QORTI TAL-MAGISTRATI (MALTA)
MAGISTRAT
DR RACHEL MONTEBELLO B.A. LL.D.
Rikors Numru: 204/18 RM
EXOR Group Limited (C-33910)
-vsCarmel sive Charles Spiteri (ID: 24956M)
Illum, 25 ta’ Marzu 2021
Il-Qorti,
Rat ir-Rikors ipprezentat mis-socjeta EXOR Group Limited fit-8 ta’ Settembru,
2018 fejn talbet lil din il-Qorti tikkundanna lil Carmel sive Charles Spiteri
jhallas is-somma ta’ sebat elef u tlieta u sebghin ewro u zewg centezmi
(€7,073.02), liema ammont jirrapprezenta l-bilanc dovut minnu in rigward
xogholijiet maghmula mis-socjeta rikorrenti fuq l-inkarigu unikament tieghu
stess u dan fuq vettura klassika Triumph Herald, bin-numru ta’ registrazzjoni
KAL 513, bl-ispejjez.
Rat ir-Risposta ta’ Carmel Spiteri1
ipprezentata fil-25 ta’ Settembru, 2018 fejn
eccepixxa:-
1
Fol. 5.
Rikors Numru: 204/18 RM EXOR Group Limited (C-33910) vs Carmel sive Charles Spiteri 2
Illum, 25 ta’ Marzu 2021 Magistrat Dr. Rachel Montebello B.A. LL.D.
‘1. Illi t-talba ghandha tigi michuda ghaliex il-prezz mitlub huwa esagerat kif
ser jirrizulta, di fatti l-eccipjenti gia intavola proceduri quddiem il-Prim
Awla tal-Qorti Civili ghar-rifuzjoni ta’ ammont gia mhallas;
2. Salv eccezzjonijiet ulterjuri’
Semghet ix-xhieda u rat id-dokumenti kollha esebiti;
Rat l-atti kollha;
Rat in-nota ta’ sottomissjonijiet tas-socjeta` attrici pprezentata fis-16 ta’
Dicembru 2020 u semghet it-trattazzjoni orali tal-abbli difensuri tal-partijiet
waqt l-udjenza tas-27 ta’ Jannar 2021;
Rat illi l-kawza thalliet ghal-lum ghas-sentenza;
Ikkunsidrat;
Illi fl-ewwel u l-unika eccezzjoni minnu sollevata, il-konvenut jaghmel accenn
ghall-pendenza ta’ proceduri “quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Civili gharrifuzjoni ta’ ammont gia` mhallas”.
Il-Qorti fehmet illi din l-eccezzjoni ssarraf f’wahda ta’ lis alibi pendens a tenur
tal-Artikolu 792 tal-Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta’ Malta. Wara kollox, hekk fisser
l-abbli difensur tal-konvenut permezz tad-dikjarazzjoni registrata fil-verbal tasseduta tal-10 ta’ Ottubru 2018.
Izda l-Qorti ma taqbilx li din l-eccezzjoni hija fondata. Skont il-konvenut, hekk
kif jirrizulta mid-dikjarazzjoni fuq imsemmija, il-kawza li giet istitwita millkonvenut b’talba ghar-rifuzjoni tal-ammont li huwa diga` hallas lis-socjeta`
Rikors Numru: 204/18 RM EXOR Group Limited (C-33910) vs Carmel sive Charles Spiteri 3
Illum, 25 ta’ Marzu 2021 Magistrat Dr. Rachel Montebello B.A. LL.D.
attrici, giet hekk istitwita quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Civili. Issa, limsemmi Artikolu 792 tal-Kap. 12 jipprovdi:-
792. Meta titressaq kawża quddiem qorti kompetenti, wara li tkun tressqet
kawża oħra fuq l-istess oġġett quddiem qorti kompetenti oħra, il-kawża mressqa
l-aħħar tista’ tiġi mibgħuta lil dik il-qorti l-oħra.
Illi l-Qorti minnufih tosserva li l-ebda wiehed mill-partijiet ma pprezenta kopja
ta’ l-atti li allegament jinsabu sub judice quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Civili
u l-konvenut ma ressaq l-ebda provi ohrajn in sostenn ta’ din l-eccezzjoni,
lanqas biex isostni l-allegazzjoni tieghu li l-ammont mitlub mis-socjeta` attrici
huwa esagerat.
Illi jinghad li fl-ewwel lok sabiex issir talba ghal lis alibi pendens irid jigi
ppruvat li hemm zewg kawzi ghaddejjin fuq mertu simili bejn l-istess partijiet u
li z-zewg kawzi jistghu jinstemghu quddiem l-istess Qorti. Ghalhekk minnufih
jirrizulta li l-eccezzjoni tal-lis alibi pendens ma tistax tintlaqa’ fi-kaz li ghandha
quddiemha din il-Qorti ghaliex il-kompetenza tal-Prim’Awla tal-Qorti Civili u
dik ta’ din il-Qorti hija wahda differenti. Dan ifisser li la tista’ din il-Qorti
tibghat l-atti tal-kawza odjerna lill-Prim’Awla, li lanqas tista’ tastjeni hija stess
mis-smiegh ta’ dik il-kawza l-ohra u tibghat l-atti quddiem din il-Qorti ghaliex
il-kompetenzi tal-qrati rispettivi, kif definiti fl-Ewwel Ktieb tal-Kodici ta’
Organizzazzjoni u Procedura Civili (Titoli II u Titolu III), huma differenti.
Mhux hekk biss, izda minhabba d-dispozizzjonijiet tal-Artikolu 125 u l-Artikolu
161 tal-Kap. 12, it-talba quddiem il-Prim’Awla, bhala qorti superjuri, trid issir
permezz ta’ rikors guramentat, tant illi skont l-Artikolu 164 tal-Kap. 12, ikun
hemm nullità jekk kawża illi jmissha tinġieb b’rikors ġuramentat minflok
tingieb permezz ta’ att gudizzjarju iehor.
Il-Qorti tirrileva li fl-ordinament guridiku taghna il-konsegwenza tas-success
tal-eccezzjoni tal-litis pendentia ma hijiex dik illi t-tieni kawza tinzamm milli
Rikors Numru: 204/18 RM EXOR Group Limited (C-33910) vs Carmel sive Charles Spiteri 4
Illum, 25 ta’ Marzu 2021 Magistrat Dr. Rachel Montebello B.A. LL.D.
ssir, izda li z-zewg kawzi jinstemgħu flimkien billi l-kawza mressqa l-ahhar tiġi
mibghuta lil dik il-Qorti l-ohra. Fil-fatt, din l-eccezzjoni tipprospetta
neċessarjament li jkun hemm zewg kawżi ghaddejjin fl-istess waqt pendenti
quddiem il-qrati li jkollhom l-istess mertu.
“Illi l-principju ta’ lis alibi pendens li fuqhom qed jibbaza ruhhu l-konvenut,
ilhom li gew stabiliti fil-gurisprudenza taghna u senjatament fis-sentenza ta’
din il-Qorti, b’riferenza però ghall-kuncett ta’ res judicata, li l-principji taghha
huma l-istess bhal ta’ lis alibi pendens, però fl-ahhar kaz is-sentenza ma tkunx
ghaddiet in gudikat. Hekk fil-kawza fl-ismijiet “Registratur tal-Qrati Superjuri
vs M of Time Limited” (RCP deciza fis-17 ta’ Frar 2000) inghad li biex
tissussisti res judicata irid ikun hemm “eadem res”, “eadem causa petendi” u
“eadem personæ”.”
Kif intqal fis-sentenza moghtija mill-Qorti tal-Kummerc fl-ismijiet Anatoli
Reznikov et. vs Nikolai A. Kotivov pro et noe2 biex l-eccezzjoni ta’ lis alibi
pendens tirnexxi jridu jintlahqu s-segwenti kundizzjonijiet essenzjali:-
“the essential conditions for this plea is the identity of the two actions which
resulted from the identity of all the elements thereof, i.e. the parties, the subjectmatter and the cause of the demand.”
Kwantu ghall-mertu, din il-Qorti ma ghandhiex ic-certezza dwar jekk tezistix
identicita` tal-mertu taz-zewg kawzi stante illi kif inghad, il-konvenut
ghalkemm inghata diversi opportunitajiet biex jipproduci kopja tal-atti talkawza pendenti quddiem il-Prim’Awla, baqa’ inadempjenti. Kemm hu hekk,
mill-mod kif ipprosegwa s-smigh ta’ din il-kawza, il-Qorti fehmet tabilhaqq illi
l-konvenut ma baqax jinsisti fuq din l-eccezzjoni tieghu galadarba ma gab qatt
l-atti promotorji u relevanti tal-kawza l-ohra biex dawn jittiehdu in
konsiderazzjoni minn din il-Qorti ghall-fini ta’ decizjoni tal-eccezzjoni tieghu
in dizamina. Ma hemm xejn fl-atti biex tissostanzja l-eccezzjoni ta’ litis
pendentia jew l-allegazzjoni tal-konvenut li l-mertu ta’ din il-kawza huwa in
effetti dwar l-istess mertu tal-kawza quddiem il-Prim’Awla u kwindi, din il2 Deciza 24.3.1994.
