QORTI TA' L-APPELL
ONOR. IMHALLEF
PHILIP SCIBERRAS
Seduta tas-6 ta' Ottubru, 2010
Appell Civili Numru. 719/2001/1
C. Fino & Sons Limited
vs
Neville u Antoinette konjugi Bonnici
Il-Qorti,
Fl-14 ta’ April, 2010, il-Qorti Civili tal-Magistrati (Malta) ippronunzjat is-segwenti sentenza fl-ismijiet premessi:-
“Il-Qorti:-
Rat l-avviz ipprezentat mis-socjeta’ attrici fir- Registru ta’ din il-Qorti nhar is-sebgha (7) t’Awissu 2001 fejn talbet lil din il-Qorti tikkundanna lillkonvenuti jhallsu lis-socjeta’ attrici s-somma minnhom dovuta’ ta’ elf, sitt mija u wiehed u disghin lira maltija u hamsa u hamsin centezmu (Lm1,691.55c) bilanc ta’ somma akbar Kopja Informali ta' Sentenza rapprezentanti prezz t’ghamara lilhom mibjugha u kkonsenjata skond statement hawn unit u markat bhala Dok. A.
Bl-ispejjez komprizi dwak ta’ l-ittra nterpellatorja talwiehed w ghoxrin (21) ta’ Marzu 2001, tal-Ittra Ufficcjali tas-sebgha w ghorin (27) t’April, 2001, tal-
Mandat ta’ Sekwestru prezentat kontestwalment ma’ dan l-Avviz, u bl-imghax legali mill-wiehed w ghoxrin (21) ta’ Marzu 2000 l-ahhar konsenja tal-ghamara
skond l-istess Dok. A.
Il-konvenuti huma minn issa ngunti ghas-subizzjoni.
Il-Qorti rat in-nota tal-eccezzjonijiet tal-konvenuti pprezentata minnhom fis-sbatax (17) ta’ Settembru 2001, fejn eccepew is-segwenti:
1. L-ammont dovut mill-eccipjenti huwa elf mitejn u dsatax-il Lira hamsa u hamsin centezmu (Lm1219.55c) peress illi d-differenza ta’ erba’ mija tnejn u sebghin Lira (Lm472) huma danni li garrbu leccipjenti unikament tort tas-socjeta’ attrici. Ghalhekk l-eccipjenti qed iressqu kontrotalba.
2. Bla pregudizzju ghall-premess it-talba tas-socjeta’ attrici ghall-hlas tal-imghax kif dedotta hija legalment insostenibbli stante li l-eccipjenti hallsu l-ammont ta’ Lm1219.55c ghas-saldu qabel saret din il-kawza izda s-socjeta’ attrici ghalkemm ma accettatx dan il-pagament ghas-saldu zammet ghandha u baqghet ma rritornatx lill-eccipjenti ccheque li permezz tieghu huma ghamlu l-hlas.
Salvi eccezzjonijiet ohra permessi mil-ligi.
Rat il-kontrotalba tal-konvenuti fejn qalu s-segwenti:
“Tghid inti, C. Fino & Sons Limited, ghaliex m’ghandekx tkun ikkundannata thallas lill-konvenuti s-somma ta’ erba’ mija tnejn u sebghin Lira (Lm472) in linea ta’ danni minnek ikkagunati u minnhom subiti meta cooker (extractor) hood minnek ikkonsenjat kien difettuz, liema difett kien a konoxxenza tieghek, u konsegwenza talfunzjonament hazin tal-istess apparat kein ikkagunat nar fil-kcina tar-residenza tal-konvenuti 47, Triq Sir Philip Pullicino, Mtarfa, fil-5 ta’ Jannar 2000 – prevja d-dikjarazzjoni li ghal dan l-incident u
konsegwenzjali danni inti kont unikament responsabbli.
Bl-ispejjez u bl-imghax legali kontra s-socjeta’ attrici li tibqa’ ngunta ghas-subizzjoni”.
Rat in-nota tal-eccezzjonijiet tas-socjeta’ attrici rikonvenuta, ghall-kontrotalba tal-konvenuti, fejn eccepiet bil-qima:
1. Preliminarjament, in-nullita’ tal-kontrotalba, minhabba nuqqas ta’ kompetenza ta’ dina l-Qorti “ratione valoris”.
2. Illi bla pregudizzju ghall-premess u fil-mertu t-talbiet tal-konvenuti huma nfondati fil-fatt u fid-dritt u ghandhom jigu michuda bl-ispejjez kontra taghhom peress illi mhux minnu illi l-allegat difett fil- “cooker hood” kien a konoxxenza tas-socjeta’ eccipjenti; u peress illi s-socjeta’ attrici ma kkagjonat l-ebda danni lill-konvenuti;
3. Illi fi kwalunkwe kaz ghandha tigi kjamata fil-kawza s-socjeta’ Oxford House Limited minghand min is-socjeta’ eccipjenti xtrat il-“cooker hood”.
4. Salvi eccezzjonijiet ohra premessi mil-Ligi.
Rat in-nota ta’ riferenzi tas-socjeta’ attrici C. Fino & Sons Limited ipprezentata nhar it-tnejn (2) ta’ Mejju, 2002 (fol. 18).
Rat in-nota ta’ sottomissjonijiet tal-konvenuti (fol. 24) ipprezentata nhar is-sitta u ghoxrin (26) ta’ Mejju, 2003 fejn esponew bir-risett illi:
1. Din l-Onorabbli Qorti hija kompetenti sabiex titratta u tiddeciedi l-kontrotalba taghhom
f’din il-kawza a tenur tal-Art. 396 u 397 tal-kap. 12 tal-Ligijiet ta’ Malta.
2. Galadarba l-kontrotalba tal-esponenti hija konnessa mat-talba tas-socjeta’ attrici ghaliex tirrizulta mill-fatt, kuntratt jew titolu li bis-sahha tieghu is-socjeta’ attrici intavolat l-azzjoni taghha, illigi tassattivament qed tipprovdi li l-effetti procedurali tar-rikovenzjoni ghandhom jirrisolvu ruhhom fi process wiehed fejn it-talba u lkontrotalba
jkunu trattati u decizi flimkien fl-istess kawza.
3. Ghalhekk l-ewwel eccezzjoni preliminary tas-socjeta’ attrici hija nsostenibbli u ghandha tkun respinta.
Rat illi fis-seduta tal-hamsa u ghoxrin (25) ta’ Mejju, 2005 xehed Lawrence Fino, (fol. 41) li huwa direttur tal-kumpanija attrici. Spjega li l-bilanc dovut lill-kumpanija attrici jirrigwarda fornituri ta’ ghamara fosthom kcina, u dan skond ma jirrizulta millistatement li jinsab esebit a fol. 2 tal-process. Iccara li fil-kcina kienu anke saru xi tiswijiet minhabba li din kienet garrbet xi hruq. Ghal dawn ittiswijiet kienet inharget invoice ta’ elf mitejn u hamsa u erbghin Lira Maltin (Lm1245), u spjega li din tidher fl-ahhar parti tal-istess statement. Inkluz fl-ammont li qed jitlob, qal li hemm ammont ta’ disa’ mija u sitta u erbghin Lira u sitta u hamsin centezmu (Lm946.56c), rapprezentanti prezz ta’ side-board li lkonvenut kien naqas li jhallas tieghu. Kompla li in segwitu l-konvenut kien baghat cheque ta’ hames mitt Lira (Lm500) li ppretenda li kien a saldu ta’ dan l-ammont, pero’ s-socjeta’ attrici kienet irrifjutat dan ic-cheque billi kien jonqos differenza ta’ iktar minn erba’ mitt lira. Ix-xhud qal li l-konvenut kien qed jaghti t-tort tal-hruq fil-kcina lis-socjeta’ attrici u ghalhekk qed jipprova jnaqqas dawn il-flus, ghalkemm precedentement kien accetta li jhallas bilanc akbar ta’ elf, mitejn u hamsa u erbghin lira (Lm1245) li huwa l-prezz tal-kcina. Qal li l-konvenut kien qed jallega li l-hruq li sar fil-hood kien provenjenti minn difett fl-extractor li kienu nstallaw huma, pero’ hu dan ma jaccettahx ghaliex, skond ma qal hu, kieku kien hemm xi difett fl-extractor innar kien jitla’ l‘fuq u jinharaq biss l-extractor u mhux jinharqu l-cupboards l-ohra.
