Il-Qorti,
I. PRELIMINARI.
Rat ir-rikors ta’ Mandat ta’ Inibizzjoni pprezentat fl-14 ta’ Frar 2001 fejn l-istess socjeta’ rikorrenti ppremetiet li hija ghandha ftehim ta’ distribuzzjoni esklussiva mas-socjeta’ Ronic Industries SA ta’ Franza ghall-food processors elettro domestici “Ronic” , waqt li s-socjeta’ konvenuta tbiegh u tiddistribwixxi l-food processors “Magimix”, u allura huma kompetituri diretti tal-istess socjeta’ rikorennti, u li f’diversi fieri organizzati mit-Trade Fair Corporation, u senjatament waqt il-“Home Fair” tal-15 u 19 ta’ Novembru 2000, “Kitchen & Bath Fair” organizzata fil-31 ta’ Jannar u 4 ta’ Frar 2001, u “Christmas Fair” organizzata fit-8 u 17 ta’ Dicembru 2000, l-istess socjeta’ intimata ghamlet uzu mill-istess food processors “Ronic” U “Magimix” sabiex isir paragun bejienthom, u l-istess sar fir-reklam fuq in-Net Television li jipparaguna l-kwalitajiet tal-“Magimix” mad-difetti ta’ food processor li fir-reklam huwa anonima, izda li huwa facilment identifikabbli bhala “Ronic”, u li dan jikkostitwixxi, apparti l-veracita’ tal-istess notizzji ta’ natura pubblicitarja, ksur lampanti tal-artikolu 34 tal-Kap 13, u ghalhekk talbet li ai termini tal-artikolu 873 tal-Kap 12 l-istess socjeta’ intimata tigi inibita milli:-
(1) ixxerred jew tippermetti li jixxerdu notizji taht kwalsiasi forma ta’ reklamar jew informazzjoni ghall-konsumatur, li jkunu jikkoncernaw prodotti elettrodomestici tad-ditta “Ronic”, sija billi jissemma l-isem tad-ditta “Ronic” u sija billi jigu esposti jew murija lill-pubbliku prodotti elettrodomestici tad-ditta
“Ronic”;
(2) taghmel kwalsiasi uzu minn elettrodomestici tad-ditta “Ronic” ghal skopijiet ta’ dimostrazzjoni ta’, u/jew ta’ reklamar ta’, u/jew ta’ paragun ma, prodotti elettrodomestici simili tad-ditta rivali “Magimix”.
Rat id-digriet tal-Qorti tal-14 ta’ Frar 2001 fejn ordnat in-notifika lill-kontro-parti bi zmien jumejn ghar-risposta, laqghet it-talba provizorjament u rriservat li tipprovdi definittivament fi stadju ulterjuri.
Rat ir-risposta tas-socjeta` intimata pprezentata fil-15 ta’ Frar 2001 fejn ecceppiet li hija ma hijiex qed ixxerred notizji foloz jew misleading izda hija qed tagixxi ai termini tal-artikolu 49 (1) tal-Kap 378 fejn hija qed taghmel reklamar komparattiv li “esplicitament jew b’implikazzjoni jiddentifika lil xi kompetitur jew lil xi oggett jew servizzi offruti mill-kompetitur, u tali reklamar huwa permess mill-ligi ai termini tal-artikolu 50 (1) tal-Kap 378, li dan jista’ jsir dment li:-
(a) ma jkunx reklam qarrieqi skond l-artikolu 48 jew xort’ohra
(b) ikun jipparaguna oggetti jew servizzi li jkollhom l-istess htiega jew li jkunu mahsubin ghall-istess skop;
(c) ikun ipparaguna oggettivament xi wiehed jew aktar mill-karatteristici materjali, rilevanti, verifikabbli u rappresentanti ta’ dawk l-oggetti u servizzi, liema karatteristici jistghu jinkludu prezz;
(d) ma jistax johloq konfuzzjoni fis-suq bejn minn jirreklama u l-kompetitur jew bejn trade marks, ismijiet kummercjali, marki distintivi ohra, oggetti jew servizzi ta’ min jirreklama u dawk tal-kompetitur;
(e) ma jkunx inaqqas mill-kreditu jew imaqdar it-trade marks, ismijiet kummercjali, marki distintivi ohra, oggetti, servizzi, attivitajiet jew cirkostanzi ta’ kompetitur;
(f) ghal prodotti b’tismija ta’ origini, f’kull kaz ikun jirrigwarda prodotti bl-istess tismija;
(g) ma jistax jiehu vantagg mhux gust mir-riputazzjoni ta’ xi trade mark, isem kummercjali jew marki distinitivi ohra ta’ kompetitur jew tat-tismija ta’ origini ta’ prodotti kompettitivi; u
(h) ma jipprezentax oggetti jew servizzi bhala imitazzjoni jew replika ta’ oggetti jew servizzi li jkollhom xi marka protetta jew isem kummercjali.
