QORTI TA' L-APPELL
ONOR. IMHALLEF
RAYMOND C. PACE
Seduta tal-21 ta' Frar, 2012
Appell Civili Numru. 495/2007/1
Paul Fenech (459165M)
vs
Joe u Tessie konjugi Camilleri
Il-Qorti,
I. PRELIMINARI.
Illi fit-30 ta’ Mejju 2011 it-Tribunal ghal Talbiet Zghar ppronunzja s-segwenti decizjoni fl-ismijiet premessi: -
“It-Tribunal,
Ra li f’dan l-avviz hemm talba mill-attur biex il-konvenuti jhallsuh l-ammont dovut ghal prezz ta’ xoghol u materjal ta’ bibien tal-injam debitament maghmula fuq ordni talkonvenuti datata 5 ta’ Marzu 2011.
Bl-ispejjes, inkluzi dawk tal-ittra ufficjali 2499/07 u blimghaxijiet. Il-konvenuti ingunti ghas-subizzjoni.
Ra li fl-udjenza tal-14 ta’ Frar 2008 deher id-difensur talattur u nforma lil dan it-Tribunal li kien hemm kawza pendenti fuq l-istess mertu quddiem it-Tribunal ghall-
Konsumatur u li l-partijiet qablu li jistennew l-ezitu t’hemmhekk.
Ra r-risposta tal-konvenuti formulata hekk:-
1. Preliminarjament qed jigi eccipit il-Lis Alibi Pendens peress li l-konvenuti ghamlu l-kawza fuq il-mertu quddiem it-Tribunal tal-Konsumatur, liema procedura ggib in-numru CET 171/07 u ghadha pendenti sallum;
2. Preliminarjament ukoll il-konvenuti ma humiex illegittimi kontraditturi peress li x-xoghol kien sar fid-dar u ghal beneficcju tat-tifla tal-konvenuti, Alexandra Camilleri;
3. Illi fil-mertu t-talbiet attrici huma nfondati fil-fatt u fid-dritt peress li x-xoghol tal-bibien ma kienx skont is-sengha u larti, u l-attur naqas, u anzi rrifjuta li jigbor u jiehu lura lbibien u jirrangahom ghalkemm mitlub specifikament jaghmel dan;
4. Salv eccezzjonijiet ulterjuri.
Ra li fir-rigward tar-risposta tal-konvenuti, dawn fl-udjenza tal-10 ta’ Ottubru 2008 irtiraw it-tieni paragrafu (eccezzjoni) taghhom jigifieri dik fejn qalu li ma kienux illegittmi kontraditturi.
Ra li fl-udjenza tas-27 ta’ Jannar 2009 il-konvenuti esibew kopja tal-avviz ipprezentat minnhom quddiem it-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumaturi datata 31.07.07. Wara dan, irtiraw ukoll l-ewwel eccezzjoni.
PROVI
A1 L-attur xehed hekk:-
Hu mastrudaxxa u l-konvenuti xtraw wiehed minn blokk ta’ appartamenti li kien hadem fi Triq il-15 ta’ Awwissu fil- Mosta
2 Hu spjega kif gej:-
“Irrid nghid illi s-sinjuri Camilleri kienu talbuni li flok talpine, jien nahdmilhom l-injam tat-tulip. Naturalment, peress illi kien hemm differenza fil-prezz u l-bibien tal-pine kien ser ihallashom il-kuntrattur, jien ftihemt maghhom illi huma jhallsu d-differenza. Di fatti li qieghed infittex illum f’din ilkawza hija d-differenza fil-valur tal-bibien pine ghall-valur tal-bibien tulip, ammontanti ghal Lm725.00
3 Esebixxa bhala Dok “PF 1” ftehim bil-miktub – milhuq wara li l-konvenuti zaru l-fabbrika tal-attur u raw kollox u ftehmu fuq sample li kien attwalment wara hadem fuqu. Marru u raw fil-fabbrika x-xoghol lest u ma qalu xejn. Gharrafhom li l-bibien kienu twahhlu fil-post u min-naha taghhom il-konvenuti qalilhom li jmorru jhallsuhom wara li jaraw il-bibien. In segwitu marru l-fabbrika u qalulu li xxoghol kien fih hafna kuluri u ma kienx ghal qalbhom. Hu gharrafhom li dak stallat kien propju tulip, kif ordnaw huma. Kienu ftehmu fuq natural hardener finish u hu precizament hekk ghamel.