Meta kompla jixhed in kontro-ezami filwaqt li pprometta li jipprezenta l-invoices partikolari gharriparazzjonijiet li saru fil-kcina, qal ukoll li millistatement
kien jidher li l-kcina kollha kienet imhallsa fl-intier taghha hlief ghal side board li jiswa disa’ mija u sitta u erbghin Lira (Lm946). Hu pprezuma li dan kien gie ordnat wara li tlestiet il-kcina, u li ghal din ir-raguni huwa qed jghid li l-ahhar invoice hija dik li tirrigwarda s-sostituzzjoni ta’ xi parti tal-kcina u tiswijiet. Kompla jispjega li l-konvenut kien qallu li hu kien assikurat u li jekk l-assikurazzjoni kienet ser thallsu l-valur tal-hsara li sofra huwa ma kien se jippretendi xejn minghandu. Kompla jghid pero’, li prezumibilment il-konvenut ma kienx irranga malkumpanija assikuratrici, ghaliex dan kien qallu li lassikurazzjoni ma kinitx koprietu ghall-valur shih, u l-ammont li ma kienx gabar jammonta ezatt ghal dak l-ammont li kien qed jirrifjuta li jaghti lilu. Qal ukoll li jista’ jaghti l-kaz li l-kumpanija assikuratrici kienet accettat dik l-invoice li tirrigwarda t-tiswijiet u li l-ammont ta’ erba’ mija u tnejn u sebghin Lira (Lm472) huwa l-prezz ta’ parti mill-affarijiet li gew distrutti fin-nar. Filwaqt li ammetta li huwa qatt ma kien ra xi ittri, pero’ ftakar li l-affarijiet li lassikurazzjoni ma kinitx kopriet lill-konvenut taghhom kienu xi ghodod tal-kcina, fosthom ilborom.
Biex tipprova tittermina din il-pendenza, is-socjeta’ attrici kienet qabbdet lill-Inginier Joe Muscat biex jirrelata dwar jekk l-istess socjeta’ setghetx kienet responsabbli ghal dan in-nar. Xehed ukoll li qabel kien sehh l-incident, il-hood kienet ittiehdet ilfabbrika ghaliex kellha xi difett, izda qal ukoll li ghalkemm din ma kinitx difettuza, xorta kienet
izzarmat biex issirilha xi manutenzjoni. Waqt li kienet zarmata, l-extractor kein intbaghat ghand min kien biegh l-appliance lis-socjeta’ attrici biex issirlu xi riparazzjoni. Iccara li l-extractor hija parti mekkanika li ma tigix manifatturata mis-socjeta’ attrici u ghalhekk kellha tintbaghat band’ ohra.
Cahad li lilu l-konvenut qatt qallu li ried extractor gdid, pero’ m’eskludiex il-fatt li seta’ qal dan iddiskors lil xi haddiema tieghu. Ikkonferma li fil-post rega’ twahhal l-istess extractor li kien gie rrangat. Qal li wara r-rapport tal-Inginiet Muscat, seta’ jaghti l-kaz li xi hadd mill-kumpanija tieghu kein ikkomunika ma’ Oxford House, li kienet il-kumpanija
li ssupplixxiet l-extractor, pero’ x’decizjonijiet ittiehdu wara ma jafx ghaliex ma kienx hu li ghamel arrangamenti maghhom. Hu kien qed jiehu hsieb din il-kwistjoni mil-lat ta’ Bonnici. Filwaqt li kkonferma li kienu saru xi tentattivi ta’ arrangamenti bejnu u bejn il-konvenuti bla ma jidhlu l-Qorti, ixxhud qal ukoll li hu jhoss li dawn m’ghandhomx jikkostitwixxu provi.
Rat ir-rapport tal-Perit Tekniku l-Inginier Joseph Muscat (fol. 54) ipprezentat b’nota nhar it-tnejn u ghoxrin (22) ta’ Gunju 2006.
Rat ukoll ir-rapport tal-Inginier Gaston De Giovanni (fol. 72) ipprezentat b’nota fir-Registru ta’ din il-Qorti nhar it-tmienja u ghoxrin (28) ta’ Mejju 2007.
Rat illi fis-seduta ta’ nhar is-sebgha u ghoxrin (27) ta’ Gunju 2007 kien xehed il-konvenut Neville Bonnici (fol. 85) li kkonferma li huwa u martu jghixu fl-indirizz 47, Pepprina, Sir Philip Pullicino Street, Imtarfa. Gie muri numru ta’ dokumenti li huma
esebiti fl-atti ta’ din il-kawza a fol. 62 et seq. Meta gie mistoqsi jekk hu u martu kinux ghamlu xi ordni mas-socjeta’ Fino, hu wiegeb li kien hemm diversi ordnijiet li huma ghamlu ma’ din is-socjeta’, anzi kkonferma li l-ghamara kollha li hemm god-dar kienet kollha mixtrija minghand Fino.
Spjega li fost l-appliances ta’ gol-kcina, kien hemm lextractor li kien inxtara minghand Fino, filwaqt li lfridge- freezer u l-hob kienu nxtraw minghand Oxford House, mghoddija lil Fino u mwahhla mill-haddiema ta’ Fino. Insista li l-kcina kollha bl-appliances ta’ go
fiha, bl-eccezzjoni ghall-hob u l-fridge-freezer gew mixtrija minghand Fino. Sussegwentement dawn gew installati mir-rapprezentanti ta’ Fino.
Qal li ghall-bidu li giet installata l-kcina, hu u martu ma tantx kienu jieklu d-dar, peress li kienu ghadhom kif izzewwgu u t-tnejn li huma kienu jahdmu. Ippreciza li huma zzewwgu f’Lulju tal-1999 u l-kcina kienet giet installata ftit qabel iz-zwieg. Qal li f’Awissu 1999 il-cooker hood kienet bdiet taghmel hoss kbir u ghalhekk huma kienu cemplu lil ta’ Fino biex imorru jaraw dan il-hoss x’kien. Dawn kienu qalghu il-hood u haduha maghhom, u ftit zmien wara kienu regghu tawulhom imsewwi. Fil-fehma tieghu il-mastrudaxxa li kien mar biex jerga’ jinstalla l-hood, ma tantx kellu esperjenza, ghaliex ma kienx jaf fuq liema naha kellu jwahhal is-switch, pero’ nonostante dan il-hoss ma kienx ghandu jinstema’ u allura l-hood regghet bdiet tintuza.
Kompla jixhed li fil-hamsa (5) ta’ Jannar 2000 wara li kienu sajjru, kielu, naddfu l-kcina u marru go kamra ohra, f’daqqa wahda intfiet is-salva vita. Hu mar jara x’kien gara u x’hin fetah il-kcina sab il-kcina kollha nar. Sussegwentement kien gie determinat minghand ta’ Fino li n-nar kien beda mill-cooker hood.
Meta gie mistoqsi jekk il-kcina kinitx inharqet kollha, il-konvenut wiegeb li kienet inharqet parti sostanzjali minnha. Stqarr li hu u martu mill-ewwel kienu cemplu lil Fino biex jghidulhom li ma setghux joqoghdu minghajr kcina u dawn baghtu rapprezentanti taghhom. Qal li sussegwentement kien hemm trattativi bejnu u bejn is-Sur Soler ghal
Fino, li kien qalilhom biex ma jinkwetaw xejn u li kien se jirranga kollox hu. Il-konvenut qal li fil-fatt kienu hadu l-kcina.
Spjega li l-hsara ma kinix limitata biss ghall-kcina. Bhala ezempju semma s-saqaf, li garrab hsara filgypsum, u anke l-hitan. Ghaldaqstant huma kienu ghamlu claim mal-Insurance li kienu asskurati maghha. Iccara li l-assikurazzjoni kienet tkopri biss il-bini u mhux il-kontenut, u li allura l-appliances talkcina ma kinux koperti b’din il-polza talassikurazzjoni. Insista li lil Fino hu u l-mara tieghu kienu qalulu li ma ridux jaghmlu gwadann jew profitt minn fuqu u ghalhekk kienu talbuh itihom il-kont, pero’ stqarr li kienu talbuh ukoll biex ihallashom ta’ dawk l-affarijiet li ma kinux koperti bl-assikurazzjoni u tawh lista b’dawn l-affarijiet. Fil-fatt is-Sur Fino kien ghaddielhom kont li kien jammonta ghal elf mitejn u hamsa u erbghin Lira (Lm1245) u kien qalilhom li xtaq jitkellem ma’ tal-Oxford House peress li l-cooker hood kien inxtara minghandhom. Ix-xhud cahad li hu u martu ghamlu xi trattativi ma’ l- Oxford House.
Sussegwentement f’Jannar 2000, qal li ta’ Fino kienu baghtu xi inginier biex jara l-kcina. Ix-xhud u martu kienu rrakkuntawlu dak li kien gara u dan hejja rapport li jinsab inserit fil-process a fol. 63 immarkat bhala Dok NB1. Gie muri wkoll Dok NB2 u spjega li dan huwa claim tal-affarijiet li nharqu u li ma kinux koperti bl-assikurazzjoni. Ra Dok NB3 u
qal li din hija ittra li giet mibghuta lilhom minn Dr. Henry Antoncich f’isem Fino. Stqarr li lil Fino huma kienu urewh ix-xewqa li jaslu ghal xi soluzzjoni rigward dawk l-affarijiet li ma kinux koperti blassikurazzjoni, pero’ ghalkemm is-Sur Soler ghannom ta’ Fino kien qalilhom li kien se jiehu hsieb din il-kwistjoni, il-kumpanija baqghet ma hallsithomx taghhom. Il-prezz ta’ dawn l-affarijiet kien jammonta ghal erba’ mija u tnejn u sebghin Lira (Lm472).
