il-Qorti ghandhom japplikaw mutatis mutandis ghal mertu ta’ lappell odjern.
Ghal dawn il-motivi l-Qorti tilqa’ l-appell u b’hekk thassar u tirrevoka s-sentenza appellata. L-ispejjez gudizzjarji relattivi jibqghu bla taxxa bejn il-partijiet.
< Sentenza Finali >