Il-Qorti,
I. PRELIMINARI.
Rat ir-rikors tan-Nutar Peter Fleri Soler (ID 113065M) datata 2 ta’ Awwissu 2006 fejn espona: -
IIIi t-talba tal-Agent Direttur tar-Registru Pubbliku ghal hlas ta’ erbat elef mija tmienja u erbghin Iiri Maltin u tlettax-il centezmu (Lm4,148.13) rapprezentanti hlasijiet ghal ricerka hija nfondata fil-fatt u fid-dritt, u dan stanti l-fatt li ma jezistux l-elementi tal-artikolu 1347 tal-Kodici Civili (Kap XVI tal-Ligijiet ta' Malta), u inoltre tali talba tmur kontra d-direttivi tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' ordnijiet in virtu tas-sistema “on line” u ghalhekk l-esponenti jopponi tali talba ghal hlas ghal kull fini u effetti tal-artikolu 466 (2) tal Kodici tal Organizzazzjoni u Procedura Civili (Kap XII tal-Ligijiet ta' Malta).
Ghaldaqstant l-esponenti jitlob bir-rispett lil din l-Onorabli Qorti toghgobha tiddikjara t-talba odjerna bhala wahda nfondata.
Rat li dan ir-rikors gie appuntat ghas-smigh mill-Qorti kif diversament presjeduta ghas-seduta tal-18 ta’ Ottubru 2006.
Rat ir-risposta tad-Direttur tar-Registru Pubbliku datata 18 ta’ Ottubru 2006 (fol 5) fejn espona: -
1. Illi l-elementi tal-Artikolu 1347 tal-Kodici Civili huma sodisfatti.
2. Illi l-prezz tar-ricerki huwa determinat u huwa fil-fatt iffissat permezz tal-Avviz Legali numru 353 tas-sena 2004.
3. Illi r-rikorrent kellu kull opportunita` illi jillimita l-kwantita` ta' ricerki li kien qed jordna meta ghamel l-ordni u ghalhekk id-decizjoni illi jigu ordnati r-ricerki kollha tas-socjeta` 'St Andrews Hotels Limited', huma kemm huma, hija attribwibbli biss lir-rikorrent u ma giet bl-ebda mod imposta fuqu. Dan wisq izjed meta fil-formola li biha jigu ordnati r-ricerki hemm ix-xelta specifika illi wiehed jindika illi jekk ricerka tkun tinvolvi iktar minn certu numru ta' noti huwa ma jridhiex.
4. Illi ma sar xejn da parti tal-esponent jew il-kuntrattur tieghu illi jmur kontra d-Direttivi tal-Unjoni Ewropea. Illi r-rikorrent ghamel l-ordni u l-konferma tal-accettazzjoni taghha inghatatlu.
5. Illi l-esponent qieghed ukoll jitlob il-kjamata fil-kawza tas-socjeta` ‘Eureka Services Limited.’
Ghaldaqstant, l-esponent jitlob umilment li din l-Onorabbli Qorti toghgobha tichad it-talba dedotta fir-rikors;
Bl-ispejjez.
Rat in-nota ta’ osservazzjonijiet tan-Nutar Peter Fleri Soler datata 30 ta’ Novembru 2007 (fol 95).
Rat in-nota responsiva tal-Agent Direttur tar-Registru Pubbliku datata 15 ta’ Jannar 2008 (fol 101).
Rat il-verbal tas-seduta tal-24 ta’ Jannar 2008 mizmuma quddiem il-Qorti kif diversament presjeduta fejn il-Qorti ghamlet referenza ghan-noti ta’ sottomissjonijiet tal-partijiet u halliet ir-rikors ghas-sentenza ghas-26 ta’ Gunju 2008; u l-verbali tas-seduti kollha sal-31 ta’ Ottubru 2012 fejn ir-rikors dejjem baqa’ differit ghas-sentenza.
Rat is-surroga datata 16 ta’ Jannar 2013 fejn din il-kawza giet assenjata lil din il-Qorti kif hekk presjeduta.