4 In kontro-ezami cahad li huma kienu qalulu biex jiehu l-bibien lura u tenna li hu hadem fuq l-ordni miftehma. Kopja ta’ ftehim kien hemm tnejn: dik fermata minnu u li nghatat f’idejn il-konvenuti u l-kuntrarju (ara dik esibita Dok “FP 1” firmata mill-konvenuti)
5 Meta raga’ xehed qal li meta uriha l-kampjun tattulip, urihulha lest bin-natural hardener finish – ezatt kif sar ixxoghol konsenjat. Il-blokk li minnu jaghmel sehem lappartament tal-konvenuti fih 45 appartament. L-ilment tal-konvenuta l-ghada jew il-pitghada li giet mgharrfa bittwahhil tal-bibien kien li l-kulur ma kienx jaqbel.
6 Insista li kollox sar skont is-sengha u l-arti
7 F’kontro-ezami qal:-
“Qed nigi mistoqsi jekk nikkonfermax illi meta s-sinjuri Camilleri gew ghandi talbunix bibien cari, jiena nghid propju ghalhekk illi kienu ghazlu tulip. Jiena nikkonferma li jiena wrejthom l-injama, ghogbithom u ffirmaw ghaliha. Nghid wkoll illi l-pine ma kienx ghogobha lill-konvenuta ghax kien fih l-ingroppi. Is-sample li wrejtha tat-tulip kien listess kwalita’ li bih inhadmu l-bibien, anzi nghid illi kien mill-istes bundle. Jiena ma niftakarx kinetx cara jew skura. Inkompli nghid illi t-tulip qatt ma huwa car minnu nnifsu”.
“Nikkonferma li s-sinjuri Camilleri jiena cempiltilhom kemm qabel ma wahhalna x-xoghol biex jigu jarawh u kif ukoll wara li kienu twahhlu l-bibien”.
B1 Roberta Fenech, segretarja mal-attur missierha qalet li kienet hi li tat xi katalogi lill-konvenuta bit-tip u materjal ta’ bibien u din ghazlet tulip. Eventwalment gie firmat,
maghha d-Dok “PF 1”. Cemplitilha ha tara x-xoghol lest u din giet u x-xoghol ghogobha u qaltilhom jordnaw il-hgieg ghall-istess bibien u hi stess ghazlet il-kulur tieghu.
2 Wara li l-konvenuta rat il-bibien ghandhom u qabel dawn twahhlu fil-post huma tawhom in-natural hardener finish. Dan ma fihx kulur imma hu naturali.
3 In kontro-ezami qalet li meta sar il-ftehim, li ghalih kienet prezenti, kien thallas depozitu ta’ €20. Spjegat li mill-konvenuta ghadha dovuta d-differenza bejn il-bibien
Pine u dawk Solid Tulip. Il-bibien lesti rathom ippustjati fuq xulxin; ghalhekk setghet tara ta’ fuq biss.
C1 Il-konvenuta Tessie Camilleri qalet li meta xtraw ilpost u kellu l-bibien tal-pine riedu jibdluhom. Ghal dawn hallsu Lm700. L-attur kien uriha kampjun bl-isem tulip u
huma hallew f’idejh. Meta tlestew talabhom imorru jarawhom ghandu (fil-fatt sabu lil bintu) pero` meta marret kienu b’hafna trabijiet. Twahhlu meta ma kinetx taf li ser
jitwahhlu. Meta rathom marret tghidlu li ma kienux kif ordnawhom, ghax ma kienux cari.
2 In kontro ezami qalet:-
“Jiena nghid illi meta gejt mitluba mmur nara l-bibien filgaraxx, l-attur kien qalilna biex narawhom halli jekk m’hemmx problemi jkun jista jinstallahom. B’danakollu nirrepeti li stajt nara bieb wiehed biss kollu trab. Jiena littifla tieghu ma kontx ghidtilha illi jiena rrid nara l-bibien kollha u mhux wiehed kollu trab. Lanqas ma ghidtilha li rrid narahom qabel ma jitwahhlu. Jiena dawk il-bibien ma stajtx naqlahom jiena u ghalhekk ma ddepozitajthomx il- Qorti”.
D1 Il-konvenut Joseph Camilleri qal li l-appartament kien ghat-tifla (li kienet imsiefra) u hadu hsieb hu u martu. Huma riedu bibien cari. Meta marru jarawhom lesti, sabu lil bint l-attur u wriethom bibien mimlija trab u ma setghux jaraw sew.