Kompla jispjega li sussegwentement hu u martu kienu baghtu lil Fino cheque fl-ammont ta’ elf, mitejn u dsatax-il Lira u hamsa u hamsin centezmu (Lm1219.55), kif jirrizulta mid-Dok NB7. Dan lammont kien jirrapprezenta final settlement li huma kien baqaghlhom jaghtu wara li naqqsu l-erba’ mija u tnejn u sebghin Lira (Lm472) li fil-fehma taghhom kienu dovuti lilhom minn Fino.
Meta gie mistoqsi jekk ic-cheque in kwistjoni ssarrafx, il-konvenut stqarr li effettivament dan ma ssarrafx. Xehed ukoll li eventwalment hu u l-mara kienu nkarigaw lis-Surveyor tal-MSB Valletta, is-Sur Gaston De Giovanni biex ihejji rapport dwar il-kcina. Fil-fatt dan ir-rapport jinsab esebit fl-atti u mmarkat bhala Dok NM 8. Sussegwentement il-konvenut u martu kienu ltaqghu mad-dirigenti ta’ Fino bil-ghan li tinstab soluzzjoni ghal din il-pendenza, pero’ qal li darba minnhom kien mar Mr. Fino Senior li beda jghajjat li ma kienx jinteressah u li kien se jfittixhom, u li l-kwistjoni kienet waqfet hemm.
Mistoqsi x’kienet ir-raguni ghaliex Fino ma riedx ihallas dawn l-erba’ mija u tnejn u sebghin lira (Lm472) wiegeb li dawn kienu qed jghidu li lextractor kienu xtrawh minghand Oxford House u ghalhekk it-tort kellu jkun ta’ Oxford House u mhux taghhom. Tant hu hekk, qal ix-xhud, li s-Sur Soler kien qallu li l-extractor units ma kinux ghadhom qed jiehdu hsiebhom huma.
Rat ix-xhieda ta’ James Magri (fol. 92) moghtija fisseduta ta’ nhar il-Hamis hdax ta’ Ottubru 2007. Ixxhud qal li huwa jokkupa l-kariga ta’ Senior Manager mas-socjeta’ MSB Valletta u li kien qed jixhed f’isem din is-socjeta’. Gie muri dokument datat 26 ta’ Frar
2001, li jinsab esebit f’dawn l-atti a fol. 72 u mmarkat bhala Dok MB 8, u kkonferma li dan huwa kopja tas-survey report li jinsab fil-files taghhom. Spjega li Gaston De Giovanni kien Managing Director tal-istess socjeta’ fiz-zmien meta sar dan issurvey report, pero’ llum m’ghadux jahdem hemm.
Rat li fis-seduta tal-erbgha (4) ta’ Marzu 2008 xehed Gaston De Giovanni (fol. 105) fejn qal li fi Frar 2001 huwa kien jokkupa l-kariga ta’ Loss Adjuster mas-socjeta’ MSB Valletta Limited. Gie muri d-Dok MB 8 a fol. 72 tal-process u spjega li dan hu rapport redatt minnu wara inkarigu moghti lilu min Neville Bonnici. Ikkonferma li hu kien mar fuq il-post personalment u li dak li hemm deskritt f’dan irrapport huwa dak li effettivament kien ra fuq il-post. Ikkonferma l-kontenut tar-rapport tieghu.
Nhar l-erbgha (4) ta’ Marzu 2008 xehdet ukoll ilkonvenuta Antoinette Bonnici (fol. 106) fejn spjegat li fix-xahar ta’ Awissu tas-sena 1999, qabel l-incident in kwistjoni, kellhom xi hsara fil-hood talkcina, u li hi u zewgha kienu cemplu lil Fino biex jgharrfuhom b’dan. Il-konventa qalet li minghand Fino kienu xtraw il-kcina u l-kamra tas-sodda. Parti mill-armar tal-kcina kien il-hood. Meta kienu cemplu lil Fino biex jirrapportaw din il-hsara, dawn kienu baghtulhom lil xi hadd biex isewwiha, u fil-fatt din kienet inqalghet u l-haddiema haduha maghhom. Ilkonvenuta qalet li huma kienu talbu ghal hood gdida, pero’ r-risposta li nghatat kienet li l-aqwa li tissewwa u tigi tajba, u ghalhekk sussegwentement inghatat lura l-istess hood. Hija kompliet tghid li min kien mar biex jerga’ jinstalla l-hood, kien sab certa diffikulta’ biex jinstallaha u fil-fatt kien il-hin kollu jirreferi ghall-istruzzjonijiet.
Kompliet tixhed li f’Jannar ta’ wara, meta kienu kielu u lestew mill-kcina, marru fil-bedroom biex jaraw video, izda meta gew biex jixeghlu l-video indunaw li kien inqata’ d-dawl u fl-istess hin bdew ixommu riha ta’ hruq. Ir-ragel mar fil-kcina u appena fetah il-bieb sab li l-kcina kienet qeghda taqbad. Naturalment huma ma kinux fil-kcina x’hin beda n-nar u ghalhekk ma kinux jafu ezattament x’kien gara, u ghaldaqstant kienu gabu l-esperti biex jaraw x’kienet il-kawza tal-hruq u lil dawn irrizultalhom li nnar kien origina mill-cooker hood.
Qalet li meta cemplet lil Fino kien kellima certu Sur Soler li kien manager u li dan kien qalilha biex tmur tkellmu fl-ufficcju. Ix-xhud ziedet li lis-Sur Soler kienet qaltlu li huma kienu koperti b’polza talassikurazzjoni bl-eccezzjoni ta’ xi affarijiet zghar. Qaltlu wkoll li minn ricerki kien irrizulta li l-hruq kien beda mill-hood, izda li huma ma ridux jiggieldu maghhom. Min-naha tieghu dan kien talabha lista tal-affarijiet li ma kinux koperti bil-polza tas-sigurta’ u fil-fatt hi hekk ghamlet. Giet murija Dokument NB 2 a fol. 66 tal-atti, u kkonfermat li din hija ittra mibghuta minnha stess lill-manager ta’ Fino, is-Sur Soler. Sussegwentement kien dahal fil-kwistjoni s- Sur Fino. Wara diskussjonijiet ma’ zewgha, ssocjeta’ attrici ma riditx thallas tad-danni li huma kienu sofrew. Ix-xhud ikkonfermat li l-polza talassikurazzjoni kienet hallsithom ta’ kollox, salv taloggetti msemmija fid-Dokument NB2. Esebiet ilpolza tal-assikurazzjoni taghhom li giet immarkata bhala Dokument CSH.
Hija spjegat li huma kien ghad fadlilhom ihallsu lil Fino ‘l fuq minn elf u erba’ mitt Lira, u li ghal din irraguni kienu hargu cheque “bills payable”, ghallammont ta’ circa elf lira, biex jitnaqqas mill-ammont pendenti. Dan kellu jkun full and final settlement, izda Fino m’accettawhx. Qalet li effettivament iccheuqe baqa’ qatt ma ssarraf, pero’ jista’ jkun li
ghadu f’idejn Fino.
Sussegwentement kienu rcevew din il-kawza ghallammont shih u huma ghamlu l-kontro-talba taghhom.
Meta giet mistoqsija in kontro-ezami meta kienet installata l-kcina, il-konvenuta wiegbet li huma kienu zzewwgu f’Lulju tal-1999 u probabilment il-kcina kienet installa xi Marzu ta’ qabel. L-incident in kwistjoni sehh f’Jannar tas-sena 2000.
Hija stqarret li l-hood bdiet ittihom il-problemi millbidu nett. Fil-fatt huma kienu bdew jghixu fid-dar minn Awissu tal-1999 u dak ix-xahar stess kienu rrapurtaw hsara fil-hood lil Fino. Hija qalet li kemm hi kif ukoll zewgha it-tnejn jahdmu hijiet twal u x’hin jirritornaw id-dar ikunu diga’ kielu, ghaldaqstant rari kienu jsajru d-dar u l-hood ma tanx kien jintuza.
Dakinhar tal-incident, kompliet il-konvenuta, meta marru fil-kamra tas-sodda biex jaraw il-video, kienu diga’ sajjru u kielu u kienu wkoll uzaw il-hood. Hija qalet li ghaliha hija xi haga awtomatika li meta tkun uzat xi haga u tkun lestiet minnha, taqbad u titfiha. Ziedet li kif effettivament beda n-nar hija ma kinitx taf tghid, u kien ghalhekk li kienu qabbdu l-esperti.