Rat il-verbal tas-seduta tat-28 ta’ Frar 2013 mizmuma quddiem din il-Qorti kif hekk illum presjeduta fejn ir-rikors gie differti ghas-16 ta’ April 2013 ghall-istess skop tal-verbal precedenti.
Hadet konjizzjoni tal-provi prodotti.
II. KONSIDERAZZJONIJIET
Permezz ta' dawn il-proceduri, ir-rikorrent in-Nutar Dottor Peter Fleri Soler qieghed jimpunja kont mahrug mir-Registru Pubbliku rapprezentanti l-prezz ta' ricerki li kienu gew ordnati minnu. Dawn il-proceduri skattaw in segwitu ghall-ittra gudizzjarja pprezentata mill-Agent Direttur tar-Registru Pubbliku kontra r-rikorrent odjern fis-17 ta' April 20061 li permezz tal-istess, u a tenur tal-artikolu 466 tal-Kap.12 tal-Ligijiet ta' Malta, interpella lin-Nutar imsemmi sabiex ihallas l-ammont ta' disat elef sitt mija u tnejn u sittin ewro u erbgha u hamsin centezmu (€9,662.54) gja erbat elef, mija u tmienja u erbghin lira u tlettax-il centezmu (Lm4,148.13) rapprezentanti l-hlas dovut rigward ricerka li saret fuq talba tieghu lis-Searches Unit f'Marzu 2005. L-istess Nutar sussegwentement ressaq ir-rikors odjern sabiex jimpunja dan il-kont skont il-ligi.
Il-fatti fil-qosor huma s-segwenti. Fis-16 ta' Marzu 2005 in-Nutar Peter Fleri Soler kien ghamel applikazzjoni permezz ta' email sabiex isiru ricerki rigwardanti s-socjeta` Andrews Hotels Limited limitatament ghall-proprjeta' fl-inhawi ta' St. Andrews, Swieqi u Birkirkara.2 Din l-applikazzjoni giet mghoddija mid-Dipartiment lis-sub-kuntrattur tieghu, is-socjeta' Eureka Services Ltd., u debitament ipprocessata. Ir-ricerki gew ikkonsenjati lid-Dipartiment li hallas lil Eureka Services Ltd. il-prezz dovut3 u b'hekk inhareg il-kont in kwistjoni (vide DOK CM2 a fol. 18 tal-process) addebitat lir-rikorrent.
Ir-rikorrent isostni li n-negozju impunjat ma jissoddisfax l-elementi rikjesti mill-artikolu 1347 tal-Kodici Civili ta' Malta stante li l-prezz tal-oggett akkwistat, (ir-ricerki) ma setax jigi determinat fil-mument li fih sar l-ordni. Inoltre jsostni li n-negozju in kwistjoni sahansitra jikser id-dettami tad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea numru 7/97 EC li jirregola l-Protezzjoni tal-Konsumaturi rigward ta' Kuntratti li Jsiru Mill-Boghod.4
Id-Direttur tar-Registru Pubbliku, da parti tieghu, isostni li l-prezz tar-ricerka hu determinat permezz tal-Avviz Legali numru 353 tas-sena 2004 li jaghti lill-kategorija specjali ta ' applikanti, u cioe`, lin-Nutara, il-fakolta` li jistabbilixxu limitu fuq il-kwantita' ta' noti li jistghu jirrizultaw mir-ricerka. Inoltre d-Direttiva citata mir-rikorrent, li gie trasportat fil-Ligi Maltija permezz ta' Avviz Legali mhuwiex applikabbli ghall-kaz odjern. Ukoll id-Direttur kien rcieva l-ordni u l-konferma tal-accettazzjoni taghha kienet inghatatlu.
