QORTI TA' L-APPELL
ONOR. IMHALLEF
PHILIP SCIBERRAS
Seduta tat-2 ta' Ottubru, 2009
Appell Civili Numru. 2/2009
Paul Ellul Bonici u Lydia Ellul Bonici
vs
United Automobiles Ltd
Il-Qorti,
Fis-7 ta’ Jannar, 2009, it-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumatur ippronunzja s-segwenti sentenza fl-ismijiet premessi:-
“It-Tribunal
Wara li ha konjizzjoni ta’ l-Avviz fl-ismijiet fuq premessi pprezentati fl-4 ta’ Dicembru 2007 fejn irrikorrenti talbu danni ta' elf, mitejn u tlieta u hamsin ewro (€1253) rapprezentanti prezz imhallas ghal pompa tad-diesel ta' karozza Opel Astra, u t-twahhil taghha, minhabba illi l-pompa originali kienet:difettuza.
L-intimat ipprezenta risposta ghal din it-talba u attenda ghas-seduta.
Illi Wara li sema’ x-xhieda tar-rikorrenti li huma listess rikorrenti, u wara li sema' x-xhieda talintimat li huwa rapprezentant tad-ditta ntimata, u wara li ha konjizzjoni tal-fatti kif ukoll taccirkostanzi kollaa.tal-kaz.
Ikkunsidra s-segwenti:
Ir-rikorrenti ssottometta illi huwa xtara karozza Opel Astra minghan id-ditta intimata u recentement skopra illi 1-pompa tad-'diesel' kienet difettuza u sabiex din il-pompa tinbidel huwa kellu jhallas is-somma ta' elf, mitejn u tlieta u hamsin ewro (€1253), u billi din il-hsara hija responsabbli ghaliha biss is-socjeta intimata, huwa qieghed jitlob rifuzjoni ta' 1-ammont imhallas
L-intimat issottometta illi r-rikorrenti xtara l-karozza f’Dicembru 1999 u ghalhekk it-talba tieghu hija preskritta ai termini tal-artikolu 78 tal-Kap. 378 tal- Ligijiet ta' Malta u in oltre s-socjeta' intimata ma tahti xejn ghall-problema fil-pompa tad-'diesel' filkarozza tar-rikorrenti.
It-Tribunal analizza wkoll is-sottomissjonijiet bilmiktub ipprezentati miz-zewg partijiet.
It-Tribunal jinnota illi:-
Ir-rikorrenti xtara karozza Opel Astra minghand idditta intimata fis-sena 1999 u f’Jannar 2003 beda jkolla diversi hsarat zghar. F'Marzu 2003 irrizulta illi 1-'alternator' ma kienx addattat ghall-magna ta' dik il-vetrura u ghalhekk gie mibdul minghajr hlas mill-intimat.
Ir-rikorrenti ddikjara illi wara li nbidel l-'alternator' ilkarozza ma kellha ebda hsara ohra qabel is-sena 2007 meta mbaghad gara l-hsara fil-pompa tad- 'diesel' u, skond l-istess rikorrenti, din il-hsara hija attribwita ghal funzjoni hazin tal-'alternator' originali.
It-Tribunal jinnota illi kien hemm diversi lmenti kif ukoll kitba f’gazzetta lokali dwar dan il-fatt illi lpompa tad-diesel ta' dan il-mudell partikolari jigrilha l-hsara u tieqaf tiffunzjona hekk kif il-vettura tkun qabzet l-40,000 mil.
Ghal dawn il-motivi:
It-Tribunal wara li kkonsidra hawn fuq u wara li ra illi l-hsara li grat fil-pompa tad-diesel ma huwiex wiehed ikkawzat minn uzu hazin, jew traskuragni, da parti tar-rikorrenti izda huwa difett rikorrenti f’dan il-mudell ta' karozza, u ghaldaqstant huwa difett fil-manifattura tal-prodott, u ghalhekk jilqa' ttalba tar-rikorrenti in parte u jordna lill-intimat ihallas lir-rikorrenti s-somma ta' sitt mitt ewro (€600) bl-ispejjez kontra l-istess intimat.”