Rikors Numru: 204/18 RM EXOR Group Limited (C-33910) vs Carmel sive Charles Spiteri 5
Illum, 25 ta’ Marzu 2021 Magistrat Dr. Rachel Montebello B.A. LL.D.
Qorti thoss li ma tistax serenament tikkostata illi in effetti l-kawzali tal-azzjoni
intavolata mill-konvenut quddiem il-Prim’Awla hija proprju l-allegazzjoni li lbilanc mitlub mis-socjeta` attrici f’din il-kawza, mhuwiex dovut. Il-bilanc li lhlas tieghu huwa mitlub f’din il-kawza huwa fis-somma ta’ €7,073.02, cioe`
somma li tirrientra definittvament entro l-parametri tal-gurisdizzjoni ta’ din ilQorti filwaqt illi biex l-azzjoni taqa’ fil-gurisdizzjoni residwali tal-Prim’Awla,
din trid necessarjament tkun fondata fuq talba, inter alia, b’valur li jeccedi ssomma ta’ €15,000 jew valur indeterminat.
Izda b’zieda mal-premess, ma jistax jonqos li l-Qorti tosserva illi minn dak
registrat fil-verbal tas-seduta tal-10 ta’ Ottubru 2018, jirrizulta illi l-kawza
msemmija mill-konvenut ghall-fini tal-eccezzjoni tieghu giet istitwita minnu filkonfront ta’ “Duncan Dimech” u mhux “Exor Group Limited”
3
. Ghaldaqstant,
fil-kaz in dizamina m’hemmx dubju li lanqas m’huwa sodisfatt l-element talidenticita` tal-partijiet, kif mehtieg mill-gurisprudenza.
F’kull kaz, jekk skont kif asserixxa l-konvenut fir-Risposta tieghu, huwa
intavola l-kawza l-ohra biex jitlob rifuzjoni (minghajr izda ma fisser is-somma
preciza li qed jitlob ir-rifuzjoni taghha), il-Qorti tifhem illi huwa qed jitlob ilhlas lura ta’ ammont li huwa effettivament hallas. Billi izda din il-kawza
tikkoncerna esklussivament ammont li ma giex imhallas mill-konvenut, leffett tad-decizjoni f’din l-istess kawza ma jista’ qatt jikkostitwixxi res judicata
fil-kawza l-ohra.
Il-Qorti tosserva ulterjorment li anke jekk seta’ kien hemm lok ghall-waqfien
ta’ dawn il-proceduri sakemm tigi deciza l-kawza pendenti quddiem ilPrim’Awla, ma saret l-ebda talba mill-konvenut ghas-soprasessjoni. Ghalkemm
is-soprasessjoni hija kkunsidrata bhala provvediment ta’ natura straordinarja
ghaliex jikkostitwixxi eccezzjoni ghar-regola generali li kawza ghandha
3 Ara fol. 87: traskrizzjoni tax-xhieda ta’ Charles Spiteri fil-kawza 594/2018 (Prim’Awla) fl-ismijiet Charles
Spiteri vs Duncan Dimech.
Rikors Numru: 204/18 RM EXOR Group Limited (C-33910) vs Carmel sive Charles Spiteri 6
Illum, 25 ta’ Marzu 2021 Magistrat Dr. Rachel Montebello B.A. LL.D.
tinstema’ bla waqfien sakemm tigi deciza, din tista’ tinghata biss meta jirrizulta
li s-smigh ta’ zewg kawzi fl-istess waqt ma jkunx jista’ jsir. Madanakollu, ilQorti tqis illi fi kwalsiasi kaz, kien jispetta lil xi wahda mill-partijiet fil-kawza
sabiex taghmel talba ad hoc ghall-waqfien tal-kawza biex tistenna l-ezitu ta’
kawza u certament, m’hijiex kompitu tal-Qorti li tordna sponta sua li dan isir,
wisq inqas meta ma ghandha l-ebda atti ta’ kawza ohra quddiemha u ma jkun
intwera l-ebda raguni tajba biex jinghata provvediment ghas-soprasessjoni.
In tema tar-ragunijiet li jiggustifikaw is-soprasessjoni, il-Prim’Awla tal-Qorti
Civili fis-sentenza taghha fl-ismijiet Peter Arrigo Ltd vs Avv. Dr Christopher
Cilia nomine et4
, qalet hekk:-
“Ghal bosta snin, il-Qrati taghna sabu li t-twaqqif ta` smigh ta` kawza biex
tistenna l-ezitu ta` kawza ohra li diga` tressqet jew sakemm titressaq wahda fuq
punt eccezzjonali huwa rakkomandat biss fil-kaz meta jkun hemm lok ghassoluzzjoni ta` xi punt li minnu ta` bilfors tiddependi l-kawza li sejra titwaqqaf
(P.A. 12.4.1962 fil-kawza fl-ismijiet Azzopardi et vs Critien pro et (Kollez. Vol:
XLVI.ii.591) u App. Civ. 6.10.1999 fil-kawza fl-ismijiet Grima et vs Frendo et
(Kollez. Vol: LXXXIII.ii.393)”.5
Ghaldaqstant, l-ewwel eccezzjoni tal-konvenut in kwantu tirreferi ghallpendenza ta’ kawza ohra quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Civili ghar-rifuzjoni
tal-ammont diga` mhallas, u kwantu bbazata fuq lis alibi pendens, m’hijiex
tajba u qed tigi respinta.
Ikkunsidrat;
Fl-istess waqt, izda, il-konvenut jeccepixxi wkoll illi l-prezz mitlub mis-socjeta`
attrici huwa esagerat. Fix-xhieda tieghu quddiem il-Qorti, il-konvenut fisser illi
huwa kkuntratta mas-socjeta` attrici ghar-restwar komplut tal-vettura tieghu,
Triumph Herald bin-numru ta’ registrazzjoni KAL-513 abbazi ta’ stima
moghtija lilu fil-prezz ta’ bejn €8,000 u €10,000. Qal illi meta ffirma l-ftehim
4 Deciza 11 ta’ Dicembru 2003. Emfasi ta’ din il-Qorti.
5
Sottolinejar ta’ din il-Qorti.
Rikors Numru: 204/18 RM EXOR Group Limited (C-33910) vs Carmel sive Charles Spiteri 7
Illum, 25 ta’ Marzu 2021 Magistrat Dr. Rachel Montebello B.A. LL.D.
ghar-restawr tal-vettura, huwa fehem illi l-istima tal-prezz indikat kellha
tinkludi l-prezz tal-parts kif ukoll kull haga mehtiega biex il-vettura tinghata
lura lilu fi stat “street show”, madanakollu huwa spicca hallas l-ammont totali
ta’ iktar minn €26,000 filwaqt li biex seta’ jiehu l-pussess tal-vettura kellu
wkoll jiddepozita taht l-awtorita` tal-Qorti l-bilanc pretiz mis-socjeta` attrici fissomma ta’ €5,414.03. Ilmenta wkoll illi ghalkemm is-socjeta` attrici kienet
intrabtet li tlesti l-vettura f’terminu stipolat, ghaddew kwazi sentejn qabel ilvettura tlestiet.
Da parti taghha s-socjeta` attrici tikkontendi illi filwaqt li huwa minnu li hija
giet inkarigata mill-konvenut sabiex tirrestawra l-vettura tieghu b’mod komplut,
il-ftehim kien illi l-ispiza stmata tar-restawr fis-somma ta’ bejn €8,000 u
€10,000, kienet tkopri biss it-tnehhija taz-zebgha, it-tiswijiet tas-sadid, ittnehhija ta' ghafsiet zghar, zebgha b'kulur wiehed, tuning baziku tal-magna li
setghet titwettaq fil-garaxx taghha stess u l-ispezzjoni tas-sistemi tal-brakes, issistemi tal-isteering u s-sistemi elettrici ghall-fini li tigi determinata lkundizzjoni taghhom. Dan il-ftehim, skont is-socjeta` attrici, huwa rispekkjat
fil-formola ta’ awtorizzazzjoni tax-xogholijiet (Dok. A, fol. 16) fejn il-partijiet
qablu b’mod specifiku dwar dak ix-xoghol li kellu jigi inkluz fl-istima mnizzla
fid-dokument u l-kontenut tad-dokument gie spjegat lill-konvenut. Is-socjeta`
attrici ssostni wkoll illi r-restawr jew it-tibdil ta' kwalunkwe tapizzerija, xoghol
jew bdil ta' sistemi elettrici, ignition, brakes, steering u magna, bdil ta' roti u
rimmijiet u chroming jew bdil ta' parts u accessorji, ma kinux inkluzi fl-ispiza
stmata ghaliex il-ftehim sar b’dan il-mod proprju biex il-vettura tkun tista’ tigi
tigi restawrata in toto f’kull ma kien mehtieg.