Xehed CHARLES MICALLEF, Agent Direttur tar-Registru Pubbliku5 li stqarr li fis-sena 1999 il-Gvern dahal fi ftehim mal-kumpanija Eureka Services Limited sabiex ir-ricerki tibda tohroghom hi f'isem il-Gvern. Spjega l-process involut u li n-Nutara ghandhom facilita' li jaghmlu t-talba ghar-ricerki on line bhal ma gara fil-kaz in ezami. "Intalbet ricerka li saret fis-16 ta' Marzu tal-2005 min-Nutar Peter Fleri Soler....dahlet fil-kompjuter fejn tigi generata l-ordni, u l-ordni tmur awtomatikament ghand l-Eureka. Fl-istess hin tohrog ukoll konferma ta' din l-ordni (DOK CM1). L-Eureka Services Ltd hija kuntrattur." Din hija procedura interna peress li din is-socjeta` m'ghandhiex x'taqsam mal-pubbliku jew mal-applikant. Ix-xhud esibixxa breakdown ta' kemm hargu noti u anke l-prezz kemm giet tiswa' ir-ricerka (DOK CM2). Ix-xhud kompla “Ir-ricerka waslet ghandna u wara illi sar ic-checking, flimkien mar-ricerka, intbaghat ukoll l-invoice (DOK CM3) mill-kumpanija ghaliex il- ftehim huwa illi l-Gvern ihallas lill-kumpanija kif jitlestew ir-ricerki mbaghad il-Gvern jircievi l-pagament minghand in- Nutar. (Payment voucher dok CM4). "Sfortunatament din ir-ricerka minn dak iz-zmien 'il hawn qatt ma giet migbura u ghadha gol-cupboards maqfula, fil-unit section – il-unit tar-ricerki."
Ix-xhud spjega li meta wiehed japplika on line hemm diversi templates li jista' jutilizza, inkluz template biex wiehed ikun jista' jillimita r-ricerka. "B'din jien infurmat illi qatt ma saret u ghalhekk meta din marret ghand il-kumpanija harget ir-ricerka shiha illi huwa mifhum li tikkonsisti f'xi hames kaxxi karti – is-sistema taghtik facilita' biex meta l-kumpanija tkun qed tibda ricerka u taqbez certu numru ta' noti, jekk inti tkun ghazilt li tillimita, allura tieqaf u ma tkomplix ir-ricerka...tezisti template fis-sistema u din ma gietx uzata min-Nutar li ordna din ir-ricerka."
Id-Dipartiment informa lin-Nutar li r-ricerki kienu lesti u offrewlu li jithallsu anke ratealment. Madanakollu u minnkejja interpellazzjoni, inkluz permezz ta' ittri registrati qatt ma kellhom risposta.
JOSEPH GENOVESE principal fir-Registru Pubbliku fit-taqsima tar-ricerki, spjega li minn 3337 nota li rrizultaw mir-ricerka - hdax (11) huma noti tal-insinwa, filwaqt li tmienja u tletin (38) huma noti ta' ipoteka li maghhom kien hemm mehmuzin pero` ghadd ta’ noti ta' referenza. (DOK JG1)6 L-inizjali D/P hdejn tlieta min-noti tal-insinwa jfissru li kien ghal proprjeta` ohra barra mill-limiti territorjali mitluba.
"Ghalkemm nghid illi r-ricerki dwar trasferimenti, jew ahjar noti ta' insinwa jistghu jigu mitluba bhala ricerka minn min ikun, relattivi ghal proprjeta' partikolari, ghal dak li ghandu x'jaqsam ma' ricerka dwar passivita' u ipoteki, meta jitnizzlu noti ta' referenzi, f'dawn ikunu jinkludu lil persuna jew korp guridiku illi dwarhom ikun sar ir-ricerki u jista' ikun li jolqtu ipoteki jew inkella noti ta' referenza ta' proprjeta ohra li ma tkunx dik mitluba ghat-tiftix dwar ricerki dwar trasferiment."
F'dan il-kaz in-numru ta' referenzi relattivi ghall-passivita' kienu jisbhu bil-bosta dawk marbutin mat-trasferimenti ta' proprjeta` partikolari izda d-Dipartiment ma jibghatx javza lil minn ordna r-ricerki ."Nghid li jekk effettivament il-persuna li tkun ma taghmilx talba specjali skont ir-regolamenti illi hemm fis-sehh, ahna minn rajna ma nibghatux navzaw lil dik il persuna b'dak li jkun irrizulta." Hu spjega li l-Avviz Legali 289 tas-sena 20017 ,fir-regolament 6B jaghti l-facilita` lill-applikant on line li jillimita r-ricerka.