Illi skond is-socjeta’ intimata l-istess reklam, la darba ma huwiex jirreklama jew jipparaguna b’moq qarrieqi, la qed
johloq konfuzzjoni bejn il-prodotti rispettivi, la qed inaqqas mill-krettu jew imaqdar it-trade marks tas-socjeta’ rikorrenti, dan jista’ jsir ai termini tal-Kap 378 ghaliex la darba l-veracita’ tan-notizzji mhix indubbitata, reklamar komparattiv huwa permess mill-ligi, u ghalhekk huwa dan il-Mandat ta’ Inibizzjoni li qed jikkawza danni lis-socjeta’ intimata.
Rat ir-rikors tas-socjeta rikorrenti tas-16 ta’ Frar 2001.
Rat id-digriet tal-Qorti tas-16 ta’ Frar 2001 fejn appuntat ir-rikors ghas-smiegh ghas-26 ta’ Frar 2001.
Rat il-verbal tas-26 ta’ Frar 2001 fejn xehdet bil-gurament Sophie Taam. Dr Edward Debono ghall-intimati ddikjara li ghalkemm il-magna fir-riklam hija fil-fatt “Ronic” fl-istess riklami qatt ma ssemma’ l-isem ta’ “Ronic”, u ddikjara wkoll li jaqbel dwar id-differenza tal-bowls kif imsemmija mix-xhud, kapacita`, li taghmel aktar hsejjes u l-ohra hija silent, u waqt li wahda ticcaqlaq u l-ohra hija statika, kif ukoll li wahda hija fully automatic waqt li l-ohra mhix. Dr Debono ghall-intimati ddikjara wkoll li din il-comparison saret ukoll fit-Trade Fair. Xehdet ukoll Nancy Buhagiar. Dr John Attard Montalto ghar-rikorrenti ddikjara li m’ghandux provi aktar. Xehed Clyde Farrugia Vella. Dr Edward Debono ghall-intimati ddikjara li m’ghandux provi aktar. Id-difensuri talbu li jaghmlu nota ta’ osservazzjonijiet. Il-Qorti ppreffiggiet terminu ta’ 7 ijiem ghall-prezentata tan-noti ta’ osservazzjonijiet. Ir-rikors gie differit ghal digriet kamerali.
Rat in-nota ta’ sottomissjonijiet tas-socjeta` rikorrenti prezentata fit-2 ta’ Marzu 2001.
Rat ir-risposta tas-socjeta` Crosscraft Company Limited pprezentata fid-9 ta’ Marzu 2001.
Rat id-dokumenti esebiti.
Rat l-atti kollha l-ohra tal-kawza.
II. KONSIDERAZZJONIJIET
Illi dan huwa rikors ghal hrug ta’ Mandat ta’ Inibizzjoni stante li s-socjeta’ rikorrenti qed tallega li fid-dimostrazjonijiet f’diversi fieri ndikati fir-rikors promotorju organizzati mit-Trade Fairs Corporation, u wkoll fuq reklam trasmess fuq in-NET TELEVISION sar reklam komparattiv bl-uzu tal-food processor “Ronic” distribwita u mibjugha lokalment mis-socjeta’ rikorrenti, f’paragun mal-food processor “Magimix” fejn qed jinghad li l-istess uzu tal-istess magna u l-mod komparattiv li gie uzat jikser l-artikolu 34 tal-Kap 13 u ghalhekk jikkostitwixxi konkorenza sleali.
Illi mill-provi prodotti, jirrizulta li fl-istess reklam fuq it-televizzjoni gew komparati l-istess food processors, u di piu’ intuza biss food processor wiehed oltre l-Magimix, u li
ghalkemm l-istess food processor ma issemmhiex b’ismu, u lanqas deher ismu fuq l-istess reklam, fl-opinjoni tal-istess Qorti ma hemm l-ebda dubju li tali apparat huwa facilment identifikabbli bhala “Ronic” anke minhabba l-ghamla distintiva tieghu, u di piu’ jidher car mill-istess reklam, li komparat mal-Magimix, l-istess prodott qed jigi indikat bhala storbjuz, mhux awtomatiku, mhux prattiku stante li ghandu skutella wahda u mhux tlieta bhala Magimix, ghandu kapacita’ inferjuri ghall-istess Magimix, u mhux stabbli.