Duncan Dimech, direttur tas-socjeta` attrici, fisser meta bdew ix-xoghlijiet u lvettura tal-konvenut giet zarmata, irrizulta li kien hemm izjed xoghol xi jsir
minn dak primarjament stmat u fost ohrajn, kellu jitqabbad specjalista lokali
biex jaghmel x-xoghlijiet tal-ibblastjar u sussegwentement irrizulta wkoll li kien
hemm problema estensiva ta’ sadid fil-vettura. Minn spezzjoni fuq il-partijiet
Rikors Numru: 204/18 RM EXOR Group Limited (C-33910) vs Carmel sive Charles Spiteri 8
Illum, 25 ta’ Marzu 2021 Magistrat Dr. Rachel Montebello B.A. LL.D.
mekkanici tal-vettura rrizulta wkoll li kien hemm problemi u perikoli li kien
jehtieg li jigu indirizzati, fosthom fil-brejkijiet, shock absorbers, sistema talelettriku u steering, kif ukoll fil-magna. Is-socjeta` attrici ssostni li hija
infurmat lill-konvenut b’mod preventiv bil-lista tal-parts tal-vettura li kien
hemm bzonn li jinxtraw b’zieda ma’ dawk li gew indikati originarjament u
huwa tahom l-awtorizzazzjoni tieghu biex jixtru l-parts kollha mehtiega biex ilprogett isir tajjeb u ma jkun hemm l-ebda perikolu fil-vettura. Barra minn hekk,
matul ix-xahar ta' Marzu 2017 il-konvenut gie infurmat ukoll li minhabba xxoghlijiet ulterjuri li rrizulta li kienu mehtiega, il-prezz tax-xogholijiet kellhom
jilhqu l-€15,000. Duncan Dimech ikkonferma li l-konvenut accetta li xxogholijiet ghandhom jitkomplew.
Is-socjeta` attrici tasserixxi illi l-konvenut fl-ebda hin ma wera
dizapprovazzjoni ghaz-zieda fil-prezz tal-parts u tax-xoghlijiet li kellhom
jitwettqu minnha. Tant hu hekk illi iktar tard fis-sena 2017 u 2018, inhargu
izjed statements li kienu wkoll mibghuta lill-konvenut fejn ghalkemm issocjeta` attrici kellha twettaq iktar xoghol minn dak miftiehem, xorta wahda ma
nqabzitx is-somma maqbula ta’ €l5,000. B’zieda ma’ dan, hija tikkontendi li lkonvenut mar diversi drabi jispezzjona l-vettura tieghu fil-garaxx tas-socjeta`
attrici u filwaqt li dejjem hareg kuntent bl-andament tax-xogholijiet, minn
zmien ghall-iehor kien jaghtihom istruzzjonijiet godda li komplew izidu malispejjez. Da parti taghha, is-socjeta` attrici dejjem wettqet l-istruzzjonijiet talkonvenut u istallat il-parts mehtiega minghajr izda, ma ntalab hlas addizzjonali
ghal xogholha biex jibqa’ jigi onorat il-ftehim dwar il-prezz massimu ta’
€l5,000. Is-socjeta` attrici sostniet ukoll illi fil-frattemp, il-konvenut kien
jeffettwa diversi pagamenti akkont tax-xogholijiet u sas-16 ta' Mejju 2018,
kienu rcevew total ta' €26,000 li kien jinkludi 1-€15,000 tax-xoghlijiet kif
miftiehem u l-hlas tal-parts tal-vettura.
Is-socjeta` attrici kompliet tfisser li meta l-vettura tlestiet, kien ghad fadal bilanc
fis-somma ta’ €7,623.02 rapprezentanti parts tal-vettura, tapizzerija u x-xoghol
Rikors Numru: 204/18 RM EXOR Group Limited (C-33910) vs Carmel sive Charles Spiteri 9
Illum, 25 ta’ Marzu 2021 Magistrat Dr. Rachel Montebello B.A. LL.D.
tal-mekkanik. Ghalkemm skont il-ftehim originali il-qbil kien illi l-prezz talparts tal-vettura li jinxtraw, iridu jithallsu bil-quddiem qabel jinxtraw, f’dan ilkaz is-socjeta` attrici accettat li tithallas meta l-vettura tingabar mill-konvenut.
Madanakollu, il-konvenut ghalkemm gabar il-vettura, minflok hallas, talab
kopja tal-fatturi kollha tal-parts li nxtraw ghall-vettura u wara li dawn
inghatawlu, huwa hallas biss pagament ta’ €2,000 u rrifjuta li jhallas ilkumplament.
Is-socjeta` attrici fissret li l-bilanc dovut mill-konvenut u mitlub f’din il-kawza,
fis-somma ta' €7,073.02, jikkonsisti fis-segwenti:-
1. €1,450 ghall-mizati tal-hazna skont il-klawzola 5 fit-termini u lkundizzjonijiet iffirmati;
2. € 800 ghal xoghlijiet mekkanici li saru minn specjalista:
3. € 200 ghal xoghlijiet elettrici li saru minn specjalista tal-elettriku;
4. € 958.44 ghal partijiet mekkanici li twahhlu mill-ispecjalist mekkaniku;
5. € 3,664.58 ordni ta' partijiet varji tal-vettura minghand Rimmer Bros
(fattura 517059) u l-ispiza biex twasslu Malta.
Kwantu ghall-hlas ta’ xogholijiet mekkanici specjalizzati fis-somma ta’ €800,
is-socjeta` attrici ssostni li din l-ispiza kienet giet awtorizzata mill-konvenut
preventivament, filwaqt li x-xogholijiet elettrici wkoll saru mill-istess
specjalista, certu John Aquilina.
Kwantu ghall-mizata tal-hazna, is-socjeta` attrici ghamlet referenza ghallklawsola 5 tal-ftehim konkluz bejn il-partijiet (Dok. A. fol. 16) fejn huwa
stipolat li wara t-tlestija tax-xogholijiet u sakemm il-vettura tingabar millklijent, ikun dovut ammont ta’ €25 kuljum ghall-hazna tal-vettura. Duncan
Dimech fisser illi l-konvenut kien gabar il-vettura izda sussegwentement
irrizulta li kien jonqos xi xoghol ta’ tapizzerija fis-saqaf, liema xoghol sar
ghand it-tappizzar certu Cutajar, kif ukoll xoghol ta’ zebgha fil-bibien, liema
Rikors Numru: 204/18 RM EXOR Group Limited (C-33910) vs Carmel sive Charles Spiteri 10
Illum, 25 ta’ Marzu 2021 Magistrat Dr. Rachel Montebello B.A. LL.D.
xoghol sar fil-garaxx tas-socjeta` attrici. Meta dawn ix-xogholijiet kienu lesti u
approvati, il-konvenut gie mgharraf b’dan u ntalab ihallas il-bilanc dovut qabel
jiehu l-vettura. Izda s-socjeta` attrici rrifjutat taghti l-vettura lura lill-konvenut
qabel isir il-hlas tal-kont u laqhu ghaddew xaharejn jew tlieta sakemm ilkonvenut iddepozita l-ammont tal-kont fil-Qorti u l-vettura giet rilaxxata lilu.
Sadanittant, billi l-vettura kienet qed tinzamm fil-pussess tas-socjeta` attrici,
hija talbet ukoll il-hlas tal-mizata gornaliera ta’ €25, b’zieda mal-bilanc dovut
fuq xogholijiet u parts.
Is-socjeta` attrici fissret in konkluzjoni illi l-kont finali gie iktar minn dak
previst fil-kuntratt ghaliex il-ftehim dwar stima ta’ bejn €8,000 u €10,000, kien
intlahaq limitatament biex jitnehha s-sadid u biex il-vettura tigi zarmata, terga’
tinghaqqad u tinzeba’, minghajr din l-istima ma kienet tinkludi l-prezz tal-parts
tal-vettura u xogholijiet addizzjonali. Hija ssostni li effettivament, saru ferm
iktar xogholijiet minn dawk originarjament miftiehma u previsti, filwaqt li ssocjeta` attrici hallset ukoll il-prezz tat-tapezzerija ghaliex il-konvenut kien
imsiefer.