Fis-seduta tal-ghoxrin (20) t’Ottubru 2008 xehed l- Inginier Joseph Muscat in kontro-ezami (fol. 126), u beda billi kkonferma l-kontenut tar-rapport rilaxxat minnu li jinsab a fol. 63 tal-process immarkat bhala Dok. NB 1. Ikkonferma li meta kien mar fil-post fl- Imtarfa dwar kaz ta’ hruq go kcina, huwa kein ikkonstata li l-hruq kien ikkoncentrat fil-canopy talcooker hood u kien ikkonkluda li n-nar seta’ gie kkagunat minn tliet sorsi. L-ewwel possibilita’ kienet li n-nar seta’ origina minn tagen li thalla mixghul bla ma hadd kien qed jiehu hsiebu, u dan peress li nsab tagen taht il-canopy. Iz-zewg possibilitajiet l-ohra ghandhom x’jaqsmu mal-elettriku, ossija li jew seta’ kien hemm short circuit fil-fan, liema possibilita’ giet eskluza peress li l-fuse ma ttajjarx, inkella li seta’ sahan il-fan huwa u jahdem. Pero’ sostna li din ilpossibilita’ wkoll hija remota minhabba l-fatt illi kieku gara hekk twaqqa’ l-insulazzjoni tal-fan u topera ssalvavita, u f’dan il-kaz ma garax hekk. Ix-xhud semma li s-Sinjuri Bonnici kienu qalulu li huma kienxu sajjru u tfew kollox u hallew biss il-fan mixghul.
L-Inginier Muscat spjega li hu kien inghata dan linkarigu mis-socjeta’ attrici u fil-fatt meta mar fuq ilpost kienu akkumpanjawh xi mpjegati mill-istess socjeta’ u hemmhekk kien iltaqa’ mas-Sinjuri Bonnici. Huwa qal li l-canopy kien imdewweb kompletament u allura ma setax jillevah, pero’ xorta wahda seta’ jasal ghall-konkluzjonijiet tieghu, u dan
peress li dawn il-konkluzjonijiet mhumiex ibbazati fuq il-canopy izda huma wahda fizika u l-ohrajn elettronici. Qal li effettivament wiehed jista’ jghid biss x’setghu kienu l possibilitajiet ghal dak li gara, ghax m’hemm xejn konklussiv. Zied pero’ li fil-fatt id-dawl fil-post inqata’, pero’ sostna li kieku sahan ilfan kienet taqa’ l-insulazzjoni tal-mutur u taqta’ ddawl qabel isehh l-incident. Fir-rapport tieghu huwa indika li l-wire tal-fan fuq in-naha tal-fan kien kompletament imdewweb u dan seta’ qata’ d-dawl, pero’ ezattament f’liema stadju inqata’ d-dawl ma setax jghid. Kompla sahaq li kieku kien hemm short circuit il-fuse tal-fan kien imur mill-ewwel, izda fil-fatt dan ma marx u l-wire fil-cupboard kien kollu shih. Huwa kkonferma li l-hruq tal-canopy kkreja hruq filcupboards
ta’ fuqu u li d-duhhan mess il-cupboards tal-gnub, pero’ l-hruq innifsu kien fil-canopy u filcupboards ta’ fuq. Iddeskriva li l-cover tal-airconditioner kien ukoll disintegrat u dan ghaliex kien hemm shana tremenda fil-kamra.
Rat li fis-seduta ta’ nhar it-Tlieta sbatax (17) ta’ Frar 2009 xehed Gaston De Giovanni (fol. 134) fejn ikkonferma li meta kien jahdem mas-socjeta’ MSB Valletta Limited huwa kien irrilaxxa rapport dwar hruq ta’ kcina fil-fond f’Sir Philip Pullicino Street, Imtarfa. Gie muri r-rapport li jinsab esebit fl-atti a fol. 72 u mmarkat Dok. MB 8, u kkonferma lkontenut tieghu.
Gie mistoqsi fejn jinsabu r-ritratti li hu semma f’dan ir-rapport, u huwa wiegeb li dawn jinzammu fil-file originali ghand is-socjeta’ MSB Valletta Limited u tinghata kopja taghhom lill-klijent, f’dan il-kaz ilkonjugi Bonnici. Pero’ peress li fil-prezent m’ghadux impjegat ta’ din is-socjeta’ m’ghandux kopja ta’ dawn ir-ritratti. Ikkonferma li effettivament il-hruq kien origina millextractor, pero’ meta gie mistoqsi x’kien li kkawza
dan il-hruq, hu qal li ma setax jghid ghaliex lextractor kien mahruq ghal kollox. Spjega li f’kazi bhal dawn huwa jahdmu ‘by elimination’, fis-sens li jaraw x’seta’ kien hemm li qabbad in-nar u jibdew jeliminaw wahda wahda. Qal li n-nar kien ikkoncentrat fejn kien hemm il-cooker u l-cooker hood u li kien jidher car li n-nar kien origina hemmhekk. Iddeskriva li dik in-naha kien hemm chip pan, il-hood innifsu, u l-plakek tad-dawl fuq kull naha. Il-plakek ma kinux mahruqa u fisser li allura n-nar ma setax beda minnhom, ic-chip pan ma kinitx mahruqa minn gewwa u ghalhekk lanqas din ma setghet kienet l-origini tan-nar. Ghaldaqstant lunika possibilita’ li kien fadal kienet il-hood. Spjega wkoll li c-chip pan kien qieghed taht il-hood, filwaqt li n-nar beda minn fuq u mhux minn taht.
Meta gie mistoqsi kemm kien ilu nstallat il-hood ixxhud wiegeb li ma jafx, pero’ dan jirrizulta mirrapport. Meta gie suggerit lilu li dan seta’ kien ilu nstallat erba’ xhur huwa qal li b’daqshekk ma jfissirx li ma jistax ikollu problemi, u ghalhekk l-appliances gieli jkollhom garanziji ta’ sena jew sentejn. Gie mistoqsi wkoll jekk setax kien hemm short circuit filfan, pero’ rrisponda li dan ma setax jghidu minhabba li l-hood kien totalment disintegrat. Ghad-domanda jekk il-fuse kienx tar, huwa wiegeb li huma ma kinux ivverifikaw dwar dan. Zied li f’kaz li l-fuse ma tarx, il-konkluzjoni tieghu kienet se tibqa’ listess wahda, cioe’ li jekk kull darba li jkun hemm nar itir il-fuse, dan ifisser li ma jkunx hemm nirien ghaliex itir il-fuse u n-nar jieqaf. Spjega li jekk ikun hemm overheating ta’ wire fil-cooker hood, dan ikun bizzejjed biex jikkaguna nar. Qal li ma jiftakarx li dan l-extractor kellu outlet. Kompla jispjega li noramalment l-extractors industrijali jkollhom vent ghal barra u jkollhom fume filter, pero’ t-tip ta’ hood in kwistjoni ma kienx wiehed li jiccirkola l-arja, imma jigbed il-fumes, dawn jigu assorbiti mill-filter u jibqghu hemm. Ikkonferma li l-air-conditioner li kien hemm fil-kcina dab ukoll.
Mitlub jispjega mill-avukat tas-socjeta’ attrici kif effettivament qabdu l-borom, huwa qal li l-extractor twaqqa’ heat droplets u kawza ta’ dan jinharaq kull ma jkun hemm tahthom, li f’dan il-kaz kienu l-borom. Spjega li bejn il-wicc tal-cooker u l-extractor kien
hemm distanza ta’ metru circa, tnaqqas l-gholi talborma.
Rat illi fis-seduta ta’ nhar it-tmienja (8) t’Ottubru 2009 xehed James Magri (fol. 145) prodott missocjeta’ attrici ghan-nom u in rapprezentanza tassocjeta’ MSB Valletta Limited. Kif kien gie mitlub jaghmel precedentement, huwa esebixxa sett ta’ sitta u ghoxrin (26) ritratt li saret referenza ghalihom fis-survey report datat 26 ta’ Frar 2001, li jgib innumru ta’ referenza ADJ/00/1769/GT. Dawn gew immarkati komplessivament bhala Dok BN.
Rat li fil-hmistax (15) ta’ Jannar, 2010 giet ipprezentata nota ta’ sottomissjonijiet tal-konvenuti konjugi Bonnici rikonvenzjonanti fejn issottomettew is-segwenti:
1. Illi in linea mal-fakolta’ moghtija minn din il- Qorti fl-udjenza tat-8 ta’ Ottubru 2009, u kif sussegwentement u ulterjorment fakoltizzati filverbal ta’ l-udjenza tal-15 ta’ Dicembru 2009, ilkonvenuti rikonvenzjonanti umilment sejrin jghaddu biex jipprezentaw is sottomissjonijiet taghhom filforma skritta permezz tal-prezenti nota;
FATTI TAL-KAZ
2. Il-fatti tal-kaz ta’ llum jistghu jigu sintetizzati bil-mod segwenti. Il-konvenuti rikonvenzjonanti kienu originarjament akkwistaw kcina u kamra tassodda minghand is-socjeta’ attrici rikonvenzjonata. Din kienet giet kunsinnata u nstallata fil-fond talkonvenuti
(ghal haba ta’ Marzu, 1999). Sussegwentement kienu zviluppaw xi malfunzjonamenti fil hood tal-kcina u dan gie mittiehed ghar-riparazzjoni ghand is-socjeta’ attrici (ghal habta ta’ Awissu 1999). Eventwalment kienet saret it-tiswija fuq l-imsemmi oggett. Dan rega’ gie
nstallat (b’naqra ta’ diffikulta’ minn impjegat tassocjeta’ attrici) fil-kcina u, temporanjament, beda jservi l-funzjoni tieghu.