Minn harsa lejn id-DOK CM3 jirrizulta li 7 biss mir-ricerki li ghamlet il-kumpanija Eureka Services Limited qabzu l-prezz ta’ Lm50 inkluzi l-fattura mahruga ghar-ricerki mertu tal-kawza odjerna. Fil-fatt skont dan ix-xhud, kontijiet simili ta' din l-entita' ftit li nhargu mis-sena 2000 ‘íl hawn - "circa 6 jew 7.8" Hu xehed ukoll li fiz-zmien tal-ordni in kwistjoni kienu japplikaw l-iskedi tal-Kap 56 tal-Ligijiet ta' Malta kif emmendati bl-Avviz Legali 353 tas-sena 20049.
MARIA ELENA CASSAR, Direttrici tas-socjeta` Eureka Services Limited ikkonfermat li s-socjeta` thallset tar-ricerka ordnata min-Nutar Fleri Soler. Hi ikkonfermat10 wkoll li ma kienx sar limitazzjoni tar-ricerka meta saret l-ordni. Esibiet print out (DOK MEC1)11 tat-talba li saret mid-Direttur tar-Registru Pubbliku fuq talba li kien ghamel ir-rikorrent ghar-ricerka imsemmija. Ikkonfermat li l-unika limitazzjoni kienet rigward proprjeta' li kienet tinstab f'arja partikolari - jigifieri St Andrews, Swieqi u B'Kara.
"Nghid illi nutar illi ghamel talba elettronikament ghar-ricerka jista' jaghmel limitazzjoni ghan-numru ta' noti li jirrizultaw meta ir-ricerka tkun qieghda issir." Dwar il-hlas xehdet li "l-ammont li tircievi ma jkunx daqs l-ammont fatturat peress li d-Dipartiment jiehu percentwali ekwivalenti ghas-surcharge li tintalab ghal kull ricerka minn kull kont li jinhareg". Il-kumpanija ma tigbidx l-attenzjoni tad-Direttur meta jirrizulta li r-ricerka ser ittella' numru sostanzjali ta’ noti.
In-Nutar Dottor Peter Fleri Soler xehed12 billi kkonferma li ma kienx illimita r-ricerka ghall-ammont ta' noti ghaliex "hsibt li ma kienx hemm bzonn li nillimitaha." L-Insinwa lanqas kienet indikatlu dwar l-ammont li kienu ser jiswew ir-ricerki ghaliex "taht din is-sistema ma ssirx."
Riferibbilment ghal DOK JG1 in-Nutar xehed li 85% jikkosisti "f'riferenzi ghall-ipoteki ta' kumpanija ohra li kienet garanti ghal dik il-kumpanija, ghax fil-fatt, milli kelli bzonn kull ma hemm huma tnax." Qabel ma hadu over l-
Eureka Services Ltd, meta r-ricerki kienu jaqbzu Lm50 kienu jinfurmaw lin-Nutara jekk iriduhomx jew le u l-applikant kien ikun jista' jirreferi ghall-klijent tieghu biex jistaqsih jekk iridx jidhol f'din l-ispiza. "Meta ghidt lill-klijent jekk ghandix nigbor ir-ricerki qalli 'Over my dead body' u jien ovvjament hallejthom hemm. Mhux ha nigborhom ghalija."
KONSIDERAZZJONIJIET LEGALI
L-artikolu 1347 tal-Kap. 16 tal-Ligijiet ta' Malta jghid li:
"1347. Il-bejgħ hu perfett bejn il-partijiet, u, kwantu għall-bejjiegħ, il-proprjetà tal-ħaġa tgħaddi għand ix-xerrej, malli jsir il-ftehim fuq il-ħaġa u fuq il-prezz, għalkemm il-ħaġa tkun għad ma ġietx ikkunsinnata u lanqas ma jkun għad tħallas il-prezz; u minn dak il-ħin il-ħaġa nfisha tibqa’ għar-riskju u għall-użu tax-xerrej. "
B'dan il-legislatur ried li l-prezz ikun determinat, jew almenu determinabbli oggettivament bejn il-partijiet.