Ikkunsidrat;
Il-Qorti tibda biex tosserva illi l-bazi tad-difiza tal-konvenut li huwa ma jridx
ihallas il-bilanc dovut, hija fondata primarjament fuq l-asserzjoni tieghu illi lprezz mitlub mis-socjeta` attrici huwa esagerat ghaliex filwaqt li l-ftehim li
ntlahaq mas-socjeta` attrici kien illi l-prezz tar-restawr ma kellux jaqbez issomma ta’ €10,000, huwa spicca hallas ferm iktar minn hekk.
M’huwiex kontestat u l-partijiet jaqblu li l-appalt moghti lis-socjeta` attrici kien
ghar-restawr komplut tal-vettura KAL-513. Duncan Dimech xehed “ghandi
awtorizzazzjoni biex naghmillu l-karozza kollha”
6
, u dan huwa affermat mill6
Fol. 104
Rikors Numru: 204/18 RM EXOR Group Limited (C-33910) vs Carmel sive Charles Spiteri 11
Illum, 25 ta’ Marzu 2021 Magistrat Dr. Rachel Montebello B.A. LL.D.
konvenut meta xehed illi huwa ta struzzjonijiet lis-socjeta` attrici biex il-vettura
kellha tigi restawrata “the best”.
Madanakollu, minn ezami hafifa tal-ftehim Dok. A, iffirmat miz-zewg partijiet,
hu ovvju li l-istima moghtija fis-somma ta’ bejn €8,000 u €10,000 kienet tkopri
x-xoghlijiet indikati fis-sezzjoni intestata Job Details. Hawnhekk jirrizulta li xxogholijiet li talab il-konvenut kienu dawk espressament indikati fuq iddokument, cioe`- paint stripping; inspection tas-sistemi tal-brakes, steering u
elettriku ; xoghol fuq sadid u tiswija ta’ ghafsiet fil-vettura ; zebgha ; restawr
tat-tapizzerija jew xiri ta’ tapizzerija gdida ; tuning tal-magna ; xiri ta’ roti
« wire wheels » ; tindif tat-trim ; bumper, rubber u weather strips.
Il-ftehim jaghmilha wkoll car illi l-items tax-xoghol immarkati b’ « * »
m’humiex inkluzi fl-ispiza stmata. Minn dan il-Qorti fehmet illi r-restawr tattapizzerija, ix-xiri ta’ tapizzerija gdida, it-tuning tal-magna, roti, u bumper,
rubber + weather strips, li jinsabu hekk immarkati b’« * », ma kienux
jifformaw parti mill-istima moghtija mis-socjeta` attrici.
Kif rajna, il-verzjoni tas-socjeta` attrici hi li fil-kors tar-restawr inqala’ l-htiega
ta’ diversi parts u xogholijiet li ma kienux previsti fil-ftehim originali.
Ghalkemm il-konvenut inizzjalment cahad illi huwa kien zied max-xoghol
originarjament miftiehem, sussegwentement fix-xhieda tieghu, fuq domanda
tal-Qorti, huwa xehed hekk :-
Carmel Spiteri : « Meta jiena ghidtlu li din irridha from A to Z, jigifieri, jekk
hemm bzonn bicca wire jrid jaghmilha. »
Magistrat : « Id-diskrezzjoni tieghu biex igibha tajjeb. »
Carmel sive Charles Spiteri : « … meta qed issemmi seats u tapezzerija dawk
jien hallasthom extra.”
Ukoll:-
Rikors Numru: 204/18 RM EXOR Group Limited (C-33910) vs Carmel sive Charles Spiteri 12
Illum, 25 ta’ Marzu 2021 Magistrat Dr. Rachel Montebello B.A. LL.D.
Magistrat: “jigifieri qed taqbel li dawk l-affarijiet ma kienux inkluzi fl-istima
tapizzerija?”
Carmel sive Charles Spiteri: “Le ma kienux »
7
Mill-kumpless tal-provi, il-Qorti hija sodisfatta illi l-verzjoni tas-socjeta` attrici
li ghad il-vettura kellha tigi restawrata b’mod komplut, il-prezz ta’ diversi parts
u xogholijiet immarkati fil-ftehim kienu eskluzi mill-istima indikata fl-istess
ftehim, hija veritjera. Tqis ukoll illi l-verzjoni tal-konvenut illi huwa kien taht
l-impressjoni l-istima indikata fil-ftehim kienet tkopri l-ispejjez kollha, oltre li
m’hijiex verosimili, giet kontradetta minnu stess fix-xhieda tieghu8 kif ukoll
meta afferma illi matul iz-zmien li l-vettura kienet qed tigi restawrata, huwa
kien jigi infurmat dwar il-prezzijiet tal-parts u kien jikkonfermahom, tant illi
ghamel diversi pagamenti lis-socjeta` attrici fosthom ghall-prezz ta’ parts. Ilkonvenut xehed hekk:-
“Dr. Edward Gatt: “Meta kienu jsiru x-xogholijiet qatt informawk l-ispejjez
kemm kienu jkunu? Jghidulek ‘ara, ha nibdlu hekk u ja jiswa daqshekk.
Immexxu jew le?’ kont tigi infurmat?”
Xhud: “Gieli kont nigi, iva.”
9
Barra minn hekk, il-konvenut, meta gie mistoqsi jghid jekk kienx qed ikun
infurmat dwar il-parts li kienu qeghdin jinxtraw ghall-vettura tieghu u dwar ilprezzijiet, wiegeb fl-affermattiv
10 u kkonferma ulterjorment illi gie li kien imur
fil-garaxx tas-socjeta` attrici biex jara l-vettura11 matul iz-zmien li kien qed isir
ir-restawr.
7
Fol. 173.
8 Ara parti tad-depozizzjoni appena citata kif ukoll fol. 176, xhieda tal-konvenut in kontro-ezami, 25 ta’
Novembru 2020: Magistrat : « Il-parts ghalik kienu ha jkuni inkluzi f’dik l-istima ? » Carmel sive Charles Spiteri :
« Nahseb jiena. » [emfasi mizjuda]
9 Ara traskrizzjoni tax-xhieda ta’ l-attur Carmel Spiteri fil-kawza 594/2018 fl-ismijiet Charles Spiteri v. Duncan
Dimech.
10 Ara fol. 173, xhieda tal-konvenut in kontro-ezami, 25 ta’ Novembru 2020.
11 Fol. 172.
Rikors Numru: 204/18 RM EXOR Group Limited (C-33910) vs Carmel sive Charles Spiteri 13
Illum, 25 ta’ Marzu 2021 Magistrat Dr. Rachel Montebello B.A. LL.D.
Dan kollu fil-fehma tal-Qorti ikompli jaghti sostenn lill-verzjoni tas-socjeta`
attrici illi l-istima mnizzla fil-ftehim Dok. A (fol. 16) kienet limitata ghal certu
xoghol biss indikdat specifikatament fid-dokument iffirmat bejn il-partijiet.
Rigward specifikatament l-ispejjez tax-xogholijiet mekkanici fis-somma ta’
€800 li thallset lil certu John Aquilina, gie ppruvat sodisfacjentement illi lkonvenut mhux talli gie mgharraf preventivament bix-xoghol mehtieg u blistima tal-prezz tax-xoghol, talli accetta li dan ix-xoghol isir bil-prezz stmat u
insista li l-vettura tittiehed ghand il-mekkanik in kwistjoni12
. Huwa minnu illi
skont kif jirrizulta mill-Job Authorisation Form, l-istima tas-socjeta` attrici ma
kienetx tinkludi xoghol mekkaniku (dan ma giex indikat specifikatament bhala
inkluz fl-appalt), izda l-Qorti fehmet illi l-htiega ta’ dawn ix-xogholijiet
inqalghet biss sussegwentement, wara li s-sistema tal-brakes u steering giet
spezzjonata skont kif miftiehem il-ftehim u sarilha “strip down”. Hekk fil-fatt
xehed Duncan Dimech fl-Affidavit tieghu, liema verzjoni ma gietx kontradetta
mill-konvenut.
