Il-Qorti,
Rat is-sentenza ippronunjzata mit-Tribunal ghat-Talbiet tal-Konsumaturi moghtija fid-19 ta’ Frar 2014 fejn gie deciz:-
It- Tribunal
Wara li ha konjizzjoni tal-Avviz fl-ismijiet fuq premessi pprezentati fil-5 ta’ Dicembru, 2013 fejn ir-rikorrent talab rifuzjoni ta’ elfejn erbgha mija u hmistax il-Ewro (€2415.00), rapprezentanti l-prezz li huwa hallas ghal kamra tas-sodda li nxtrat minghand is-socjeta` ntimata, liema kamra tas-sodda kienet difettuza.
Is-socjeta ntimata pprezentat risposta tardiva ghal din it-talba, u attendiet ghas-seduta.
Illi wara li sema’ x-xhieda guramentata tar-rikorrent li huwa l-istess rikorrent, u wara li sema’ x-xhieda guramentata tas-socjeta ntimata, u wara li ha konjizzjoni tal-fatti kif ukoll tac-cirkostanzi tal-kaz;
Ikkonsidra s-segwenti:
Ir-rikorrent issottometta bil-miktub illi:-
Huwa kien ordna kamra tas-sodda minghand is-socjeta` ntimata f’Dicembru 2012, li wasslet ghall-habta ta’ April 2013, fejn mill-ewwel bdew il-problemi. Ic-chest of drawers wasslet b’daqqa fil-genbu u bla pumi. Is-sodda ma tinghalaqx sew, tant illi anke nqasmilha bolt minn fejn tifetah u tinghalaq. Il-gwardarobba waslet b’diversi difetti, fosthom daqqiet, il-bibien jahbtu mal-genb biex jinghalqu u b’xi daqqiet, u waqt li s-socjeta` ntimata bdiet tinstallaha, nifdet il-viti. Is-socjeta’ ntimata marret diversi drabi sabiex issewwiha, sa anke mar l-intimat Ronald Attard stess, fejn ammetta li r-rikorrent kellu ragun pero` li kien ser isolvihielu. Izda hadd ma rnexxielu jsolvi l-problema. L-ahhar li marret is-socjeta` ntimata ghand ir-rikorrent, huwa nduna li l-gwardarobba kienet qed tinqasam minn fuq, fejn il-haddiema ta-socjeta` ntimata qalulu illi ma setghu jaghmlu xejn iktar. Meta waslu l-komodini, dawn waslu bl-ispray difettuz, u gew sprejjati xi tliet darbiet, sa l-punt illi l-intimat staqsa lir-rikorrent jekk kienx jaf b’xi sprayer ahjar. Ir-rikorrent jghid ukoll illi l-intimat qatt ma nformah illi l-kamra tas-sodda kienet ta’ “low quality”.
Is-socjeta` ntimata ssomettiet bil-miktub illi:
Hija tichad it-talbiet rikorrenti bhala totalment infondati fil-fatt u fid-dritt kif ser jigi spejgat fid-dettal matul is-smiegh tal-kawza. Is-socjeta` ntimata spjegat car lir-rikorrent dwar il-kwalita` tal-ghamara u ghamlet dak kollu li setghat sabiex il-ftit hsara li kellha titranga, kif fil-fatt gara.
It-Tribunal jinnota illi:-
Wara li sema’ l-partijiet, it-Tribunal jikkonsidra illi fix-xhieda guramentata tar-rikorrent, huwa rega’ kkonferma l-verzjoni taghhom bil-miktub.
Ir-rikorrenti esebixxa erbgha dokumenti, li gew immarkati bhala Dok. FM1; flimkien ma’ sett ta’ disgha (9) ritratti, li gew immarkati bhala Dok. FM2.
It-Tribunal jikkonsidra wkoll illi s-socjeta’ ntimat fix-xhieda guramentata taghha regghat ikkonfermat l-verzjoni taghha bil-miktub, fejn ziedet tistqarr illi hija tikkonferma li waqt it-trasport kienet saret xi hsara fil-gwardarobba. F’dan il-kaz hija tbiddel, pero’ ma biddlitx il-parts kollha tal-gwardarobba. Il-parts isiru barra minn Malta. Fit-tieni chest of drawers fix-xfura, ir-rikorrent kien induna b’difett fl-ispray. Ikkonfermat ukoll illi hadet ic-chest of drawers ghand sprayer tliet darbiet u li anke kienet offriet li r-rikorrent johodhom ghand sprayer barranin u thallas hi. Stqarret ukoll illi l-ghamara in kwistjoni hija low-budget furniture u kkonfermat illi hija kienet avzat lir-rikorrent b’dan.