Illi dan lanqas ma huwa qed jigi kkontestat mis-socjeta’ intimata, kif jirrizulta anke mill-verbal tas-seduta mizmuma quddiem din il-Qorti, anzi l-istess socjeta’ intimata qed isostni li ghandha dritt taghmel dan it-tip ta’ reklam u taghti dawn id-dettalji u paraguni ma’ oggett ta’ kompetitur stante li hija qed tghid fatti, ma hija qed taghmel xejn qarrieqi, u dan ir-reklamar komparattiv huwa permess mill-artikolu 49 u 50 tal-Kap 378 li jipprevali fuq l-artikolu 34 tal-Kap 13 invista tal-artikolu 55 tal-Kap 378 li jistipula li :-
“Il-provedimenti ta’ din it-Taqsima ghandhom jipprevalixxu fuq kull haga li tmur kontrarju ghalih u li tinsab fil-Kodici Civili, fil-Kodici tal-Kummerc, u fl-Att dwar Deskrizzjoni Kummercjali”.
Illi taht dan l-aspett din il-Qorti fl-ewwel lok tirreferi ghall-artikolu 34 tal-Kap 13 citat mis-socjeta’ rikorrenti li jipprovdi li:-“Il-kummercjanti ma jistghux, ghall-skop ta’ konkorrenza, ixerrdu notizji li jistghu jaghmlu hsara lill-industrija jew kummerc ta’ kummercjanti ohra”.
Illi skond is-sentenza “Loug. Kur. George Curmi O.B.E. vs Spiridione L. Mizzi nomine et” (K. (T.G) 18 ta’ Ottubru 1997, gie rilevat li “a propositu ta’ din il-forma ta’ konkorrenza, ghandu jigi notat, l-ewwelnett, li l-ligi ma tezigix li l-fatt danneggjati jkunu falzi; anki diffuzzjoni ta’ fatti veri hija punita; mbaghad, il-ligi trid l-intenzjoni specifika fil-propalatur tan-notizja jew notizji, jigifijieri dak li jaghmel il-konkorrenza sleali, u l-apprezzament ta’ dan l-element intenzjonali, li jista’ jigi dezunt mill-kumpless ta’ cirkostanzi, il-ligi necessarjament thallieh fl-arbitriju prudenzjali tal-gudikant”. (“Joseph Falzon vs Neg. Paolo Nani” - K. (T.G.) 27 ta’ Marzu 1953).
Illi tal-istes portata hija s-sentenza “Louis M. Grech vs Charles Micallef” ( A.C. 26 ta’ Ottubru 1937) fejn gie ikkonfermat illi :-
“Hemm konkorrenza sleali anki meta t-tmaqdir tal-prodott tal-konkorenza ssir minghajr ma jissemma l-isem tal-konkorrent, billu huwa bizzejjed illi l-espressjonijiet u l-atti jkunu tali li ma jhallhux dubju dwar il-persuna li dawk l-atti jew espressjonijiet iridu jolqtu … u li l-ligi ma taghtix il-fakolta’ lil min ixandar dawn in-notizji li jipprova l-verita’ tal-fatti”.
Illi aktar ricentament fis-sentenza “Frank Scicluna noe vs Frank Cachia noe” (K. J.H. 11 ta’ Marzu 1987) gie affermat illi:-
“Il-principju huwa li kwantu ghal notizji li jistghu jikkostitwixxu konkorrenza sleali, ma hemmx ghalfejn il-fatti diffuzi jew imxandra jkunu falzi. Fil-fatt anke notizzji veri difuzzi, huma bizzejjed biex dan l-agir jaqa’ taht id-dispost ta’ l-artikolu precitat”.