Fil-kaz odjern, il-prezz kien determinat ghaliex hu dak indikat mill-legislatur stess permezz ta' diversi avvizi legali, mil-liema, l-Avviz Legali 35313 tal-2004 jistabbilixxi r-rati li ghandhom jithallsu ghal kull applikazzjoni ta' ricerka ta' iskrizzjoni fid-data tal-applikazzjoni mertu ta' din il-kawza.
Minn ezami ta' regolamenti ohrajn jirrizulta li, skont l-
Avviz Legali 261 tas-sena 200014 "ricerkatur" jirreferi, inter alia ghall-"persuna li tezercita l-professjoni ta' Nutar." Skont ir-Regolament 5(4) hemm perjodu qasir li jippermetti lill-applikant li jkollu ripensament u jhassar l-applikazzjoni tieghu u cioe` sa erbgha u ghoxrin siegha (24) wara li tkun giet ipprezentata. Ukoll ir-Regolament 6(4) tal-istess jikkontempla li l-applikant jista' jillimita r-ricerka ghal xi proprjeta' partikolari.
Rilevanti ghall-kaz in ezami huwa dak mahsub fir-Regolament 6B tal-Avviz Legali 289 tas-sena 2001 li jemmenda l-Avviz Legali precedenti15. Bir-regolament 6B, il-legislatur introduca skema li permezz tieghu l-applikant jista' jasal fi ftehim mad-Direttur tar-Registru Pubbliku biex jillimita r-ricerka ghall-ghadd specifiku ta' iskrizzjonijiet. F'tali kaz id-Direttur ikun marbut li jgharraf lill-applikant meta n-numru jeccedi dak specifikat u l-ordni tibqa' sospiza ghall-perjodu ta' mhux iktar minn sebat ijiem mid-data tal-applikazzjoni, u f'kaz ta' nuqqas ta' konferma, titqies li tkun giet irtirata. F'dan il-kaz hemm ukoll prezz stabbilit mill-istess Regolament li ghandu jithallas. Ma hemmx dubju li r-rikorrent odjern seta' skont dan ir-regolament, jidhol fi ftehim simili kieku ghazel li jaghmel hekk.
DIRETTIVA 7/97 EC
Ir-rikorrent invoka a favur tieghu d-dispozizzjonijiet tad-Direttiva 7/97 EC li jirregola l-Protezzjoni tal-Konsumaturi rigward ta' Kuntratti li Jsiru Mill-Boghod.
Din id-Direttiva tirregola r-relazzjonijiet ta' kuntratti maghmula a distanza bejn konsumaturi u fornituri u giet implimentata b'ligijiet specjali fil-pajjizi Membri tal-Unjoni Ewropea. F'Malta kif gustament irrileva l-intimat, giet implimentata permezz tad-Distance Selling Regulations16.
Skont l-artikolu 2(2) tad-Direttiva,"konsumatur” ifisser kull persuna naturali li, f’kuntratti koperti minn din id-Direttiva, qiegħed jaġixxi għall-għanijiet li m’humiex parti mis-sengħa, negozju jew professjoni tiegħu" (sottolinear tal-Qorti.) L-Avviz Legali 186/2001 jaghmel riferenza ghad-definizzjoni ta' konsumatur stabbilit fil-Kap 378 tal-Ligijiet ta' Malta, l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, li jiddefinixxi "konsumatur" inter alia bhala: -
"(i) kull individwu li fi transazzjonijiet u hwejjeg ohra koperti b’dan l-Att jew b’regolamenti maghmulin tahtu,jkun qed jagixxi ghal ghanijiet li ma jkollhomx x’jaqsmu mal-kummerc, negozju, sengha jew professjoni; "
Hu pacifiku li d-Direttiva taghti protezzjoni lil dak il-konsumatur li jikkonkludi kuntratt a distanza kopert mill-istess Direttiva, ghal skop strettament privat (purely private purpose).