Is-socjeta` mharrka tiddenunzja din is-sentenza blobbjezzjoni illi t-Tribunal naqas kompletament milli jiddeciedi l-eccezzjoni preliminari tal-preskrizzjoni meta lkawza proprju kienet imhollija ghad-definizzjoni ta’ din leccezzjoni. Komplimentari ghal din l-obbjezzjoni l-istess socjeta` tissottometti taht forma ta’ aggravju illi l-azzjoni kienet hekk preskritta a tenur ta’ l-Artikolu 78 tal-Kapitolu 378;
Minn ezami anke superficjali tas-sentenza appellata huwa kjarament evidenti illi t-Tribunal adit naqas li jippronunzja ruhu dwar il-preskrizzjoni opposta mis-socjeta` appellanti a norma ta’ l-Artiikolu 78 ta’ l-Att dwar l-Affarijiet tal- Konsumatur. Dan bi ksur tal-proviso ghall-Artikolu 21 (1) ta’ l-Att li jipprovdi li “kull kwistjoni li jista’ jkun hemm dwar il-preskrizzjoni ghandha tinqata’ skond il-ligi”. Meta llegislatur iddetta dan il-provvediment b’dik il-frazi, “skond il-ligi” ma setax ma kellux f’mohhu d-disposizzjonijiet rilevanti procedurali kif statwiti fil-Kodici ritwali taht il- Kapitolu 12 tal-Ligijiet, inter alia, l-Artikolu 730 tieghu li jiddisponi illi l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni ghandha tigi deciza b’kap separat qabel jew flimkien mas-sentenza fuq il-mertu;
Hi gurisprudenza konkordanti illi jekk l-imsemmija disposizzjoni ma tigix segwita, ir-rimedju hu dak li ssentenza appellata tigi annullata minnhabba difett ta’ forma u l-atti rinvjati lura lill-ewwel tribunal. Ara “Nicola Cassar nomine et -vs- Carmelo Cachia”, Appell Civili, 12 ta’ Dicembru, 1931. Fl-istess waqt gie pero` wkoll deciz, b’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 790 tal-Kapitolu 12, illi leccezzjoni tan-nullita` tas-sentenza ghal dik ir-raguni ma ghandhiex tigi intrattenuta jekk l-Appell isib li s-sentenza moghtija b’dak in-nuqqas hija sostanzjalment gusta. Ara “Carmelo Sultana nomine et -vs- Annunzjata armla Giordmaina”, Appell Inferjuri, 22 ta’ Frar, 1964. Anke hawn huwa sewwa li jigi registrat illi skond kif osservat fissentenza “Alfred Sammut et -vs- Peter Vella”, Appell Civili, 21 ta’ Marzu, 1988, “il-fatt biss li s-sentenza giet deciza bhallikieku l-ewwel eccezzjoni (dik talpreskrizzjoni) ma kienetx tezisti diga` huwa indikattiv bizzejjed li s-sentenza appellata ma tistax tkun gusta fissustanza taghha”;
Ipprecizat dan, il-Qorti, sew biex tara jekk is-sentenza hijiex gusta fis-sustanza taghha, sew ukoll ghaliex hi stess moghtija l-fakolta li tistharreg il-preskrizzjoni eccepita skond il-previzjoni tal-ligi bl-Artikolu 22 (4) tal-Kapitolu 378, attiz in-nullita` tas-sentenza, sejra tghaddi biex tezamina l-kwestjoni lilha sottomessa bl-aggravju;
Jimporta li qabel xejn jigu stabbiliti certi fatti kif johorgu
mill-atti tal-kaz:-
(1) L-appellati xtraw minghand is-socejta` appellanti vettura tal-marka Opel fl-20 ta’ Dicembru, 1999;
(2) Fl-2007 l-appellati lmentaw minn malfunzjonament fil-fuel pump, irrikorrew ghand is-socjeta` appellanti ghar-rimpjazzament tieghu u hallsu ghalih, anke jekk, kif jinghad fid-dettalji tat-Talba, “under protest”;