Il-Qorti tosserva illi ghalkemm ix-xogholijiet mekkanici li saru minn John
Aquilina, gew ezegwiti fi Frar 2018, cioe` meta x-xogholijiet ta’ restawr kienu
waslu fi stadju avvanzat, hija konvinta mill-kumpless tal-provi illi s-socjeta`
attrici kienet imxiet bl-istess mod matul l-ezekuzzjoni tal-appalt kollu, billi
kienet izzomm lill-konvenut infurmat bil-parts li kellhom jinbiddlu u jinxtraw u
bl-ispiza involuta, kif del resto afferma l-konvenut innifsu fix-xhieda tieghu.
Ghall-Qorti dan ifisser li l-konvenut kien jaf tajjeb li l-parts kienu eskluzi
mill-istima, u illi kien jaf tajjeb ukoll liema parts kienu qed jinxtraw gharrestawr tal-vettura tieghu u l-prezzijiet taghhom u tax-xoghol relattiv u
accetta li dawn hekk jinxtraw.
12 Ara skambju ta’ messaggi, Dok. J, fol. 67.
Rikors Numru: 204/18 RM EXOR Group Limited (C-33910) vs Carmel sive Charles Spiteri 14
Illum, 25 ta’ Marzu 2021 Magistrat Dr. Rachel Montebello B.A. LL.D.
Kwantu mbaghad tax-xoghol fuq is-sistema elettrika tal-vettura, liema xoghol
ukoll gie ezegwit mill-imsemmi John Aquilina13 bil-prezz ta’ €200, ghalkemm
huwa minnu li l-partijiet qablu fil-Job Autorisation Form li s-sistema elettrika
tal-vettura tigi ispezzjonata mis-socjeta` attrici, il-Qorti fehmet illi x-xoghol
elettriku li kien mehtieg kien imur ferm oltre semplici spezzjoni kif miftiehem
fil-Job Authorisation Form. Kemm hu hekk, dan ix-xoghol ma giex ezegwit
direttament mis-socjeta` attrici izda gie appaltat lil sub-appaltatur specjalizzat,
skont kif del resto fisser Duncan Dimech fix-xhieda tieghu. Ghal darb’ohra, ilkonvenut ma kkontestax li dan ix-xoghol effettivament sar u qatt ma asserixxa li
l-prezz relattiv mhux gustifikat, jew li ma giex mgharraf b’dan ix-xoghol. Kif
rajna, il-konvenut jikkontendi biss b’mod generali li l-prezz globali li kellu
jhallas lis-socjeta` attrici ghar-restawr tal-vettura tieghu, huwa wiehed esagerat.
Ikkunsidrat;
Il-Qorti hija ugwalment konvinta illi l-konvenut kien mgharraf biz-zieda flistima tal-prezz tax-xogholijiet li kellhom jitwettqu mis-socjeta` attrici: minn
€8,000/€10,000 sa €15,000. Fir-rigward, Duncan Dimech ikkonferma fixxhieda tieghu illi l-konvenut gie mgharraf bit-talba ghal din iz-zieda fil-prezz
ta’ dan ix-xoghol, f’Marzu 2017 meta sar strip down tal-vettura. Huwa sostna
illi f’dan l-istadju inkixef hafna iktar sadid milli kien gie kostatat waqt lispezzjoni originali tal-vettura kif ukoll gew innotati problemi serji fis-sistema
tal-brakes u fis-sistema elettrika, fost ohrajn, tal-vettura. Huwa evidenti minnumru ta’ statements esebiti fl-atti, liema statements kienu jinhargu
perjodikament matul l-ezekuzzjoni tal-appalt, illi l-ammont dovut ghal mano
d’opera (“Total Work”) kien ilu jigi indikat bhala “capped at €15,000” sa millinqas it-2 ta’ April 2017.
Il-Qorti tosserva illi l-jedd li tigi applikata zieda fuq l-istima originali, f’kaz li
dan ikun mehtiega minhabba l-kundizzjoni tal-vettura kif kostatata wara strip
13 Ara invoice a fol. 52 u 53, datat 26 ta’ April 2018.
Rikors Numru: 204/18 RM EXOR Group Limited (C-33910) vs Carmel sive Charles Spiteri 15
Illum, 25 ta’ Marzu 2021 Magistrat Dr. Rachel Montebello B.A. LL.D.
down, huwa f’kull kaz mahsub fit-tieni faccata tal-Job Autorisation Form (Dok.
A) taht is-sezzjoni intestata Terms and Conditions, fejn jinsab stipolat hekk:-
“Any indicated price and time frames are an estimate and they may vary based
on the condition of the vehicle determined after strip down. …”
Hawnhekk izda, jehtieg li tigi sorvolata l-kwistjoni li nqalghet waqt ix-xhieda
tal-konvenut in kontro-ezami, dwar l-applikabbilita` o meno tal-kundizzjonijiet
elenkati f’din it-tieni faccata tal-Job Authorisation Form. Dan ghaliex din ittieni faccata14
, diversament mill-ewwel faccata tal-Job Authorisation Form15
,
m’hijiex iffirmata mill-konvenut. Il-konvenut, fid-depozizzjoni tieghu in
kontro-ezami, cahad illi huwa kien gie muri xi dokument kontenenti t-termini u
kundizzjonijiet tal-appalt jew li dawn it-termini u kundizzjonijiet gew diskussi
jew imfissrin lilu meta giet iffirmata l-istima.
Izda l-Qorti, wara li semghet lill-konvenut jidddeponi u qieset il-komportament
tieghu fuq il-pedana kif ukoll wara li qieset l-intervenzjonijiet mhux f’lokhom u
f’waqthom matul din il-parti tad-depozizzjoni, min-naha tal-abbli avukat talistess konvenut, ma hija xejn konvinta bil-verzjoni tal-istess konvenut li ma
kienx hemm dokument anness mal-istima kontenenti t-termini u kundizzjonijiet
tal-appalt. Kemm hu hekk, il-konvenut, eventwalment, xehed hekk:-
“Mela jien ma qrajtx fuq wara u s-Sur Dimech ma fehmulix lanqas… »
16
Ghall-kuntrarju, mill-kumpless tax-xhieda, hija sodisfatta illi l-konvenut mhux
biss kien jaf bl-ezistenza ta’ dan id-dokument izda wkoll illi d-dokument
jifforma parti mill-ftehim milhuq bejn il-partijiet.
14 Fol. 17.
15 Fol. 16.
16 Kontro-ezami tal-konvenut, fol. 156. Emfasi tal-Qorti.
Rikors Numru: 204/18 RM EXOR Group Limited (C-33910) vs Carmel sive Charles Spiteri 16
Illum, 25 ta’ Marzu 2021 Magistrat Dr. Rachel Montebello B.A. LL.D.
F’kull kaz, ftit jista’ jkun hemm dubju li d-dokument li jinsab a fol. 17
jikkonsisti effettivament fit-tieni faccata tal-Job Authorisation Form, ghaliex hu
manifest li f’din it-tieni faccata wkoll fiha taghrif relevanti ghall-appalt bi
tkomplija mad-dettalji tal-vettura, dettalji tal-appalt u dettalji tal-klijent, fost
ohrajn, li jinsabu elenkati fl-ewwel faccata. B’zieda ma’ dan, il-Qorti tosserva
illi l-Job Authorisation Form (Dok. A), gie certifikat minn Dr. Elaine Degiorgo
bhala vera kopja tal-original, b’liema certifikazzjoni l-Qorti tifhem illi l-abbli
avukat ikkonfermat illi hija ghamlet kopja tad-dokument original konsistenti
f’zewg faccati. Din ic-certifikazzjoni qatt ma giet kontestata f’din il-kawza
u ghall-Qorti sservi bhala prova bizzejjed li d-dokument original
jikkonsisti fiz-zewg faccati li jinsabu a fol. 16 u 17 tal-atti.
Biex tkompli tigi trattata l-kwistjoni taz-zieda fuq l-istima originali taxxogholijiet li kellhom jitwettqu mis-socjeta` attrici, jirrizulta li l-konvenut,
rinfaccjat bil-verzjoni tas-socjeta` attrici li huwa ma kienx oggezzjona ghazzieda fil-prezz tax-xogholijiet sal-ammont ta’ €15,000, baqa’ ma ressaq l-ebda
prova kuntrarja u mill-provi jirrizulta illi huwa hallas xejn inqas minn erba’
pagamenti lis-socjeta` attrici sussegwentement ghal din iz-zieda fil-prezz
tax-xoghol kif jidher fl-istatements relattivi17. B’zieda ma’ dan, il-Qorti
tosserva wkoll illi minkejja li s-sighat tax-xoghol imwettaq mis-socjeta` attrici
fuq il-vettura, isarrfu f’valur li ssupera l-limitu tal-istima ta’ €15,000 bi kwazi
€23,00018, is-socjeta` attrici baqghet qatt ma talbet il-hlas tal-eccess u llimitat ittalba taghha ghas-somma ta’ €15,000.