It-Tribunal jinnota wkoll illi r-rikorrent baqa’ ma accettax l-offerta tas-socjeta’ ntimata illi jergaw jitrangaw id-difetti fl-ghamara in kwistjoni, fejn minflok huwa talab li jinghata lura l-ammont li nefaq u li s-socjeta` ntimata tiehu lura l-kamra tas-sodda in kwistjoni.
Ghal dawn il-motivi:
It-Tribunal, wara li kkonsidra dak kollu hawn fuq premess, u wara li ra l-Artikolu 73(1)(d) tal-Kapitolu 378 tal-Ligijiet ta’ Malta, jikkonkludi illi nonostante l-fatt illi s-socjeta`ntimata ghamlet dak kollu li setghat sabiex taqdi r-rikorrent konsumatur, mill-provi prodotti jirrizulta wkoll illi s-socjeta` ntimat ma sodisfatx l-obbligu taghha li tizgura li l-oggetti “juru l-kwalita` u l-kapacita` li huma normali f’oggetti ta’ l-istess tip u li l-konsumatur jista’ ragonevolment jistenna”. L-‘oggetti’ in kwistjoni kienu jikkonsistu minn ghamara ghal kamra tas-sodda, liema ghamara wiehed jista’ ragonevolment jassumi illi ser tkun b’sahhitha, specjalment meta wiehed iqis illi tali ghamara tinkludi wkoll sodda li ghandha tiflah certu piz. It-Tribunal iqis ukoll illi d-dikjarazzjoni li l-oggett huwa ‘low budget’ bl-ebda mod ma teskludi tali assunzjoni ragonevoli. Illi ghalhekk u ghal dawn ir-ragunijiet, it-Tribunal qed jilqa’ t-talba tar-rikorrent u jordna lis-socjeta` ntimata tiehu lura l-kamra tas-sodda in kwistjoni u thallas l-ammont ta’ elfejn erbgha mija u hmistax il-Ewro (€2415.00) lir-rikorrent bl-ispejjez tal-kawza kontra s-socjeta` ntimata.
Minn din is-sentenza s-socjeta intimata B4 Textiles Company Limited tramite r- rappresentant taghha Claude Buhagiar ħassitha aggravata u interponiet l-preżenti appell fejn ilmentat in sintezi illi it-Tribunal ghamel apprezzament zbaljat tal-provi li kellu quddiemu u in subsidium illi r-rimedju moghti lir-rikorrenti appellat huwa sproporzjonat fil-konfront tas-socjeta appellanti, tenut kont tar-rizultanzi tal-kaz.
Illi ghalkemm l-appellat ressaq ir-risposta tieghu ghal dan l-appell, madanakollu l-istess giet proposta tardivament u cioe’ sitt xhur wara li saret in-notifika lilu tar-rikors promotur. Fid-dawl ta’l-oggezzjoni imressqa mis-socjeta appellanti, il-Qorti ordnat l-isfilz ta’ dina ir-risposta, izda l-appellat xortawahda attenda ghas-seduta quddiem il-Qorti u kwindi irrisponda verbalment fil-kors tat-trattazzjoni ta’ dan l-appell fejn sahaq illi l-ligi applikabbli fil-kaz in dizamina hija il-ligi specjali taht il-Kapitolu 378 tal-Ligijiet ta’ Malta senjatament l-artikoli 74, 75 u 76 ta’l-Att.
Illi ma hemmx dubbju illi dak li qed titlob s-socjeta appellanti huwa illi din il-Qorti taghmel valutazzjoni mill-gdid tal-provi migbura quddiem it-Tribunal u dan ghaliex tishaq illi t-Tribunal naqas milli jikkonsidra aspetti fondamentali dwar il-mertu li kellhom iwassluh ghal konkluzjoni illi hija ma kentix naqqset mill-obbligi taghha skont il-ligi.
Illi din il-Qorti dejjem hadet il-linja illi ma tiddisturbax b’mod legger l-apprezzament tal-provi maghmul mit-Tribunal billi dan kellu l-opportunita li jixtarr direttament il-provi migbura viva voce. Illi huwa fatt inkontestat, mhux kontradett mis-socjeta appellanti ill l-ghamara mibjugha u ikkonsenjata lill-appellat kien fiha numru ta’ difetti, liema difetti hija ippruvat tirrattifika, izda jidher minghajr success. Kien ghalhekk illi l-appellat talab ir-rexxissjoni tal-bejgh maghmul mis-socjeta appellanti u dan wara illi kull tentattiv ta’ ratifika falla.