(3) Jinghad illi fl-intervall bejn dawn iz-zewg dati, u l-aktar fis-sena 2003, il-vettura de qua rriskontrat diversi problemi ohra li gew rimedjati. L-ahhar xoghol rimedjali jidher li sar fit-28 ta’ Marzu, 2003 fejn gie sostiwit lalternator, kif hekk ukoll issuccieda fil-kaz ta’ vetturi ohra ta’ terzi. Ghal din is-sostituzzjoni l-appellati ma hallsu xejn;
Premessi dawn il-fatti, is-socjeta` appellanti kkampat iddifiza taghha preliminarjament fuq id-dispost ta’ l-Artikilu 78 ta’ l-Att li jipprovdi illi “l-kummercjant ghandu jkun responsabbli taht il-provvedimenti ta’ l-Artikoli 73 u 74 meta l-konsumatur jinduna bin-nuqqas ta’ konformita fi zmien sentejn mill-kunsinna ta’ l-oggetti., Dan il-perijodu ta’ preskrizzjoni ghandu jigi sospiz sakemm idumu ghaddejjin in-negozjati bejn il-kummercjant u l-konsumatur bil-ghan li jintlahaq ftehim amivekoli”;
Essenzjalment, l-Artikoli 73 u 74 jiddisponi illi:-
1. Il-kummercjant, b’obbligu, ghandu jikkunsinna oggett li jkun konformi mad-deskrizzjoni u lispecifikazzjonijiet fil-kuntratt tal-bejgh;
2. In-nuqqas ta’ konformita` tesigi rimedju minghand il-kummercjant. L-ghazla tar-rimedju hi mhollija fid-disponibilita` tal-konsumatur li jista’ jaghzel jew li loggett jigi riparat jew rimpjazzat jew li jsir diminuzzjoni filprezz jew anke r-rexxissjoni tal-kuntratt ghall-kaz li nnuqqas ta’ konformita` ma jkunx “minuri u insinjifikanti”. Dan b’applikazzjoni wkoll ta’ l-Artikoli 75 u 76 ta’ l-Att;
Hi t-tezi ta’ l-appellati, kif din tinzel min-Nota ta’ losservazzjonijiet taghhom quddiem it-Tribunal u, ukoll mirrisposta ta’ l-appell, illi:-
1. L-Artikolu 78 predett ghandu jkun interpretat fis-sens illi t-terminu ta’ sentejn jibda jghaddi minn meta lkonsumatur jinduna bin-nuqqas ta’ konformita`;
2. Huma skoprew il-mal-funzjonament tal-pompa fl-2007 u agixxew dwaru;
3. Huma jikkollegaw dan l-istess malfunzjonament mad-difett fl-alternator orginali, rimpjazzat fl-2003 “free of charge” u dan ghaliex b’rizultat ta’ dak lalternator difettuz avverat ruhha hsara fil-pompa;
4. La s-socjeta` appellanti rreduciet l-ispiza ta’ pompa gdida dan gara ghaliex is-socjeta` kienet taf li lvetturi ta’ l-istess tip kellhom deficjenzi. B’dan ukoll, issocjeta` appellanti kienet qeghda tirrikonoxxi l-ezistenza tad-difett u dan igib l-interruzzjoni tal-preskrizzjoni a tenur ta’ l-Artikolu 2133 tal-Kodici Civili;
Fil-konsiderazzjoni ta’ din il-Qorti l-Artikolu 78, korrettement interpretat, ghandu jfisser illi biex ilkonsumatur ma jinkorrix fl-estinzjoni taz-zmien ghallproponiment ta’ l-azzjoni tieghu huwa htieglu jiskopri nnon- konformita ta’ l-oggett mixtri fi zmien sentejn millkunsinna ta’ dak l-oggett. Mhux bizzejjed li hu jinduna bin-nuqqas fi kwalunkwe zmien, ikun x’ikun, imma li fizzmien il-perijodu statutorju ta’ sentejn mill-kunsinna huwa jintebah bin-non-konformita`. A differenza ta’ ligijiet ohra, ad ezempju l-Artikolu 1431 (2) Kodici Civili, ilprovvediment tal-ligi specjali fl-Artikolu 78 ma jghidx ukoll illi t-terminu tal-preskrizzjoni ma jibdiex jghaddi “hlief minn dak in-nhar li seta’ jkun li hu jikxef id-difett mohbi”. Pjuttost, l-imsemmi Artikolu 78 ghandu xebh mad-dispost ta’ l-Artikolu 1407 (1) tal-Kodici Civili fejn dan jipprovdi li lazzjoni tax-xerrej “tintilef eghluq sentejn minn dak in-nhar tal-kuntratt”;