2 Meta eventwalment raw il-bibien fil-post ma kienux cari “imma kienu kull kulur”. Zied hekk:-
“Jiena dak il-hin stess mort ghand il-mastrudaxxa ghidtlu dak mhux li ftehmt mieghek ejja aqlahhom u gie fuq il-post u beda jghidli hafna diskors u spjegazzjonijiet u ghidtlu
jien ma jinteressanix, jien cari ridthom, ghidtlu biex ikunu hekk kont inhallihom kif kienu; il-bibien ma hadhomx. Quddiem it-tifla ghidtlu biex jaqlahom imma ma qalahhomx. Qalli ma jistax ikun u hafna spejjez u affarijiet bhal dawn. Meta rajna l-bibien fil-garaxx kienu ghadhom bla lostru apparti li kienu mimlijin trab. It-Tulip hu semmihuli, jiena qatt ma kont, qatt ma kelli esperjenza fuq it-Tulip qabel;.
3 Qal li dwar dal-kaz marru quddiem it-Tribunal tal- Konsumaturi u hemm waqfet billi beda l-process prezenti.
4 Meta kien jixhed, fl-udjenza tat-22 ta’ Novembru 2010 qal li l-bibien ghadhom fil-post li pero` ma qed jghix fih hadd.
KONSIDERAZZJONIJIET
It-Tribunal jikkunsidra kif gej:-
1. L-attur qed jitlob hlas ta’ Lm725 ghal xoghol ta’ bibien tat-tulip. Dana in segwitu ghal ftehim li l-konvenuti ghamlu, ghan-nom ta’ binthom imsiefra, imma legalment il-kuntratt sar bejn il-kontendenti odjerni.
2. Jirrizulta li l-konvenuti marru fil-post tax-xoghol talattur qabel beda x-xoghol u in segwitu saret l-ordni u gie firmat id-Dok “JF 1” li jsemmi Lm700 bhala “l-ammont
mitlub mill-intimat”. Fil-fatt kien sar xi depozitu zghir u dak mitlub hu wara li tnaqqas id-depozitu.
3. Wara li tlesta x-xoghol il-konvenuti gew mitluba jarawh fil-post tal-attur qabel ma jitwahhal fil-post. Huma marru, u ma lmentaw minn xejn. Jghidu li qabel ma rawx kull bieb u li dawn kienu bit-trab, mhix skuza accettabli. Setghu, meta marru fil-post tal-attur talbu li jaraw izjed, li jaraw kull bieb, talbu aktar spjegazzjonijiet izda minn dan ma sar xejn. Li wara li jitwahhal ix-xoghol fil-post imbaghad ma joghgobhomx, dan hux accettabbli.
4. Hi mpressjonanti fir-rigward, ix-xhieda in kontroezami tal-konvenuta, li hi hekk:-
“Jiena nghid illi meta gejt mitluba mmur nara l-bibien filgaraxx, l-attur kien qalilna biex narawhom halli jekk m’hemmx problemi jkun jista’ jinstallahom. B’danakollu nirrepeti li stajt nara bieb wiehed biss kollu trab. Jiena littifla tieghu ma kontx ghidtliha illi jien rrid nara l-bibien kollha u mhux wiehed kollu trab. Lanqas ma ghidtilha li rrid narahom qabel ma jitwahhlu. Jiena dawk il-bibien ma stajtx naqlahom jiena u ghalhekk ma ddepozitajthomx il- Qorti”.
Meta mbaghad gie biex jixhed il-konvenut, qal a fol 56 “qed tinqrali d-depozizzjoni tal-mara a fol 43 specifikatament il-kontro-ezami taghha u ma naqbilx ma dak li hemm imizzel hemmhekk”.
5. Hawn ta’ min jinnota li kienu l-konvenuti li allegaw xoghol mhux skont is-sengha u l-arti u xoghol mhux kif ordnaw. Ghalhekk kien imiss lilhom li jippruvaw dan. Filfehma tat-Tribunal il-konvenuti, dak li kien jispetta lilhom fir-rigward ma wettquhx.
6. Ta’ min jinnota li l-ewwel il-konvenuti ressqu kas quddiem it-Tribunal tal-Konsumaturi u wara, meta l-attur ressaq il-kaz prezenti huma waqqfu l-kaz taghhom,
minkejja li z-zewg kazi bdew fis-sena 2007. Jigi notat ukoll li sa meta xehed il-konvenut fit-22 ta’ Novembru 2010 ilbibien kienu ghadhom fil-post ta’ bint il-konvenuti.