Illi l-ligi specjali tikkontempla ir-rimedji moghtija lill-konsumatur meta l-oggett mibjugh u ikkonsenjat lilu ma ikunx tal-kwalita pattwita u dan fid-disposizzjonijiet ta’l-artikoli 73 sa 76 tal-Kapitolu 378. Illi ibda biex il-kummercjant ghandu l-obbligu li jikkonsenja lill-konsumatur oggetti li ikunu konformi mad-deskrizzjoni u l-ispecifikazzjonijiet fil-kuntratt ta’ bejgh u dana fil-limiti imposti fis-sub-incizi li isegwu. Illi r-rimedji li l-kummercjant huwa obbligat li jipprovdi lill-klijenti tieghu li huma insodisfatti bil-prodott mibjugh huma stipulati fl-artikolu 74 ta’l-Att. Illi l-ghazla hija f’idejn il-konsumatur li jista’ jitlob li l-oggetti jissewwew jew jigu rimpjazzati, jew inkella li jitlob tnaqqis fil-prezz jew li isir ir-rexxissjoni tal-bejgh. Dan isir wara li l-konsumatur ikun talab lill-venditur isewwi jew jirrimpjazza l-oggett u dan fit-termini ta’l-artikolu 75. Fil-fatt l-artikolu 76 jipotizza ic-cirkostanzi fejn ir-rimedju ahhari tar-rexxissjoni tal-bejgh jew riduzzjoni fil-prezz jista’ jintalab meta hemm dispost illi:
“Il-konsumatur jista’ jeħtieġ riduzzjoni adattata fil-prezz jew li ssir ir-rexxissjoni tal-kuntratt - (a) meta l-konsumatur ma jkun jista’ jikseb la r-rimedju ta’ tiswija lanqas dak ta’ rimpjazzar, jew (b) jekk il-kummerċjant ma jkunx spiċċa r-rimedju ta’ tiswija jew ta’ rimpjazzar fi żmien raġonevoli, jew (ċ) jekk il-kummerċjant jkun jista’ biss jipprovdi jew jispiċċa r-rimedju ta’ tiswija jew rimpjazzar b’inkonvenjenza sinjifikanti għall-konsumatur. (2) Il-konsumatur ma jkollux jedd għar-rexxissjoni tal-kuntratt jekk in-nuqqas ta’ konformità miegħu jkun wieħed minuri u insinjifikanti.”
Illi mill-provi prodotti johrog car illi l-appellat qed jitlob ir-rimedju tar-rexxissjoni tal-bejgh wara li accetta ghal iktar minn darba illi s-socjeta appellanti tipprova tirrimedja ghad-difetti li hija stess irrikonoxxiet li kellha l-ghamara mertu tal-kaz. Illi jidher madanakollu illi ghalkemm saru diversi tentattivi ta’ rattifika fit-tiswija ta’ difetti kemm fl-istruttura tal-ghamara kif ukoll fl-ispray, din xorta baqghet bid-difetti tant illi s-socjeta appellanti ma setatx tadempixxi l-obbligu taghha kif imfassal fl-artikolu 73 ta’l-Att. F’tali cirkostanzi, ghalhekk, t-Tribunal seta ragonevolment jasal ghal konkluzjoni li wasal ghaliha u cioe’ ghar-rexxissjoni tal-bejgh billi kwalunkwe soluzzjoni ohra ma tidhirx illi ser tirrisolvi d-difetti fl-oggett mibjugh. Ghalhekk l-ewwel aggravvju qed jigi respint. Jifdal illi jigi trattat it-tieni aggravvju imressaq in subsidium mill-appellanti u cioe’ illi r-rimedju moghti kien wiehed sproporzjonat u dan ghaliex l-ghamara issa tillfet mill-valur originali taghha stante deprezzament. Illi l-Qorti tara illi lanqas hawn ma ghandha ragun is-socjeta appellanti u dan ghaliex kien nuqqas imputabbli lilha illi ghadda iz-zmien mill-konkluzjoni tal-kuntratt ta’ bejgh, zmien illi hija ippruvat tirrattifika id-difetti fl-oggett mibjugh minghajr success. Ghal dan ma ghandux jahti l-konsumatur li kellu kull jedd jippretendi illi l-oggett lilu mibjugh ikun skont l-ispecifikazzjonijiet u id-deskrizzjoni moghtija lilu u ikun idonju ghall-uzu li ghalih huwa destinat l-oggett.
Ghal dawn il-motivi l-appell qed jigi michud u s-sentenza appellata ikkonfermata bl-ispejjez ta’ dina l-istanza ikunu ghak-karigu tal-appellanti.