L-unika differenza bejn il-ligi ordinarja taht il-Kodici Civili u d-disposizzjoni rilevanti (Artikolu 78) taht il-ligi specjali (Kapitolu 378) tidher li tinsab f’dan. Hekk mentri, skond kazistika konkordanti, in-negozjati jew trattativi li jsiru bejn il-partijiet biex jittantaw jirrisolvu l-kwestjoni ta’ bejniethom ma kienux jinterrompu d-dekorriment tat-terminu preskrittiv (ara b’ezemplari “Negte. Alessandro Mizzi - vs- Alfredo Camoin et”, Qorti tal-Kummerc, 31 ta’ Novembru, 1912), salv jekk bhala effett u fil-kors ta’ dawk it-trattattivi, il-venditur ma jkunx irrikonoxxa u ma jkunx ikkontrasta l-ezistenza tal-vizzju (ara “Emmanuele Camilleri nomine -vs- Anthony Calascione nomine”, Qorti tal-Kummerc, 29 ta’ Ottubru, 1954), fil-kaz prospettat taht l-Artikolu 78 hi l-ligi stess li tennuncja illi l-perijodu preskrittiv jarresta l-mixja tieghu u jibqa’ sospiz sakemm idumu ghaddejjin in-negozjati tendenti ghall-ftehim amikevoli;
Premessi dawn ir-riflessjonijiet guridici, bi twegiba ghassottomissjonijiet sottoposti mill-appellati din il-Qorti, koncizament, taghmel dawn l-osservazzjonijiet:-
(1) Mill-atti ma jirrizultax li gie provat in-nexus bejn il-mal-funzjonament tal-pompa ma’ dak ta’ l-alternator originali li gie rimpjazzat fl-2003, ben erba’ snin qabel ma attivat ruhha dik id-deficjenza b’alternator gdid sostituttiv;
(2) Mill-istess atti lanqas ma jirrizulta li kien hemm xi negozjati jew trattattivi bejn l-2003 u l-2007 in mertu ghall-kwestjoni tal-pompa, anke ghaliex, minn dak ritenut mill-istess appellati, f’dak l-intervall ta’ zmien il-vettura ma rriskontrat ebda anomaliji fil-“warning light” taghha. Ara para. (i) tan-Nota ta’ sottomissjonijiet ta’ l-appellati prezentata quddiem it-Tribunal;
(3) Huwa pacifiku illi biex ir-rikonoxximent jammonta ghall-interruzzjoni tal-preskrizzjoni dan irid ikun wiehed “car, formali, esplicitu u inkondizzjonat” (“Camilleri nomine -vs- Calascione nomine”, gja citata). Fil-kaz in ezami dan ir-rikonoxximent li jgib l-interruzzjoni ma jistax jigi inferit mill-fatt illi l-kumpanija appellanti rreduciet l-ispiza tal-fuel pump u tal-mano d’opera relattiva. Lanqas ma tista’ din ic-cirkustanza rinunzja ghall-preskrizzjoni b’mod li din tissupponi lintenzjoni taghha li tabdika d-dritt taghha ghax-xorta talpreskrizzjoni
opposta;
Il-konkluzjoni li tinzel b’mod dirett minn dawn losservazzjonijiet u dawk tal-konsiderazzjonijiet l-ohra hi dik li s-sentenza appellata ma tistax titqies sostanzjalment gusta u ghandha tigi mwarrba. Invece, il-Qorti qeghda tilqa’ l-eccezzjoni preliminari u tiddikjara illi l-azzjoni ta’ lappellati hi preskritta a tenur ta’ l-Artikolu 78 tal-Kapitolu 378.
Ghal dawn il-motivi l-Qorti qeghda tilqa’ l-appell, tirrevoka s-sentenza appellata, u tghaddi biex tiddikjara preskritta lazzjoni ta’ l-appellati bid-dekors taz-zmien statutorju skond l-Artikolu 78 ta’ l-Att dwar l-Affarijiet tal- Konsumatur. L-ispejjez ta’ dan l-appell jitbatew millappellati.
< Sentenza Finali >