Ghalhekk jirrizulta b'mod inekwivoku li d-Direttiva, kif implimentata fil-ligi taghna permezz tal-Avviz Legali 186/2001 tirregola biss dawk il-kuntratti ta' distance selling li ghandhom skop purament privat. Kuntratti ohra, minnkejja li huma koperti bid-definizzijoni ta' distance selling contract mhumiex hekk protetti meta dawn isiru ghal skopijiet professjonali jew kummercjali.
Fil-kaz in ezami, ma hemm ebda dubbju li meta n-Nutar ipprezenta t-talba tieghu ghar-ricerka on line, kien qed jagixxi fil-mansjoni professjonali tieghu. Huwa n-Nutar li jitqies li hu l- "konsumatur" ai fini tat-talba maghmula u l-klijent tieghu kien estraneu ghall-ftehim. Dwar dan ma hemm ebda kontestazzjoni. Ghaldaqstant isegwi li d-Direttiva, u r-Regolament iccitat m'humiex applikabbli ghall-kaz odjern.
APPREZZAMENT TAL-PROVI
Il-fatti li taw lok ghall-kaz in ezami mhumiex ikkontestati. Hemm qbil li l-kont pretiz mir-Registru Pubbliku baqa' ma thallasx ghalkemm is-socjeta` Eureka Services Limited thallset talli pprocessat l-ordni.
Jirrizulta wkoll mhux ikkontrastat li fis-sena 1999 inbidlet is-sistema applikabbli ghall-ordnijiet ta' ricerki min-Nutara billi sar ftehim mas-socjeta Eureka Services Limited. Inoltre n-Nutara setghu jaghmlu ordni elettronikament on line u inghataw il-fakolta' li jillimitaw l-ispiza li setghet tirrizulta billi jimponu limitu fl-applikazzjoni taghhom ghan-numru ta' noti rizultanti. B'dan ikunu qed jaghtu struzzjonijiet lill-Insinwa li jekk ir-ricerka tissupera n-numru ta' noti impost bhala limitazzjoni, ir-ricerka tigi sospiza sakemm l-applikant jikkonfermah. Din is-sistema issostitwiet il-prassi ta' kortesija li, skont ix-xhieda tar-rikorrent, kienet topera qabel fejn id-Dipartiment stess kien jiehu l-isbrigu li javza lin-Nutar meta r-ricerka kienet ser tissupera spiza ta' Lm50. In-Nutar stess ikkonferma li dan m'ghadux isir.
Jirrizulta wkoll ammess mir-rikorrent Nutar li ghazel hu, fil-gudizzju tieghu, li ma jispecifikax limitu fuq l-ordni tieghu ghaliex "hass li ma kellux bzonn". B'hekk ukoll isegwi li n-Nutar kien jaf li kellu l-fakolta' li jimponi dan il-limitu, liema fakolta` tohrog mil-ligi stess, imma xjentement ghazel li ma jipprevalixxix ruhu minnha.
L-abbli difensur tar-rikorrent issostni li x-xiri tar-ricerki ma jistax jitqies perfett skont id-dettami tal-artikolu 1347 tal-Kap. 16 tal-Ligijiet ta' Malta. Ghalkemm il-prezz jista' jitqies definit in kwantu stabbilit permezz tal-Avviz Legali numru 353 tas-sena 2004, u anke mgharraf lill-pubbliku, "tenut kont tal-fatt li huwa mpossibbli ghal min jordna r-ricerka li ikun jaf proprju kemm ser jirrizultaw noti, dak li jkun ordna ir-ricerka ma jistax jitqies bhala konxju tal-prezz tar-ricerka fil-mument meta ssir l-ordni."
Fil-kaz odjern indubbjament jirrizulta numru straordinarju ta' noti ta' riferenzi u anke spiza straordinarja meta wiehed jipparagunah mac-cifri elenkati fid-DOK CM3 tant, skont ir-rikorrent, s-socjeta` Eureka li wettqet ir-ricerki fuq ordni tad-Direttur tar-Registru Pubbliku messa hasset il-htiega li ma tkomplix bir-ricerka u titlob direzzjoni minn min ghamel l-ordni.