7. Meta jqis kollox u meta jiehu nota tassottomissjonijiet verbali tad-difensuri tal-partjiet it-Tribunal ihoss, anke mqanqal minn sens ta’ ekwita, li dak li qed jitlob l-attur hu gust li jintlaqa’.
DECIZJONI
IT-Tribunal jghaddi issa biex jiddeciedi billi (1) wara li jichad it-tielet eccezzjoni tal-konvenuti (it-tnejn l-ohra, preliminari, gew irtirati pendente lite (2) jikkundanna lillkonvenuti jhallsu lill-attur is-somma ta’ seba’ mija maltin lira (Lm700.00) issa elf, sitt mija u tletin ewro sitta u hamsin centezmi (€1,630.56) u dana (3) bl-imghax millum sal-jum tal-pagament effettiv. L-ispejjes tal-kawza jithallsu mill-konvenuti.
Rat ir-rikors tal-appell ta’ Joe u Tessie konjugi Camilleri ID 237056 M datat 20 ta’ Gunju 2011 fejn talbu lill-Qorti sabiex in vista tal-aggravji minnhom mressqa tilqa’ l-appell taghhom, u dan billi tirrevoka u thassar is-sentenza appellata.
Rat li din il-kawza kienet appuntata ghas-smigh ghasseduta tat-24 ta’ Novembru 2011.
Rat ir-risposta tal-appellat Paul Fenech datata 14 ta’ Lulju 2011 a fol 8 tal-process fejn sostna ghar-ragunjiet hemm indikati li d-decizjoni tat-Tribubal hija gusta u timmerita
konferma u ghalhekk l-appell interpost ghandu jigi michud bl-ispejjez taz-zewg istanzi kontra l-konvenuti appellanti.
Rat il-verbal tas-seduta mizmuma fl-24 ta’ Novembru 2011 fejn meta ssejjah l-appell deher Dr. Raphael Fenech Adami ghall-appellat prezenti, u Dr. Mark Refalo ghallappellanti prezenti. Id-difensuri trattaw il-kaz. L-appell gie differit ghas-sentenza in difett ta’ ostakolu ghall-21 ta’ Frar 2012.
Rat l-atti kollha tal-istess kawza inkluz id-decizjoni tat- Tribunal Ghal Talbiet Zghar (it-Tribunal) fl-ismijiet premessi datata 30 ta’ Mejju 2011.
Rat id-dokumenti esebiti.
Rat l-atti kollha l-ohra tal-kawza.
II. KONSIDERAZZJONIJIET.
Illi l-aggravju tal-appellanti huwa fis-sens li la darba dan kien kuntratt ta’ appalt, mela allura japplikaw ir-regoli ta’ appalt fis-sens li huwa x-xoghol ahhari li ghandu jigi approvat u f’dan il-kaz dak skond l-artikolu 1637 (1) tal- Kap. 16 la darba x-xoghol jikkonsisti f’iktar minn bicca wahda, mela huwa x-xoghol kollu li kellu jigi approvat, u
f’dan il-kaz jirrizulta li dan ix-xoghol qatt ma gie approvat mill-appellanti, tant li meta l-istess appellanti raw ix-xoghol mill-ewwel sostnew li f’dan il-kaz il-bibien ghandhom jinqalghu ghaliex mhux kif pattwiti u mhux skond issengha u l-arti; (2) dan apparti li t-Tribunal qatt ma kkonsidra jekk x-xoghol maghmul huwiex skond is-sengha u l-arti u dan aktar u aktar meta inghatat eccezzjoni f’dan is-sens; fil-fatt inghad li l-bibien kienu kollha ta’ bicciet ta’ injam ta’ kulur differenti hafna minn xulxin u dan jirrizulta ictu ocoli mir-ritratti esebiti.