Dan kollu jikkonvinci lill-Qorti li l-verzjoni tas-socjeta` attrici fir-rigward,
ghandha mis-sewwa u gie sodisfacjentment ippruvat mhux biss li l-konvenut
kien jaf biz-zieda fl-istima tax-xogholijiet, izda wkoll li huwa approva - ghad
tacitament - din iz-zieda meta ppermetta t-tkomplija tat-twettiq tal-appalt u
kompla jhallas diversi pagamenti akkont tal-prezz tal-appalt.
17 Ara fol. 66.
18 Ara fost ohrajn, Dok. I, fol. 64.
Rikors Numru: 204/18 RM EXOR Group Limited (C-33910) vs Carmel sive Charles Spiteri 17
Illum, 25 ta’ Marzu 2021 Magistrat Dr. Rachel Montebello B.A. LL.D.
Wara kollox, kieku verament il-ftehim bejn il-partijiet kien illi l-istima moghtija
mis-socjeta` attrici fil-Job Authorisation Form kellha tkopri wkoll,
addizzjonalment ghax-xoghol imwettaq mis-socjeta` attrici nnifisha, il-parts u
x-xogholijiet l-ohra kollha mehtiega ghar-restawr komplut tal-vettura, u kieku lprezz tal-appalt kien esagerat, il-Qorti tistenna li l-konvenut kien joggezzjona
specifikatament hekk kif il-hlasijiet minnu effettwati ssuperaw is-somma ta’
€10,000 fi stadju meta t-twettiq tal-appalt kien evidentement ghadu ‘l
boghod u zgur mhux meta r-restawr kien komplut u s-socjeta` attrici kienet qed
titlob il-hlas tal-bilanc pendenti qabel il-vettura tingabar mill-konvenut.
Madanakollu, ma tressqet l-ebda prova illi l-konvenut kien talab, f’xi zmien
qabel it-tlestija tal-appalt, xi rendikont tax-xogholijiet u tal-prezzijiet tal-parts,
jew li oggezzjona b’xi mod ghat-twettiq tal-appalt mis-socjeta` attrici. Kienet
tistenna wkoll, de minimis, illi l-konvenut fix-xhieda tieghu f’din il-kawza,
jidentifika liema parts tal-vettura ma jaqbilx li kellhom jinxtraw u liema parts
inxtraw bi prezz li skont hu, huwa esagerat. Il-fatti juru b’mod evidenti li lkonvenut hallas ammont komplessiv ta’ mhux inqas minn €24,000 qabel
iddecieda li l-ammonti li hallas huma esagerati19
.
B’zieda ma’ dan, il-Qorti tosserva wkoll li l-konvenut naqas milli jindika liema
items specifici fil-kont finali mahrug mis-socjeta` attrici, qed jigu kontestati u
naqas ukoll milli juri liema mix-xogholijiet u parts ma kienux mehtiega gharrestawr komplut tal-vettura kif rikjest minnu stess, jew kif il-prezz relattiv mhux
dovut jew huwa eccessiv. M’huwiex kontestat illi l-vettura tinsab fil-pussess
tal-konvenut u ghalkemm il-konvenut allega li kien hemm xi xoghol li ma sarx
tajjeb, fosthom fis-sistema tal-brakes, il-bieba u r-roti, baqa’ ma ressaq l-ebda
prova in sostenn ta’ din l-allegazzjoni u ma wera bl-ebda mod kif il-parts li
twahhlu jew ix-xogholijiet li saru fuq il-vettura u li l-prezz taghhom ghadu
mhux imhallas, m’humiex idoeni jew li saru hazin. Kif diga` nghad, il19 Ara fol. 62.
Rikors Numru: 204/18 RM EXOR Group Limited (C-33910) vs Carmel sive Charles Spiteri 18
Illum, 25 ta’ Marzu 2021 Magistrat Dr. Rachel Montebello B.A. LL.D.
konvenut ma identifika l-ebda xoghol jew item jew part partikolari, fost l-items
kollha indikati fil-kontijiet esebiti mis-socjeta` attrici fl-atti, li ma kellux isir jew
li ma kellux jinxtara bil-prezz li effettivament qed jintalab u lanqas ikkontesta lfatt illi s-socjeta` attrici hallset hija stess ghall-akkwist ta’ dawn il-parts u ghaxxogholijiet imwettqa minn specjalisti ohrajn.
Ghaldaqstant, l-ammont pretiz mis-socjeta` attrici rapprezentanti l-bilanc fuq ilprezz ta’ xogholha kif ukoll ta’ parts u xogholijiet ohrajn ezegwiti ghall-fini tarrestawr tal-vettura, huwa dovut.
Ikkunsidrat;
Inkluz fis-somma komplessiva mitluba fir-Rikors promotur kwantu ghall-prezz
ta’ parts u xoghol, huwa l-ammont ta’ €1,228.81 rapprezentanti spejjez ta’
magazzinagg ghal tmienja u hamsin (58) gurnata mis-17 ta’ Mejju 2018 sat-13
ta’ Lulju 2018, b’applikazzjoni tair-rata ta’ €25 kuljum. Is-socjeta` attrici
ssostni li skont kif stipolat fil-hames paragrafu tal-parti mill-ftehim intestat
Terms and Conditions20, f’kaz li x-xoghol ta’ restawr ikkommissjonat ikun
tlesta izda ma jkunx thallas l-ammont kollu dovut mill-klijent, il-vettura tigi
magazzinata f’post sigur bi spiza ta’ €25 kuljum sakemm isir il-hlas.
Il-Qorti tibda biex tosserva li l-ligi fl-Artikolu 1892 tal-Kodici Civili hija cara
illi l-kuntratt ta’ depozitu huwa wiehed “gratuwitu bla hsara ta’ kull ftehim
kuntrarju.” Ghaldaqstant, il-Qorti tqis li jispetta lis-socjeta` attrici, bhala ddepozitarja f’dan il-kaz, tipprova mhux biss li kien hemm ftehim validu ghallhlas ta’ kumpens ghaz-zamma tal-vettura izda wkoll x’kienet ir-rata miftiehma
u d-data meta skatta u ntemm l-obbligu tal-hlas da parti tad-depozitant.
Il-Qorti rat l-ewwel paragrafu tal-imsemmija termini u kundizzjonijiet,
kontenenti l-istipolazzjoni dwar l-ispiza gornaliera tal-magazzinagg dovut lis20 Parti mill-Job Authorisation Form (fol. 17).
Rikors Numru: 204/18 RM EXOR Group Limited (C-33910) vs Carmel sive Charles Spiteri 19
Illum, 25 ta’ Marzu 2021 Magistrat Dr. Rachel Montebello B.A. LL.D.
socjeta` attrici wara t-tlestija tax-xogholijiet ta’ restawr, u fehmet illi l-obbligu
ghall-hlas ta’ spejjez ta’ maganizzag huwa marbut mal-hlas tal-prezz tal-appalt
anizcche` mal-gbir tal-vettura mill-pussess tas-socjeta` attrici. Il-klawsola
relattiva tghid hekk:-
Whilst we wish our clients to enjoy their vehicles as soon as we finish
restoration, the Guild restos and customs will not release any vehicle to its
owner if there are any pending fees. Until such time that all fees are fully paid
up, we will store your car in a secure facility at a charge of €25 a day.
Diga` gie stabbilit illi t-tieni faccata tal-Job Authorisation Form kienet inghatat
lill-konvenut u b’hekk huwa prezunt li kien jaf bit-termini u kundizzjonijiet talappalt, fosthom bl-ammont ta’ kumpens dovut ghall-magazzinagg tal-vettura
sakemm jithallas l-ammont dovut ghar-restawr taghha.
Izda lil hinn dan, il-Qorti thoss li ghandha tistharreg jekk dawn it-termini u
kundizzjonijiet, galadarba dan huwa kuntratt li sar bejn kummercjant u
konsumatur kif mahsub fl-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (“l-Att”)
21 u fih
diversi oneri imposti fuq il-konvenut qua konsumatur, humiex enforzabbli fiddawl sija tal-kuncett bazilari tal-buona fede fil-kuntratti u sija wkoll tan-normi
specjali ta’ tutela tal-konsumatur kif enuncjati mid-Direttivi relevanti tal-Unjoni
Ewropeja kif ukoll fl-imsemmi Att u fid-diversi regolamenti promulgati bissahha tieghu.