3. Illi ghal habta ta’ Jannar 2000, il-konvenuti kienu pranzaw (fil-kcina taghhom) u wara l-ikel kienu rtiraw fil-kamra tas-sodda. Gara illi lkonvenuti konjugi Bonnici ntebhu li kien hemm riha anomala (ta’ hruq) fil-fond taghhom u meta marru lura fil-kcina, raw illi din kienet qed taqbad. Minnufih huma ghamlu l-isforzi taghhom ghalbiex jitfu n-nirien li lahqu hakmu l-kcina.
4. Bhala korollarju naturali ta’ dan l-incendju, numru ta’ oggetti appartenenti lill-konjugi Bonnici gew severament imhassra, b’numru minnhom kompletament dizintegrati minhabba n-nirien u/jew il-kalur taghhom. Il-konjugi Bonnici kellhom kopertura assikurattiva, izda uhud mill-oggetti li sfaw imhassra bl-incendju ma kinux koperti, filwaqt li ohrajn kienu, u ta’ dawn l-ahhar menzjonati oggetti lkonvenuti gew indennizzati mill-kumpanija assikurattiva taghhom, filwaqt li l-oggetti msemmija precedentement baqghu, naturalment, mhux indennizzati.
5. Sussegwentement irrizulta illi kien hemm xi malfunzjonament (fault) fil-hood imsemmija, u li n– nirien kienu jsibu l-fons et origo taghhom f’tali ndikat apparat domestiku.
PRELIMINARI
6. Minn dan ix-xenarju uniku, gew promossi zewg azzjonijiet distinti. Dik principali tas-socjeta’ attrici li qed tippretendi minghand il-konvenuti l-hlas tas-somma fl-ammont ta’ Lm1,691.55c (illum ekwivalenti ghal €3,940.25) fuq il-bazi li tali cifra hijalilha dovuta bhala l-prezz (rapprezentanti somma bilancjali minn cifra akbar) tal-kunsinna ta’ ghamara minnha mibjugha u kkonsenjata lill-istess konvenuti, u dik rikonvenzjonali tal-konjugi Bonnici li qed jitolbu l-indennizz ta’ danni fl-ammont ta’ Lm472.00c (illum ekwivalenti ghal €1,099.46c) rapprezentanti l-hsara subiti mill-konjugi Bonnici f’numru ta’ oggetti lilhom appartenenti, liema oggetti ma kinux koperti bil-polza assikurattiva.
7. Naturalment, iz-zewg litigandi de qua rrispondew ghall-pretizi ta’ xulxin b’serje ta’
eccezzjonijiet, wahda minnhom ta’ indoli preliminary (dik tas-socjeta’ attrici – re: inkompetenza “rationae valoris”) li giet determinate tramite sentenza parzjali datata 27 ta’ April, 2005 (fejn giet michuda). Leccezzjonijiet l-ohra taz-zewg kontendenti huma, bazikament, fis-sens li t-talbiet promossi mutwalment kontra xulxin m’ghandhomx jintlaqghu stante li ma jsibux fundament, la fil-fatt u lanqas fiddritt.
L-AZZJONI PRINCIPALI U DIK RIKONVENZJONALI
8. Illi l-azzjoni attrici hija msejsa fuq ir-rapport kontrattwali ezistenti bejn il-partijiet, ossija bejn kummercjant u konsumatur – hekk kif jiddelinejaw ilporzjonijiet preliminari tal-Kapitolu 378 tal-Ligijiet ta’ Malta – fejn ta’ l-ewwel, inter alia, jikkunsinna oggett lil dak ta’ l-ahhar bl-intiza li, onorata l-obbligazzjoni tal-kunsinna (ara Artikolu 1378 tal-Kodici Civili), jippretendi r-rimbors ta’ l-ispejjez intraprizi (Artikolu 1383 tal-Kodici Civili) u l-hlas ta’ l-istess oggett hekk kunsinnat lix-xerrej (in virtu’ ta’ l-Artikolu 1146 kif abbinat ma’ l-Artikolu 1433 tal-Kodici Civili).
9. Min-naha l-ohra, l-azzjoni rikonvenzjonali tal-konvenuti ssib ir-radici taghha fir-rapport extrakontrattwali (kolpa akwiljana) li tiskaturixxi mill-event sinistru minnhom subit fil-qafas tar-relazzjoni kontrattwali appena deskritta (ai sensi ta’ l-Artikoli 1031 et seq tal-Kodici Civili).
10. Dawn iz-zewg xenarji jistghu jikkonkorru u hekk kif iddelinejat is-sentenza fl-ismijiet Arthur George Lambert et –vs- Anthony Buttigieg pro et noe et, “ma hemm xejn ikompatibbli bejn responsabbilita’ kontrattwali u htija aquiliana. Kif gia din il-Qorti kellha l-okkazjoni li tirrileva jista’ jkun hemm delitt jew kwazi-delitt anke f’materja ta’ obbligazzjonijiet konvenjzonali; f’liema ipotezi l-parti lesa jista’ jkollha zewg azzjonijiet.” (dik naxxenti minn htija kontrattwali u dik naxxenti minn htija extra-kontrattwali).
11. It-talba tas-socjeta’ attrici – hekk kif impustata u hawn fuq deskritta – hija ntiza ghalbiex hija tigi rimborsata l-prezz tal-merkanzija mibjugha u kunsinnata lill-konvenuti konjugi Bonnici. Leccezzjonijiet ta’ l-imsemmija konvenuti parlano per se, u m’humiex intizi li jinnewtralizzaw tali domanda u pretiza. Id-difiza tal-konvenuti – interpretata wkoll fid-dawl tal-kontro-talba taghhom – hija li huma kienu minn dejjem disposti jonoraw l-obbligazzjoni konvenzjonali naxxenti mir-relazzjoni li kienet torbothom mas-socjeta’ attrici, izda sal-limitu ta’ dak lilhom dovut eccetto ghad-danni minnhom (konjugi Bonnici) subiti minhabba s-sinistru avverat (lincendju).
12. In atti hemm provi u dokumentazzjoni li jevidenzjaw il-fatt li l-konvenuti kienu effettivament ghaddew hlas (fl-ammont ta’ Lm1219.55c / €2840.79c) – ara “Dok NB 12” in atti) lis-socjeta’ attrici tal-merkanzija lilhom mibjugha, eccetto ghassomma ta’ Lm472 (illum €1099.46c) rapprezentanti prezz tal-hsarat mgarrba minnhom (dwar dawn iddanni ara “Dok NB2” in atti). Tali pagament baqa’ mizmum ghand is-socjeta’ attrici u qatt accettat u msarraf. Dan il-fatt ghandu l-piz tieghu ghal dak li jikkoncerna l-aspett ta’ l-imghax u ta’ l-ispejjez tal prezenti procediment, hekk kif sejjer jigi elaborat aktar ’il quddiem fil-prezenti nota.
13. Minn dan jinzel illi l-fons tal-kontro-talba talkonvenuti ssib l-ispirtu taghha fl-ewwel parti talparagrafu (b) ta’ l-Artikolu 396 tal-Kodici Procedurali nostran (apparti li tinkwadra wkoll taht il-paragrafu (a) tal-istess indikat disposizzjoni), u cioe’ illi ghandu jkun hemm tpacija bejn ic-cifra pretiza fit-talba principali (Lm1,691.55c/€3,940.25c) u dik
domandata in linea rikonvenzjonali (Lm472/€1,099.46c). Ir-raguni ta’ dan sejra tigi diskussa hawn isfel.
14. L-atti processwali tal-prezenti vertenza jikkontjenu rapporti teknici illi jindividwaw is-sors tan-nirien, ossija li n-nar li wassal ghaddanneggjament ta’ numru ta’ utensil ital-konvenuti rikonvenzjonanti kien kagunat minn malfunzjonament (fault) fil-cooker hood illi kien lilhom kunsinnat u riparat mis-socjeta’ attrici rikonvenzjonata. Il-konvenuti rikonvenzjonanti jimputaw il-htija ta’ tali malfunzjonament fuq issocjeta’ attrici rikonvenzjonata stante li meta dan gie minnhom riparat (u mhux rimpjazzat – ara “Dok NB7” in atti), mehud lura lilhom (lill-konvenuti) u nstallat fil-post (fil-kcina), kien baqa’ inadegwat ghal dik li hija funzjonabilita’ idoneja tieghu. Tali inadegwatezza fir-riparazzjoni u/jew fl-istallazzjoni wasslet, skond il-konvenuti rikonvenzjonanti, ghassinistru minnhom imgarrab. Din it-tezi hi sorretta, hekk kif inghat, minn provi teknici in atti.