Illi f’dan il-kuntest din il-Qorti thoss li wara li rat ix-xhieda kollha prodotta u d-decizjoni tat-Tribunal tat-Talbiet iz- Zghar thoss li dan huwa kaz “fejn ic-cirkostanzi jkunu tali illi jikkonvincu lill-Qorti ta’ revizjoni illi l-apprezzament ta’ l- Ewwel Qorti kien tant zbaljat illi altrimenti tkun ser tigi krejata ingustizzja” u dan skond kif ritenut fis-sentenza
“Joseph Duca vs John Falzon” (A.I.C. (RCP – 27 ta’ Ottubru 2011); “Elena Magri et vs Rosaria sive Rosa Borg” (A.C. – 10 ta’ Frar 1961); “Brigitte Vella pro et noe vs Richard Vella” (A.C. - 5 ta’ Ottubru 2001); “Carmelo Agius vs John Agius” (A.C. (Inferjuri) – 2 ta’ Dicembru 1994); “Ruth Spiteri vs Emanuel Vella noe” (A.I. C. – 5 ta’ Marzu 2003) u recentement “Dr. Adrian’s Garden Centre Co. Limited vs A.X. Construction Limited” (A.C. – 4 ta’ Lulju, 2008)).
Illi dan qed jinghad ghaliex jidher li t-Tribunal iddecieda lkaz fuq il-punt li l-appellanti kienet rat ix-xoghol qabel ma twahhal u bhal speci approvatu, u wkoll li kienet accettat ix-xoghol. Issa apparti l-fatt li dan ma jirrizultax mill-provi li huwa korrett, jinghad li f’materja ta’ appalt huwa principju stabbilit li dak li gie ribadit fis-sentenzi "Aluminium Limited vs Attard Farm Supplies Limited” (P.A. (RCP) – 29 ta’ Mejju 2008), u “Joseph Brownrigg noe vs Mario Spiteri” (P.A. - 27 ta’ Gunju 2003) fejn il-Qorti rriteniet illi:-
“Skond ir-regoli generali ta’ l-inadempiment l-appaltatur ma huwiex mehlus mir-responsabbilta` avolja jkun hemm l-approvazzjoni tax-xoghol. Il-verifika u l-approvazzjoni generalment isiru ghall-finijiet tal-hlas izda b’daqshekk ma jigix ezonerat mir-responsabbilta` jekk nonostante kontroll diligent fil-mument tal-verifika ‘l quddiem jinstab li x-xoghol ma sarx sew.”
Illi issa f’dan il-kaz, la darba huwa pacifiku li r-relazzjoni bejn il-partijiet kienet wahda ta’ appalt u mhux ta’ bejgh u dan ghaliex jinvolvi obbligazzjoni “di facere” fuq dik “di dare” (“International Tentage Textiles Industries Limited vs Andreas Gerdes” (A.I.C. – 22 ta’ Gunju 2005); “Aplan Limited vs Emmanuel Bajada” (A.I.C. (PS) – 27 ta’ Novembru 2009), u allura dak li huwa mportanti u relevanti huwa jekk ix-xoghol sarx kif pattwit, u/jew skond is-sengha u l-arti, u dan indipendentement mill-allegata approvazzjoni jew certifikazzjoni tax-xoghol, ghaliex fl-ahhar mill-ahhar dak li l-appaltatur huwa obbligat li jaghmel huwa li jaghti l-opera li kellu jahdem skond kif titlob is-sengha u l-arti.
Illi mela dan huwa dak li kellu jigi ezaminat mit-Tribunal in vista tal-eccezzjoni moghtija mill-appellanti, u allura jekk lappellanti zammewx ix-xoghol, jew jekk l-appellanti rawx ix-xoghol qabel, ma huwiex strettament relevanti ghassoluzzjoni ta’ din il-pendenza. Hawn il-Qorti taghmilha cara li lanqas taqbel mal-apprezzament tal-fatti li ghamel it-Tribunal, ghaliex jirrizulta li l-ebda wiehed mill-appellanti ma approva x-xoghol meta l-istess kienu ghadu filfabbrika jew garaxx tal-appellat, u lanqas meta twahhal. Dak li jirrizulta lil din il-Qorti kien biss li l-appellanti rat xi bieb wiehed biss li kien fit-trab ghand l-appellat, u wkoll li mbaghad sar it-twahhil fil-fond de quo, u malli l-appellanti raw l-istess bibien b’diversi kuluri mill-ewwel oggezzjonaw ghall-istess u talbu lill-appellat sabiex jibdilhom u jehodhom lura. F’dan il-kuntest jinghad li l-oggett baqa’ ghand l-appellant bl-ebda mod ma jista’ jfixkel ficcirkostanzi odjerni l-eccezzjoni minnhom moghtija li xxoghol mhux skond l-arti u s-sengha, u dan peress li rregoli li jridu jigu applikati ghall kaz odjern huma dawk ta’ appalt u mhux ta’ kuntratt ta’ bejgh.