In materja gie ritenut:-
Bhala punt ta’ tluq jibda biex jigi osservat illi, di regola, fil-konvenzjonijiet
ordinarji l-kontraenti jaslu ghall-formazzjoni taghhom, skond il-principji ta’ dik
il-liberta u awtonomija, bil-partecipazzjoni ta’ trattattivi esprimenti l-volonta`
negozjali taghhom. Ukoll f’dik il-fazi pre-kontrattwali ghandha parti
sinjifikattiva l-bwona fede tal-kontraenti, intiza din bhala dak id-dover li lpartijiet jinformaw lil xulxin b’dawk l-elementi ta’ intendiment aktar preciz u
ezatt tal-kuntratt li jkun ser isir. Huwa utli li jinghad li f’dan l-istess dover ta’
21 Kap. 378 tal-Ligijiet ta’ Malta.
Rikors Numru: 204/18 RM EXOR Group Limited (C-33910) vs Carmel sive Charles Spiteri 20
Illum, 25 ta’ Marzu 2021 Magistrat Dr. Rachel Montebello B.A. LL.D.
informazzjoni ghandhom ikunu maghrufa u spjegati wkoll kull kawza ta’ linefficjenza tal-kuntratt jew il-kawzi ta’ l-inadempiment tieghu.
22
Id-Direttiva 93/13 EC tal-5 ta’ April 1993 li tittratta klawsoli ingusti f’kuntratti
mal-konsumatur, tehtieg bhala wiehed mill-principji fondamentali taghha, linnegozjar individwali ta’ klawsoli kuntrattwali li jikkawzaw zbilanc
sinjifikanti fid-drittijiet u obbligi tal-partijiet li johrogu mill-kuntratt, bi
hsara ghall-konsumatur. Dan japplika b’mod partikolari fejn il-konvenzjoni
jkun fiha kondizzjonijiet standard prefissati mill-kummercjant li jkunu ferm
iktar oneruzi ghall-konsumatur milli ghall-kummercjant u li fihom, ilkonsumatur ma jkunx ippartecipa ghall-formazzjoni jew imposizzjoni taghhom.
Dan il-principju gie traspost fl-ordinament guridiku lokali permezz talintroduzzjoni bl-Att XXVI tal-2000 ta’ Taqsima gdida (VII) intestata “klawsoli
mhux gusti f’kuntratti”.
L-imsemmija Taqsima VII tal-Att tiddisponi li fost espressjonijiet ingusti u
konsegwentement ipprojibiti u li jiddahhlu f’kuntratti mal-konsumatur, wiehed
isib espressjonijiet li jkollhom l-iskop jew l-effett li:-
(g) jeħtieġu lil konsumatur li jkun naqas milli jwettaq l-obbligazzjoni tiegħu, li
jħallas b’kumpens lill-kummerċjant ammont li jkun sproporzjonatament
għoli ħdejn il-valur tal-oġġetti jew is-servizzi mixtrijin jew mikrijin;
(h) jistabbilixxu l-kumpens li għandu jitħallas minn konsumatur li jkun naqas li
jwettaq l-obbligazzjonijiet tiegħu, mingħajr ma jipprovdu għal kumpens
daqsinsew mill-kummerċjant li jkun naqas mill-istess ħaġa.
Il-Qorti tqis illi l-oneru tal-prova li xi kundizzjoni standard f’kuntratt malkonsumatur giet negozjata b’mod individwali mal-klijent23
, jaqa’ bis-shih fuq ilkummercjant jew il-fornitur tas-servizz b’mod li, stabbilit li l-klawsola in
22 Raymond Camilleri et v. Touring Mediterraneo Limited – Appell Inferjuri, deciz 6.10.2010.
23 Ara wkoll Artikolu 3 tad-Direttiva 93/13EC.
Rikors Numru: 204/18 RM EXOR Group Limited (C-33910) vs Carmel sive Charles Spiteri 21
Illum, 25 ta’ Marzu 2021 Magistrat Dr. Rachel Montebello B.A. LL.D.
dizamina hija wahda prefissa, jispetta lilu li jipprova fil-grad li trid il-ligi li din
giet negozjata bil-kunsens espress tal-konsumatur.
Huwa minnu li l-obbligu ghall-hlas addizzjonali ta’ rata gornaliera sakemm
jithallas il-kont shih, facilment jista’ jinftiehem mill-konsumatur ordinarju u
konsegwentement, il-klawsola in dizamina f’din il-kawza hija mitkuba b’lingwa
sempici kif ordinarjament mitkellma, kif inhuwa del resto mehtieg mill-Artikolu
47 tal-Kap. 378. Madanakollu, il-Qorti ma ghandha l-ebda dubju li l-konvenut
ma kellu l-ebda rwol fl-innegozjar ta’ dan il-patt konvenzjonali li evidentement
huwa wiehed li gie prefiss mis-socjeta` attrici fuq formula standard. Hija
konvinta wkoll li s-socjeta` attrici ma fissritx din il-klawsola b’mod individwali
u specifiku lill-konvenut waqt id-diskussjonijiet li wasslu ghal ftehim ta’
restawr tal-vettura tieghu u ma fittxetx il-kunsens espress tieghu ghallimpozizzjoni ta’ dan l-obbligu.
Tant hu hekk, li Duncan Dimech fix-xhieda tieghu ma jsemmi mkien illi huwa
spjega lill-konvenut li sakemm l-ammont kollu pretiz fuq l-appalt jigi saldat
minnu, ikun obbligat ghall-hlas tad-depozitu tal-vettura. Dan minkejja illi lapplikazzjoni ta’ din il-klawsola issarraf f’obbligu ta’ hlas tas-somma ta’ xejn
inqas minn €750 fix-xahar li, fil-fehma tal-Qorti u applikat il-kriterji stabbiliti
fid-dispozizzjonijiet tal-Artikolu 45(1) tal-Kap. 378, huwa ammont ferm
sproporzjonat meta mqabbel max-xorta tas-servizzi u l-istima tal-appalt fissomma totali ta’ €10,000 li giet negozjata fiz-zmien tal-kuntratt24
. Inoltre, ilkuntratt ma fih l-ebda stipolazzjoni dwar xi obbligu reciproku tas-socjeta` attrici
f’kaz li hija tonqos mill-obbligi taghha.
Dan il-kunsens espress tal-konvenut ghall-patt konvenzjonali in kwistjoni kien
mehtieg specifikatament mid-dispozizzjonijiet tar-regolament 24 tarRegolamenti dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur fl-Avviz Legali 439/2013 (L.S.
378.17) li jistipola:-
24 Ara Art. 45(2) tal-Kap. 378.
Rikors Numru: 204/18 RM EXOR Group Limited (C-33910) vs Carmel sive Charles Spiteri 22
Illum, 25 ta’ Marzu 2021 Magistrat Dr. Rachel Montebello B.A. LL.D.
Qabel ma l-konsumatur ikun marbut bil-kuntratt jew bl-offerta, il-kummerċjant
għandu jfittex il-kunsens espress tal-konsumatur għal kwalunkwe ħlas
addizzjonali li jiżdied mal-pagament miftiehem għall-obbligu kuntrattwali
ewlieni tal-kummerċjant25
.
Illi dan kollu jfisser li l-klawsola fil-Job Authorisation Form (Dok. A) li
tipprovdi ghall-hlas ta’ rata gornaliera ghall-magazzinagg tal-vettura talkonvenut sakemm ma jithallas in toto l-ammont dovut fuq l-appalt, hija wahda
ingusta mhux biss ghaliex ma gietx negozjata espressament, izda wkoll ghaliex
tirreintra sfiq fid-definizzjoni ta’ espressjoni projibita kif mahsub fis-subincizi
tal-Artikolu 44(2) appena citati. Maghdud dan il-fatt li l-klawsola in dizamina
tohloq zbilanc evidenti u sinjifikanti bejn id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet
tal-partijiet fil-kuntratt b’detriment tal-konvenut bhala l-konsumatur, skont kif
mahsub fl-Artikolu 45(1) tal-Att.
Il-Qorti tqis ukoll illi ghalkemm ma jirrizultax li t-termini u kundizzjonijiet
stipolati fil-Job Authorisation Form jistghu jitqiesu li huma kollha ingusti jew
eccessivament oneruzi ghall-konvenut, dan ma hu ta’ ebda xkiel ghall-effett ta’
ineffikacja ta’ klawsola wahda biss, purche` l-kuntratt jista’ jibqa’ jissusisti
minghajr dik il-klawsola partikolari. Dan ghaliex l-Artikolu 46 tal-Att jipprovdi
illi kuntratt li jsir mal-konsumatur li jkun jinkludi xi espressjonijiet projbiti jew
mhux ġusti, ma jkunx jorbot lill-konsumatur kemm-il darba l-kuntratt ma jkunx
jista’ jibqa’ jeżisti mingħajr dik l-espressjoni mhux justa. Fil-kaz in dizamina,
huwa evidenti li l-kuntratt jibqa’ jissussisti facilment minghajr il-klawsola
impunjata u ghalhekk, huwa validu ghall-kumplament26
.