15. Wiehed jissenjala r-rapport ta’ Gaston DeGiovanni (in atti mmarkat bhala “Dok NB8”) datat 26 ta’ Frar, 2001, fejn jghid li s-sors tan-nirien kien ilhood mertu tal-vertenza. Ir-rapport tat-tekniku jinnarra illi, “Based on the information made available to us and our findings on site, we are of the opinion that the fire originated from within the cooker hood, initially causing heat damage to the items immediately beneath it. Aspetti ohra kienu gew konsiderati u nvestigati, bhal per ezempju jekk kienx hemm xi electrical fault. Fil-kcina tal konjugi Bonnici, f’dik l-epoka, kien hemm zewg prizi talelettriku. Dawn gew skrutinati mill-imsemmi espert tekniku u dwarhom ikkonstata illi “these outlets could not have been the cause of the fire” u li “Interestingly enough, they were not even effected (recte: affected) by the fire”. Addizzjonalment, kien gie ezaminat ukoll sors potenzjali iehor ta’ lincendjum, ossija c-chip pan. Hawn ukoll ilkonkluzjoni kienet illi dan ma kkagunax in-nirien u li ma kienx dan l-oggett il-htija tas-sinistru. Ilmenzjonat espert jirrakkonta illi, “we are of the opinion that this item was subjected and exposed to extreme heat, the source of which was from an overlying position … this appliance (chip pan) was also exposed to a heat source and flames emanating from an overlying position.”
16. Agguntivament, tigi senjalata wkoll iddeposizzjoni ta’ l-istess espert Gaston DeGiovanni
moghtija fl-udjenza tas-17 ta’ Frar, 2009, fejn ghal darb’ohra, l-imsemmi tekniku jirribadixxi li, “Nikkonferma li l-hruq kien effettivament origina millextractor” u li, “Ic-chip pan ma kellux nar minn gewwa u ghalhekk l-unika item li fadal kien il-hood. Nghid ukoll li c-chip pan li kien qieghed that il-hood, in-nar beda minn fuqu u mhux minn taht u ghalhekk in-nar kien gej minn fuq.”
17. Tali senjalazzjonijiet juru li kien l-apparat fornit mis-socjeta’ attrici li kkaguna n-nirien u li, bhala jkorollarju naturali, ddanneggja l-oggetti proprjeta’ tal-konjugi Bonnici. Dan il-cooker hood gie mixtri minghand l-imsemmija socjeta’, gie minna kunsinnat, gie mbaghad minnha rekuperat minhabba xi difett, gie minnha msewwi u gie minnha ri-kunsinnat lill-konjugi Bonnici u kien impjegat tassocjeta’ attrici li rega’ nstalla (b’diffikulta’) dan ilcooker hood f’postu. Gara illi meta dan gie utilizzat, avvera ruhu s-sinistru hawn lamentat. Ghalhekk, mehud il-perkors naturali ta’ dawn l-eventi w meta ezaminati oggettivament, hemm l-impronta tal-htija fuq is-socjeta’ attrici rikonvenzjonata, impronta li taghti lok ghal htija in re ipsa. Ta’ dan, is-socjeta’ msemmija hi tenuta tirrispondi.
18. In atti hemm ukoll rapport tekniku iehor, dak ta’ l-Inginier Joseph A. Muscat. Dan igorr iddata tal-11 ta’ Jannar 2000, u jinsab immarkat in atti bhala “Dok NB1”. Mill-kumpless tieghu – u a differenza tar-rapport tekniku ta’ Gaston DeGiovanni – dan ir-rapport ma jikkonkludi xejn, izda jevalwa numru ta’ ipotezijiet minghajr ma jasal ghal ebda forma ta’ konkluzjoni probabbli u/jew tangibbli. Inoltre, dan ir-rapport (ta’ l-Ingingier Joseph A. Muscat) jipprova jixhet dell fuq il-fatt li l-cooker hood thalla mixghul wara t-tisjir. L-imsemmi tekniku jistaqsi (retorikament) il-ghala dan kien thalla attivat wara kien sar it-tisjir. Ir-risposta ghal dan il-kwezit – apparti li tohrog mil-logika ordinarja umana, minn dik mondana ta’ kuljum u minn dik ta’ kull min jaghmel uzu minn utensili simili on a daily basis – jaghtiha l-espert Gaston DeGiovanni fiddeposizzjoni tieghu meta xehed illi, “Jista’ jkun per ezempju bniedem ikun qed isajjar u jitfi l-ikel pero’ jhalli l-extractor mixghul biex il-fumes ta’ l-ikel li jkunu ghaddejjin jigu assorbiti f’dan il-filter biex tnehhi r-riha.”
19. Dan kollu juri li effettivament l-origini tannirien kien il-cooker hood offert, mibjugh, riparat u installat lill-konjugi Bonnici mis-socjeta’ attrici. Irrapport tat-tekniku Gaston DeGiovanni joffri prova li ma gietx konfutata mill-kontro-parti u kif saput, irrapport ta’ perit tekniku jikkostitwixxi prova mhux facilment skarikabbli mill-Qorti fin-nuqqas ta’ provi idoneji li jinnewtralizzawh jew li jpogguh f’dubju (ara, fost numerevoli gudikati, Av. Dott. Chris Said noe et –vs- Mary Abela pro et noe).
20. Agguntivament, hekk kif gja menzjonat passim hawn fuq, il-prova tar-rapport tekniku
ghandha tixhet il-htija (ossija r-responsabilita’) fuq is-socjeta’ attrici rikonvenzjonata stante li hawn ilhtija wahda de visu, ictu oculi – fi kliem semplici, in re ipsa. Din hija teorija li, hekk kif tissenjala ssentenza fl-ismijiet John Formosa noe –vs- Joseph Zammit, “…giet importata millgurisprudenza Ingliza, (u li) ma taghmilx hlief li tisposta l-oneru ta’ prova u tohrog bhal speci presunzjoni “prima facie” li t-tort huwa ta’ wiehed u mhux ta’ l-iehor.” Inoltre, fuq l-iskorta ta’ sentenzi precedenti, il-Qorti ta’ l-Appell, fis-sentenza flismijiet Albert Farrugia –vs- Peter Galea et sostniet illi, “Hu difatti rikonoxxut illi jezistu kazijiet
fejn il-fatti dannuzi juru l-impronta tal-htija, b’mod li min ikun ipprova dawk il-fatti ghandu jinftiehem li pprova wkoll il-htija.” Mill-provi akkwiziti ma jidhirx li s-socjeta’ attrici rikonvenzjonata ttentat tindirizz din il-kwistjoni.
21. In subsidium u minghajr pregudizzju ghal dak kollu sovra espress, dwar il-kwistjoni ta’ limghax, din il-Qorti ghandha tiehu in konsiderazzjoni l-offerta li kienu ghamlu l-konvenuti
tramite l-pagament b’cheque (ara “Dok NB11” in atti) lis-socjeta’ attrici. Jkun xenarju assai ingunt fuq il-konvenuti li jigu kkundannati jhallsu l-imghax fuq soma li in gran’ parte kienet gja fil-pussess talkumpanija li harrkithom f’dawn il-proceduri. Ghalhekk, ikun idoneju li qies ta’ dan l-aspett jittiehed serjament in konsiderazzjoni u li kwalsiasi kundanna fuq is-sorte tikkontempla l-interessi middata tas-sentenza u mhux mill-21 ta’ Marzu 2000, hekk kif rikjest mis-socjeta’ attrici.
22. In fine – u dejjem minghajr pregudizzju ghal dak kollu espress qabel il-paragrafu precedenti – ai finijiet ta’ spejjez gudizzjarji, din il-Qorti ghandha tiehu in konsiderazzjoni l-buona volonta’ talkonvenuti rispekkjat fil-fatt li huma kienu ghaddew pagament f’mizura/ammont sostanzjali lis-socjeta’ attrici, u li, ghalhekk, huma m’ghandhomx jigu pregudikati minhabba l-attitudini unilaterali u ntransigenti tal-kontro-parti.
Rat li fl-erbgha u ghoxrin (24) ta’ Frar, 2010 giet ipprezentata nota tal-osservazzjonijiet responsiva tas-socjeta’ attrici (a fol. 161) fejn esponiet issegwenti:
1. Illi f’din il-kawza s-socjeta’ attrici qed titlob minghand il-konvenuti l-hlas tas-somma ta’
€3,940.25c (Lm1,691.55c) bilanc ta’ somma akbar rapprezentanti prezz ta’ ghamara mibjugha u kkonsenjata lilhom.
2. Illi da parti taghhom il-konvenuti qed jikkontestaw it-talbiet tas-socjeta’ esponenti billi
ntavolaw Kontro-Talba ghad-danni fl-ammont ta’ €1,099.46c (Lm472) li huma sofrew b’rizultat ta’ nar li hareg mill-extractor, allegatament difettuz, mixtri minghand mis-socjeta’ esponenti.
3. Illi ghar-rigward it-Talba Principali, lkonvenuti mhumiex fil-verita’ jikkontestaw ilkwantum ta’ €3,940.25c (Lm1,691.55c) reklamat mis-socjeta’ esponenti. Huma semplicement qed jikkontestaw il-hlas ta’ l-imghaxijiet mill-21 ta’ Marzu 2000, id-data tal-konsenja tal-ghamara u l-ispejjez relattivi, ghax qed jghidu li huma effettwaw pagament ta’ €2,840.79c (Lm1,219.55c) ghas-saldu wara li kienu naqqsu s-somma ta’ €1,099.46c (Lm472) rapprezentanti d-danni li huma kienu qed jghidu li sofrew b’tort tas-socjeta’ esponenti.