Illi fil-fatt fis-sentenza “Valletta Aluminium Wrought Iron Work Limited vs Carmen Grech” (P.A. (JRM) – 17 ta’ Gunju 2010) inghad li “l-appaltatur irid iwettaq dak li jitqabbad jaghmel sknd l-ahjar sengha u hila tieghu biex jaghti xoghol tajjeb u fejjiedi lil min ikun qabbdu (“Tal- Franciz Construction Limited et vs Anglu Zarb” – A.I.C. (PS) – 15 ta’ Lulju 2007). B’mod partikolari, l-appaltatur ma jistax iressaq ‘il quddiem id-difiza li x-xoghol ma sarx tajjeb ghaliex sar kif riedu l-kommittent, ghaliex lappaltatur irid jirrezisti kull intromissjoni tal-kommittent minhabba dak l-indhil jew insistenza x-xoghol ma jkunx se’ jsir skond ma jitolbu s-sengha u l-arti....Illi lanqas ma jiswa l-argument ta’ l-appaltatur li x-xoghol moghti lillkommittent ikun approvat minn dan tal-ahhar u li ma kienx ressaq ilmenti jew li, sahansitra, ikun rega’ qabbdu jaghmillu x-xoghol iehor. Dan jinghad ghaliex il-fatt li jsir ilhlas jew hlas akkont jew li x-xogholijiet ikunu gew approvati mill-kommittent m’humiex tarka li warajha lappaltatur jista’ dejjem u f’kull kaz jistkenn mix-xilja tattwettiq hazin ta’ appalt”
Illi applikati dawn il-principji ghall-kaz in ezami, din il-Qorti thoss li mill-provi prodotti jirrizulta ictu occoli mir-ritratti esebiti li l-bibien konsenjati mill-appellat ma humiex skond is-sengha u l-arti u dan peress li l-lewn ta’ l-injam uzat sahanistra fl-istess bieb huwa sostanzjalment differenti, b’mod li ma hemmx kulur uniformi, u dan apparti li l-kulur tal-bibien konsenjati lanqas allura jaqbel ma’ xulxin, u tali nuqqas huwa tant car li lanqas biss ghandu bzonn ta’ spjegazzjoni ulterjuri, hlief li wiehed ihares lejn ir-ritratti esebiti li jindikaw dak li qed jinghad iktar mill-kliem jistghu jiddiskrivu. Din fil-fatt kienet il-lamentela tal-appellanti u lunika haga li sostna l-appellat a propositu ta’ dan kien li lbibien inhaddmu skond sample li wera lill-appellanti, li filverita’ qatt ma kienet deskritta li ghanda din id-diversita’
ta’ kuluri, li l-istess bibien ovvjament juru. Jinghad ukoll li prova ta’ din is-sample qatt ma ingabet, izda din il-Qorti tinnota li f’appalt ta’ dan it-tip huwa relevanti mhux biss ixxoghol kif sar, izda wkoll il-materjal li intuza sabiex saru listess bibien li jidher li ma kienx tal-istess lewn. B’hekk lappell qed jigi milqugh ghaliex jirrizulta li b-bibien
ikkonsenjati mill-appellat ma kienux skond l-arti u ssengha.
III. KONKLUZJONI.
Illi ghalhekk ghal dawn il-motivi, din il-Qorti, taqta’ u tiddeciedi, billi filwaqt li tichad ir-risposta tal-appellat datata 14 ta’ Lulju 2011 in kwantu l-istess hija nkonsistenti ma’ dak hawn deciz, tilqa’ l-appell interpost millappellanti fir-rikors taghhom datat 20 ta’ Gunju 2011 b’dan li din il-Qorti qed thassar u tirrevoka d-decizjoni tat-Tribunal Ghal Talbiet Zghar datata 30 ta’ Mejju 2011 fl-ismijiet premessi “Paul Fenech vs Joe u Tessie konjugi Camilleri” (Talba Numru 495/2007) b’dan li tichad it-talba tal-attur kontenuta fl-avviz tieghu datat 14 ta’ Gunju 2007, u minflok tilqa’ t-tielet eccezzjoni tal-appellanti kontenuta fir-risposta taghhom datata l-1 ta’ Lulju 2008 fis-sens li x-xoghol tal-bibien ma kienx skond is-sengha u l-arti.
Bl-ispejjez kollha kontra l-appellat Paul Fenech.
Moqrija.
< Sentenza Finali >