25 Reg. 19(2): Ir-regolamenti 21, 23 u 24 għandhom japplikaw għall-kuntratti ta’ bejgħ u ta’ servizz u għallkuntratti għall-provvista ta’ilma, gass, elettriku, jew kontenut diġitali. “Kuntratt ta’ servizz” huwa definit mirregolament 2 bhala kwalunkwe kuntratt li mhuwiex kuntratt ta’ bejgħ li abbażi tiegħu l-kummerċjant jipprovdi
jew jimpenja ruħu li jipprovdi servizz lill-konsumatur u l-konsumatur iħallas jew jimpenja ruħu li jħallas il-prezz
ta’ dan;
26 Hawnhekk ghandu jinghad illi l-ftehim in dizamina jimponi fuq il-klijent l-istess obbligu ta’ hlas ta’ kumpens
b’rata gornaliera, anke fl-eventwalita` li l-klijent ma jeffettwax “interim payments” minghajr, izda, ma tezisti
definizzjoni tal-modalita` u rata li jikkostitwixxu dawn l-interim payments. Dan ifisser illi t-tifsira ta’ interim
Rikors Numru: 204/18 RM EXOR Group Limited (C-33910) vs Carmel sive Charles Spiteri 23
Illum, 25 ta’ Marzu 2021 Magistrat Dr. Rachel Montebello B.A. LL.D.
B’zieda mal-premess, il-Qorti thoss li ghandha tissenjala wkoll illi b’referenza
ghall-kwistjoni tal-hlas tal-bilanc dovut fuq l-appalt, Duncan Dimech xehed
huwa kien kellem lill-konvenut u infurmah li jekk irid jigbor il-vettura jrid
ihallas il-kont li ghadu dovut skont kif kien hemm miftiehem fil-kuntratt. Hu
xehed hekk fir-rigward:-
“… jiena kellimt lis-Sur Spiteri ghidtlu : ‘Isma’’ ghidtlu ‘jiena ghandi dan lammont dovut’, ghidtlu ‘skont kif miftiehem fuq il-kuntratt, kell inti trid ilkarozza rridu naraw x’se jsir fuq il-kont.”
27
Izda mkien ma jirrizulta mix-xhieda illi meta Duncan Dimech gharraf lillkonvenut li l-vettura kienet lesta u li kellu bzonn ihallas biex jista’ jigborha,
gharrfu wkoll li fin-nuqqas ta’ hlas, kellu jiskatta wkoll l-obbligu ghall-hlas ta’
kumpens gornalier. Multo magis meta hu manifest mill-provi li x-xhud kien
diga` jaf illi l-konvenut kien xettiku dwar il-kontijiet u kien diga` naqas milli
jhallas il-kont fl-intier tieghu meta ha l-pussess tal-vettura l-ewwel darba ghallhabta bidu ta’ Mejju 2018. F’kull kaz, indipendentement mill-effetti tal-ligi
ghall-harsien tal-konsumatur, il-Qorti kienet tistenna, de minimis, illi l-avviz
dwar l-avverament tal-kundizzjoni li taghti lok ghall-obbligu tal-konsumatur
ghall-hlas, jinghata b’forma skritta lill-konvenut u mhux semplicement b’mod
verbali.
L-effetti ta’ din il-klawsola, ikkunsidrati fil-kumpless tac-cirkostanzi kollha talkonvenzjoni fiz-zmien meta din sehhet, iwasslu, fil-fehma tal-Qorti, ghal
skwilibriju evidenti bi hsara tal-konsumatur, bejn id-drittijiet u obbligi rispettivi
tal-partijiet. Ghalkemm kif stabbilit, il-klawsola dwar l-ispejjez tad-depozitu
tal-vettura sal-pagament tal-ammont dovut, tifforma parti mid-dokument
kontenenti diversi stipolazzjonijiet ohrajn regolanti l-appalt moghti lis-socjeta`
attrici, il-klawsola invokata mis-socjeta` attrici, ma tistax hlief titqies bhala
payments hija mhollija fid-diskrezzjoni assoluta tas-socjeta` attrici kif mahsub fis-subinciz (s) tal-Art. 44(2) talKap. 378.
27 Fol. 100.
Rikors Numru: 204/18 RM EXOR Group Limited (C-33910) vs Carmel sive Charles Spiteri 24
Illum, 25 ta’ Marzu 2021 Magistrat Dr. Rachel Montebello B.A. LL.D.
wahda ingusta kontenenti espressjoni li hija pprojibita mil-ligi u
konsegwentement ma jista’ jkollha l-ebda effett fir-relazzjoni guridika bejn ilpartijiet.
Il-Qorti ma ghandha l-ebda diffikolta` li tasal ghal din il-konkluzjoni minkejja lfatt illi l-konvenut, fil-kontestazzjoni tieghu tal-ammont reklamat f’din il-lkawza, ma jindirizzax b’mod specifiku it-talba ghall-hlas tal-kumpens ghaddepozitu tal-vettura. Kif rajna, il-konvenut jeccepixxi b’mod generali li huwa
hallas izjed minn dak li kien dovut u l-ammonti pretizi mis-socjeta` attrici huma
esagerati. Madanakollu dan in-nuqqas ma jistax iwaqqaf lill-Qorti milli
tapplika d-dispozizzjonijiet legali in materja ta’ kuntratti li jsiru ma’
konsumatur, multo magis meta l-klawola invokata mis-socjeta` attrici ghall-hlas
tal-ispejjez ta’ magazzinagg tirrientra manifestament entro t-tifsira ta’
“espressjoni ingusta” ghall-finijiet tal-Kap. 378, liema espressjonijiet, galadarba
huma bi ksur tad-divjet ta’ imgieba abbuziva stabbilita mill-Att ghal harsien talkonsumatu, huma kuntrarji ghal-ligi u kwindi huma wkoll nulli u minghajr
effett.
Ghall-kuntrarju, il-Qorti tkun qieghda tonqos jekk tiddeciedi li taghti effett ghal
klawsola li mid-dispozizzjoni espressa tal-ligi hija ineffikacja semplicement
minhabba li l-konvenut ma qajjimx eccezzjoni ad hoc dwar in-nullita` tal-patt
konvenzjonali in kwistjoni. Wara kollox, dawn l-istipolazzjonijiet legali,
mahsuba ghat-tutela tal-konsumatur kontra prattici ingusti talkummercjant li inevitabbilment jinsab f’pozizzjoni iktar vantaggjuza millkonsumatur, jitqiesu li huma normi ta’ ordni pubbliku u kwindi huma
sollevabbli mill-Qorti ex officio.
Dan kollu jfisser illi s-socjeta` attrici ma ghandhiex jedd tinvoka l-klawsola filhames paragrafu tat-termini u kundizzjonijiet tal-appalt. Konsegwentement, l-
Rikors Numru: 204/18 RM EXOR Group Limited (C-33910) vs Carmel sive Charles Spiteri 25
Illum, 25 ta’ Marzu 2021 Magistrat Dr. Rachel Montebello B.A. LL.D.
ammont pretiz in línea ta’ storage fees28 ghall-perijodu 13 ta’ Mejju 2018 sas17 ta’ Lulju 2018 bir-rata ta’ €25 kuljum, m’huwiex dovut mill-konvenut.
Ghaldaqstant, l-ammont bilancjali dovut lis-socjeta` attrici abbazi tal-istatement
datat 9 ta’ Ottubru 2018 (Dok. I, fol. 64) huwa ta’ hamest elef, sitt mija u tlieta
u ghoxrin Ewro u zewg centezmi (€5,623.02).
Decide
Ghal dawn il-motivi, il-Qorti taqta’ u tiddeciedi li filwaqt li tichad leccezzjoni tal-konvenut safejn m’hijiex kompatibbli ma’ dak hawn deciz,
tilqa’ limitatament it-talba attrici billi tikkundanna lill-konvenut ihallas
lis-socjeta` attrici EXOR Group Limited is-somma ta’ hamest elef, sitt mija
u tlieta u ghoxrin Ewro u zewg centezmi (€5,623.02) ghar-ragunijiet
imfissrin fir-Rikors promotur, bl-imghax mis-6 ta’ Settembru 2019 u blispejjez jigu sopportati mill-istess konvenut.
DR. RACHEL MONTEBELLO
MAGISTRAT.
Dr Graziella Attard
Deputat Registratur