4. Illi s-socjeta’ esponenti tissottometti pero’ illi l-konvenuti ghandhom jigu kundannati jhallsu ssomma pretiza bl-imghaxijiet u bl-ispejjez kif mitluba fl-Avviz Promotorju. Mhux biss il-konvenuti effettwaw pagament ghas-saldu b’riskju li s-socjeta’ esponenti kienet tipperikola l-gbir tad-differenza ta’ €1,099.46c (Lm472) li kieku accettatu (Ara “Fithome Limited –vs- Galaxy Holiday Resorts Ltd”, PA /RCP, 24 ta’ Mejju 2001 “Jekk il-kreditur jaccetta pagament mibghut lilu ghas-saldu jkun qieghed jikkonferma illi b’dak il-pagament ikun inqatel id-dejn u ma jistax jippretendi huwa li jkun baqaghlu kreditu ghall-bilanc”; Ara ukoll “St. George’s Park Co. Ltd –vs- Eric Pace Bonello pro et noe”, App. Inf. 15 ta’ Marzu 2002), izda meta s-socjeta’ esponenti ma accettatx dan il-hlas blimsemmija kundizzjoni l-konvenuti baqghu izommu u jutilizzaw il-flus li kienu qed jippretendu li ghandhom ihallsu minghajr lanqas ghaddew ghaddepositu tieghu skond il-ligi. Ghalhekk ficcirkostanzi l-konvenuti ghandhom jigu kkundannati jhallsu l-ammont reklamat bl-imghaxijiet u bl-ispejjez kollha relattivi u fir-rigward ta’ dan ma hemm xejn x’josta li l-Qorti tordna l-kundanna ta’ l-ammont reklamat bl-imghaxijiet u bl-ispejjez kollha relattivi kif mitluba.
5. Illi ghar-rigward tal-Kontro-Talba jrid jinghad illi jinkombi fuq il-konvenuti biex jippruvaw li n-nar kien kagjonat minn malfunzjonament fl-extractor installat fuq il-cooker. L-oneru ta’ dina l-prova hija fuq il-konvenuti, haga li huma ma rnexxielhomx jaghmlu. Il-konkluzjoni tal-perit tal-konvenuti, l- Inginier Gaston DeGiovanni “that the fire originated from within the cooker hood” hija fattwalment impossibbli u dan peress illi l-cooker hood tant inharaq illi ma seta’ jsir l-ebda verifika dwar dan. Fil-fatt, l-espert tas-socjeta’ attrici, l-Inginier Joseph A. Muscat, xehed illi “there is no way we can verify if the fire started from the electrical side of the fan as there is nothing left to test” (Ara r-Rapport ta’ l- Inginier Muscat). U dan apparti l-fatt illi l-provi juru loppost, fis-sens illi l-cooker li inizjalment kien bilhsara kien ittiehed ghat-tiswija u gie ritornat funzjonabbli tant li kien ilu jintuza mill-konvenuti ghal erba’ xhur qabel gara l-incident in kwistjoni. F’dan il-kaz xejn ma hu “res ipsa loquitur” izda hija kwistjoni ta’ evidenza u provi li l-konvenuti kien jehtiegilhom jaslu huma ghaliha skond il-ligi.
6. Illi min-naha l-ohra, l-istess Inginier Muscat jghid illi li kieku n-nar beda verament mill-motorfan tal-cooker hood minhabba s-shana eccessiva “we would expect that the insulation would drop and the earth leakage circuit breaker would trip. This would put off the electrical supply and prevent any form of fire”, izda f’dan il-kaz huwa fatt li ma kien hemm lebda short circuit ghax il-fuse fil-fuse-box qatt ma tar. U s-circuit breaker ittrippjat biss meta nharaq ilwire (Ara r-Rapport tal-Inginier Muscat).
7. Illi mbaghad ma kienx hemm raguni lghaliex il-konvenuti kellhom ihallu l-extractor fan mixghul wara li skond huma kienu gja’ kielu u rtiraw lejn il-kamra tas-sodda. Dana peress li la darba skond l-istess konvenuti dak il-hin ma kienux qed isajru u anxi kienu spiccaw mill-ikel u rtiraw lejn ilkamra tas-sodda ma kienx hemm ghalfejn lextractor, li kien qed iservi biss bhala “grease filter” ihalluh mixghul partikolarment meta l-cooker hood m’ghandux duct ghal barra u meta ma kienx hemm shana jew grease x’jigbed!
Ikkunsidrat:
Illi mill-provi prodotti ma jirrizultax li hemm wisq kontestazzjoni dwar il-mertu tal-kawza nonostante li din il-kawza, li wirtet din il-Qorti kif preseduta, ilha pendenti sa mis-sena 2001, kwazi ghaxar snin.
Jirrizulta li verament il-konvenuti kienu debituri tassocjeta’ attrici versu somma flus li kienet likwida, u li effettivament kienu rrikonoxxew peress li kienu baghtu cheque ad hoc sabiex isir il-hlas. Gara pero’ li f’dan ic-cheque huma zammew dik il-porzjon ta’ flus li hasbu li huma dovuti lilhom minhabba l-hruq li sofrew. Ghalhekk in realta’ waqt li s-socjeta’ attrici qed tistenna cheque fl-ammont ta’ LM1,691.55 minghand il-konvenuti, huma qed jistennew rimbors ta’ hlas ghad-danni li sofrew bhala rizultat ta’ malfunzjonament tal-extractor li s-socjeta’ attrici stess installat fil-post taghhom wara numru ta’ problemi. M’hemmx dubbju mix-xhieda li xehdu, u appuntu minn apprezzament tar-relazzjonijiet li gew ipprezentati ta’ diversi esperti, li n-nar beda proprju mill-extractor u kompla nfirex. Dwar dan il-punt ma jidhirx li hemm xi kontestazzjoni.
Ghalhekk fil-fehma tal-Qorti filwaqt li tiddikjara li verament is-socjeta’ attrici ghandha tiehu minghand il-konvenuti dik is-somma flus li tirrapprezenta ghamara mibjugha u konsenjata lilhom skond listatement Dok. A esebit fl-atti, l-konvenuti ghandhom jigu kkumpensati mis-socjeta’ attrici fissomma ta’ Lm472. U dan ghaliex is-socjeta’ attrici ma rnexxilhiex tipprova ghas-sodisfazzjon tal-Qorti li ma kinitx responsabbli ghall-hsarat li gew ikkagunati minhabba it-twahhil hazin ta’ dan l-extractor. Tordna pero’ li filwaqt li l-ammont dovut lis-socjeta’ attrici m’ghandux ikollu nteressi fuqu ghaliex dan kien f’idejhom mill-bidu nett tal-proceduri, l-ammont li gie likiwdat a favur il-konvenuti ghandu jgorr mieghu limghax ikkalkulat mid-data tal-incident.
Ghalhekk filwaqt li tilqa’ t-talba maghmula fl-avviz mis-socjeta’ attrici u tikkundanna lill-konvenuti jhallsu dik is-somma hekk mitluba minnhom ta’ LM1691.55, minn din is-somma ghandha titnaqqas is-somma ta’ LM472 bl-interessi dovuti mill-jum talincident. Illi dawn is-somom ma jidhrux li huma kontestati u gew likwidati minn varji esperti.
Ghaldaqstant filwaqt li tilqa’ t-talba attrici u tikkundanna lill-konvenuti jhallsuha s-somma ta’ elf, sitt mija u wiehed u disghin lira maltin u hamsa u hamsin centezmu (LM1,691.55) ekwivalenti ghal tlett elef disa’ mija u erbghin ewro u hamsa u ghoxrin euro centezmu (€3940.25) bla imghax, qeghda wkoll tilqa’ t-talba rikonvenjzonali sabiex issocjeta’ C. Fino & Sons Limited thallas lill-konvenuti s-somma ta’ erba’ mija u tnejn u sebghin lira maltin (LM472) ekwivalenti ghal elf u disgha u disghin euro u sitta u erbghin eruo centezmu (€1099.46) blinteressi mid-data tal-incident, filwaqt li tichad leccezzjoniiet l-ohra kollha tal-istess socjeta’ attrici.
L-ispejjez tal-kawza jithallsu ‘n kwantu ghal tliet kwarti (¾) mis-socjeta’ attrici u kwart (¼) millkonvenuti.”