L-intimat da parti tieghu, isostni li kien in-Nutar rikorrent li ghazel li ma juzax il-fakolta' li ttih il-Ligi u ma illimitax ir-ricerka tieghu ghal numru ta' noti u li, ghalhekk, m'ghandux ikun l-istess intimat li jbati ghall-konsegwenzi li dan in-nuqqas gab. Id-Direttur tar-Registru Pubbliku wettaq l-obbligazzjonijiet tieghu meta pprocessa l-applikazzjoni tar-rikorrent u hallas ghas-servizzi moghtija u espletati minn Eureka Services Ltd.
Ikkonsidrat li ma tistax tikkondividi it-tezi tar-rikorrent. Skont kif gie rilevat iktar 'il fuq, ma jistax jinghad li l-prezz tar-ricerki ma kienx determinat, jew almenu determinabbli oggettivament meta saret l-applikazzjoni in kwistjoni. L-applikant stess seta' jiddetermina anke l-ammont ahhari tan-noti billi jimponi limitu fuq ir-ricerka. Meta ghazel liberament ghar-ragunijiet li stqarr fix-xhieda tieghu, li ma jaghmilx hekk, jitqies li rrinunzja ghal din il-fakolta'. F'tali kaz l-applikazzjoni tieghu hija talba ghal-ricerka minghajr limitu numeriku. F'kuntratti sinallagmatici mhuwiex permess legalment li kontraent jinhall unilateralment mill-obbligazzjonijiet kontrattwali tieghu diment li l-kontraent l-iehor huwa adempjenti.
Ikkonsidrat li l-applikant odjern kien midhla tas-sistema, tant li, bhala Nutar Pubbliku, jitqies li huwa applikant privileggjat in kwantu li kellu l-fakolta' li japplika ghar-ricerki b'mezzi elettronici, liema fakolta' hija miftuha ghall-kategoriji specifici biss.
Fil-kaz in ezami, il-kuntratt ossia ftehim bejn il-partijiet ghandu l-partikolarita' li ghalkemm il-prezz rateali hu maghruf, in-numru ta' rizultanzi jkun mgharuf wara li tigi kompjuta r-ricerka u ghalhekk, l-applikant jista' jigi rinfaccjat, bhal ma gara f'dan il-kaz, bi spiza inaspettata u sahansitra esorbitanti jekk ma jipprevalixxix ruhu mill-mekkanizmu provvdut mil-Ligi ghall-ahjar kawtela tieghu.
Izda xorta huwa l-applikant li ghandu jerfa' il-piz u l-oneru tal-hlas, u mhux id-Direttur tar-Registru Pubbliku proprju ghaliex tezisti sistema li tippermetti lill-applikant li jilqa' ghall-tali eventwalita' u jevita r-riskju li jkollu jhallas ammont straordinarju. L-applikant kellu l-mezzi li jipprotegi ruhu u kellu jkun prudenti. Meta ghazel di xjenza proprja li ma jispecifikax l-ghadd ta' iskrizzjonijiet, irrinunzja ghal mizura legali applikabbli ghalih. Gustament osserva l-intimat li l-fatt li kienet tezisti l-prassi, qabel ma dahal fis-sehh il-ftehim mal-Eureka Services Limited, li Nutar kien jigi avzat jekk l-ispiza kienet prevista li ser tissupera certu limitu, m'ghadux rilevanti gjaldarba hija l-Ligi stess li toffri facilita' ta' awto-protezzjoni ghall-applikant. Huwa l-applikant li jaghzel il-parametri tar-ricerka ordnata u fejn ma hemmx limitu fil-ghadd ta' noti, ir-Registratur hu obbligat li jghaddi biex jaghmel ricerka shiha.
III. KONKLUZJONI.
Illi ghalhekk ghal dawn il-motivi, din il-Qorti, taqta’ u tiddeciedi, billi fil-waqt li tilqa' r-risposta tal-Agent Direttur tar-Registru Publiku, tichad it-talba tar-rikorrent odjern in-Nutar Peter Fleri Soler stante li hija nfondata fil-fatt u fid-dritt.
L-ispejjez jithallsu min-Nutar Peter Fleri Soler.
Moqrija.
< Sentenza Finali >
---------------------------------TMIEM---------------------------------