L-ilment tas-socjeta` attrici fil-konfront ta’ din is-sentenza huwa fis-sens li jsegwi:-
1. L-ewwel Qorti ghamlet apprezzament zbaljat tal-fatti. Dan, hi, tissottomettih fuq il-bazi tar-rapport ta’ l- Inginjier Muscat prodott minnha;
2. Ukoll, dik l-istess Qorti ma kienetx korretta li tixhet l-oneru tal-prova fuqha biex tezonera lilha nnifisha mir-responsabilita` ghall-incident u konsegwenzjali hsarat li graw allegatament minhabba t-twahhil hazin ta’ lextractor;
3. Ma kienx sewwa illi l-Qorti ma tikkonsidrax limghaxijiet fuq is-sorte reklamat minnha, konsiderat li lkonvenuti kienu qeghdin jippretendu illi c-cheque minnhom mibghut kien hlas ghas-saldu. Fl-istess waqt, ma kienx gust li dik il-Qorti takkorda imghaxijiet fuq iddanni reklamati;
Il-fatti tal-kawza huma lucidament esposti fis-sentenza appellata u ma hemmx il-htiega li jigu ripetuti. In effetti laggravji tas-socjeta` attrici ma jirrigwardawx l-ezattezza taghhom izda jikkoncernaw l-interpretazzjoni li l-ewwel Qorti tat lil dawk il-fatti u l konkluzjonijiet li rrikavat minnhom;
L-ewwel ilment tas-socjeta` attrici huwa illi l-fatti ma gewx analizzati sew in kwantu ghall-pretensjoni tal-konvenuti bil-kontro-talba. Hi tirraguna illi l-Inginjier Joseph Muscat (ara rapport tieghu a fol. 55) illustra l-possibilitajiet ta’ kif seta’ sehh l-incendju fl-extractor unit li, imbaghad, ta lok ghad-danni; inter alia, dik il-parti tar-rapport fejn jinghad illi kieku n-nar beda verament mill-motorfan tal-cooker hood minhabba s-shana eccessiva “we would expect that the insulation would drop and the earth leakage circuit
breaker would trip. This would trip off electrical supply and prevent any form of fire”;
Minn naha l-ohra l-ewwel Qorti kellha quddiemha wkoll survey report ta’ l-Inginjier Gaston De Giovanni (fol. 72) illi ddetermina illi l-hruq kien effettivament origina millextractor. Ghal din il-konkluzjoni x-xhud wasal bil-process ta’ l-eliminazzjoni, kif ahjar minnu dettaljat fix-xhieda tieghu a fol. 134. Sinjifikanti, dak relatat minnu fuq linformazzjoni ottenibbli u l-accertamenti maghmula illi “the fire originated from within the cooker hood, initially causing heat damage to the items immediately beneath it”;
Konfrontata b’dawn iz-zewg rapporti jidher li l-ewwel Qorti tat affidament lir-rapport tax-xhud De Giovanni, anke jekk fl-istess waqt ma tantx toffri spjegazzjoni guridika dettaljata u cara ghal din il-konkluzjoni taghha; Huwa fatt pacifiku illi l-konvenuti ordnaw sett tal-kcina gdida minghand is-socjeta` attrici, li anke hadet hsieb tinstallaha. Huwa daqstant iehor pacifiku illi kwazi sa millbidunett zviluppa malfunzjament fil-hood tal-cooker, tant li dan ittiehed lura mis-socjeta` attrici ghar-riparazzjoni. Huwa fatt ukoll illi l-hruq f’dan il-cooker avvera ruhu ftit xhur wara din ir-riparazzjoni;
Ghall-mument il-Qorti ser tissofferma hawn biex taghmel dawn l-osservazzjonijiet:-
1. Kellu jkun oggettivament mistenni illi la loggett kien gdid dan kellu jkun fi stat funzjonabbli adegwat, kif hu dejjem prezunt li ghandu jkun oggett gdid ikkonsenjat u installat;
2. Zgur li ma kellux ikun pretiz illi dak l-istess oggett gdid, meta jigi wzat u ma jiffunzjonax tajjeb, wiehed ghandu jirrikorri ghat-tiswija tieghu. Jekk xejn, ghaliex ixxerrej kellu logikament jassumi illi l-oggett, la gdid, ma kellux ikun inservibbli ghall-uzu tieghu. Il-Qorti f’dan ilkuntest taghmel taghha r-ragunament tal-Qorti ta’ l-Appell, sede Kummercjali, fis-sens illi “f’dawn l-apparati kwalunkwe mankament ghandu l-importanza tieghu ghax jinfluwixxi hafna fuq il-funzjonament tajjeb ta’ l-apparat, specjalment meta si tratta ta’ apparat domestiku, intiz biex jigi wzat minn nies komuni” (“Perit Emmanuele Borg -vs- Carmelo Petroni nomine”, 29 ta’ Jannar, 1954);
3. Apparti r-rapport relazzjonali li jinzel millkontrattazzjoni bejn il-partijiet, m’hemmx dubju illi hawnhekk il-funzjoni tajba tal-cooker hood ma kientx millbidunett idoneja, in vista tal-htiega tat-tiswija taghha. Dan s’intendi mill-ottika kontrattwali;
4. Ghall-precizazzjoni, pero`, l-azzjoni proposta bil-kontro-talba mhix bazata fuq ir-rapport kontrattwali, anke ghaliex ma jidherx li tezisti kwestjoni li l-htija li qed tigi imputata mill-konvenuti lis-socjeta` attrici ghandha lgheruq taghha fil-kolpa akwiljana;
5. Fil-fehma ta’ din il-Qorti, mill-kumpless talprovi, senjatament bosta r-rapport tal-Inginjier De Giovanni, una volta gie provat l-malfunzjonament u anke lkawza tieghu, jezisti n-ness ta’ kawzalita` bejn dan l-istess fatt u l-konsegwenza dannuza lill-interessi tal-konvenuti;
Dan iwassal ghal konsiderazzjoni tat-tieni ilment sottopost. Is-socjeta` tippretendi illi hi ma kellhiex titghabba bil-piz tal-prova ghall-ezoneru taghha mirresponsabilita`. Ma’ din il-proposizzjoni din il-Qorti rispettosament ma taqbilx. Una volta l-konvenuti rnexxielhom jipprovaw il-funzjonament hazin in se talcooker hood, tali kien igib l inversjoni tal-provi, ossija li, issa, kien jinkombi fuq is-socjeta` attrici li tipprova li l-fatt ma kienx imputabbli lilha. Ovvjament, is-socjeta` attrici ma tistax tiddiskonoxxi illi hi ma kienetx ghal korrenti talmalfunzjonament ghaliex hi l-hood haditu lura ghat-tiswija. Lanqas ma tista’ tehles lilha nfisha mir-responsabilita ghall-fatt illi dak il-hood hi tkun akkwistatu minghand terzi. L-ordinazzjoni mill-konvenuti saret lilha ghas-sett tal-kcina u kienet hi li suplixxiet il-hood u allura kien dejjem aspettat illi l-istess kellha tkun fi stat ta’ efficjenza tali li tipperdura, almenu, ghal certu zmien, u mhux b’mod li tikkreja dannu
lill-konvenuti kif hekk fil-fatt gara. Jikkonsegwi illi lproposizzjoni tal-konvenuti in via rizarcitorja kienet ghal kollox gustifikata, tenut rigward illi l-kawza unika u eskluziva ta’ l-event dannuz kien il-funzjonament difettuz u inadegwat tal-hood ikkonsenjat u installat jew, sussidjarjament, riparat;
Riferibilment ghat-tielet aggravju, in linea ta’ massima ssocjeta` attrici seta’ kellha raguni li ma ssarrafx ic-cheque mibghut lilha in vista tal-koundizzjoni li l-hlas b’dak iccheque, kif ridott bl-ispiza tad-danni, kien wiehed ghassaldu. Fil-kaz partikolari pero`, konoxxuti l fatti u verifikati r-raguni ta’ dik ir-riduzzjoni, ma jistax jinghad illi l-offerta tal-hlas mill-konvenuti ma kienetx valida anke jekk maghmula b’dik il-kondizzjoni jew rizerva. In effetti, l- Laurent (Principii di Diritto Civile, Vol. XVIII p 159) jammetti rizervi bhal dawn dwar dak li “spetta di diritto” liddebitur u juza l-kliem “condizione gusta e ragionevole” meta tali tkun hekk intrinsika u konnaturali ghallobbligazzjoni. Huwa ferm ovvju f’dan il-kaz illi s-socjeta` attrici ma kellhiex raguni ma taccettax jew ma ssarrafx iccheque hekk sottomess lilha “in full and final settlement” ghaliex kien manifest illi l-konvenuti, qua debituri, kienu legittimati li jzommu intatt id-drittijiet rizarcitorji taghom. Fl-istess waqt, it-tisrif tieghu ma kienx (anke jekk tali hu dedott a posteriori) jikkomprometti d-drittijiet tal-kreditu tas-socjeta` attrici ghaliex hi wkoll setghet dejjem
tipprotesta u zzomm ferm il-jeddijiet taghha. Mhux il-kaz, allura, illi din il-Qorti titbieghed mir-ragunament ta’ kif il- Qorti tal-Magistrati ghogobha timputa l-imghaxijiet.
Ghal motivi predetti din il-Qorti qed tirrigetta l-aggravji lilha devoluti, u konsegwentement tikkonferma s-sentenza appellata, bl-ispejjez ta’ din l-istanza kontra s-socjeta` attrici appellanti.