Illi ma hemm l-ebda dubju li bil-promulgazzjoni tal-Att Numru XXVI ta’ l-2000, illum Kap 378 tal-Ligijiet ta’ Malta l-posizzjoni legali vis-a-vis l-artikolu 37 tal-Kap 13 giet affetwata stante li ai termini ta’ l-artikolu 49 tal-Kap 378 reklamar komparattiv huwa permess, fis-sens li jista’ f’reklam ikun hemm esplicitament jew b’implikazzjoni identifikar ta’ xi kompetitur jew li xi oggett jew servizzi offruti minn kompetitur”, b’dan li dan jista’ jsir biss skond id-disposizzjonijiet tal-artikolu 50 tal-istess Kap li jipprovdi li:-
(a) ma jkunx reklam qarrieqi skond l-artikolu 48 jew xort’ohra;
(b) ikun jipparaguna oggetti jew servizzi li jkollhom l-istess htiega jew li jkunu mahsubin ghall-istess skop;
(c) ikun ipparaguna oggettivament xi wiehed jew aktar mill-karatteristici materjali, rilevanti, verifikabbli u rappresentanti ta’ dawk l-oggetti u servizzi, liema karatteristici jistghu jinkludu prezz;
(d) ma jistax johloq konfuzzjoni fis-suq bejn min jirreklama u l-kompetitur jew bejn trade marks, ismijiet kummercjali, marki distintivi ohra, oggetti jew servizzi ta’ min jirreklama u dawk tal-kompetitur;
(e) ma jkunx inaqqas mill-kreditu jew imaqdar it-trade marks, ismijiet kummercjali, marki distintivi ohra, oggetti, servizzi, attivitajiet jew cirkostanzi ta’ kompetitur;
(f) ghal prodotti b’tismija ta’ origini, f’kull kaz ikun jirrigwarda prodotti bl-istess tismija;
(g) ma jistax jiehu vantagg mhux gust mir-riputazzjoni ta’ xi trade mark, isem kummercjali jew marki distinitivi ohra ta’ kompetitur jew tat-tismija ta’ origini ta’ prodotti kompettitivi; u
(h) ma jipprezentax oggetti jew servizzi bhala imitazzjoni jew replika ta’ oggetti jew servizzi li jkollhom xi marka protetta jew isem kummercjali.
Illi tant huwa minnu dan, li skond l-artikolu 55 tal-Kap 378, dawn l-artikoli ghandhom jipprevalixxu inter alia anke fuq ir-regolamenti tal-Kodici tal-Kummerc.
Illi dan huwa l-iktar ovvju meta l-istess artikolu 49 jsostni li tali reklamar ma ghandux ikun qarrieqi, “b’mod li l-presentazzjoni tieghu, ikun qarraq … … bil-persuni li jkun indirizzat lejhom, u jekk minhabba fix-xorta tieghu li turi haga b’ohra, x’aktarx … … jaghmel hsara lil xi kompetitur … …”.
Illi mela fil-kuntest ta’ dan l-ahhar Att, jekk il-fatti reklamati humiex veri jew le ghandha rilevanza determinati fl-isfond ta’ reklamar komparattiv, b’mod li huwa biss misrappresentazzjoni tal-fatti li jikkawzaw reklam qarrieqi.
Illi pero’ ghalkemm l-artikolu 55 jipprovdi li dawn l-artikoli tal-Kap 378 jipprevalixxu fuq il-Kodici tal-Kummerc, dan ma jfissirx li l-artikolu 34 tal-Kap 13 ma huwiex iktar applikabbli, ghaliex il-Kap 378 ghandu biss is-sopravent meta fil-Kodicijiet kollha hemm imsemmija haga li tmur u tipprovdi kontra dak li jipprovdi l-ahhar Att.
Illi fil-kuntest tal-konkorrenza sleali dejjem kien bazilari l-kuncett li sabiex jissussisti l-istess aggravju trid tezisti l-intenzjoni ta’ min ikun xerred l-istess notizja li johloq konkorrenza sleali, b’mod li jikkawza dannu lill-kompetitur, u din l-intenzjoni hija dedotta mic-cirkostanzi partikolari tal-kaz, u mhollija fl-arbitriju prudenzjali tal-gudikant ghaliex bhala tali hija kwistjoni ta’ fatt.
Illi similiment fl-artikolu 50 jinghad illi tali reklamar komparattiv huwa permessibbli biss jekk inter alia “dan ma
jkunx inaqqas mill-kreditu jew imaqdar … ... oggetti … … ta’ kompetitur”.
Illi abbazi tal-premess, mela hija l-opinjoni ta’ din il-Qorti illi bir-restrizzjoni appena citata, ghalkemm ir-reklamar komparattiv huwa ammess, dan ma jistax issir permezz ta’ tmaqdir tal-oggetti tal-kompetitur, u huwa wkoll ovvju, li tali tmaqdir ta’ oggett ta’ kompetitur jista’ wkoll jikkostitwixxi fil-persuna li taghmel ir-reklam, jew propalatur tan-notizja, l-intenzjoni li jaghmel hsara lill-proprjetarju tal-istess oggetti jew kompetitur tieghu. F’dan il-kuntest ghalhekk ma hemm xejn fl-artikolu 37 tal-Kap 13 li jmur kontra d-disposizzjonijiet tal-artikolu 50 tal-Kap 378, u ghalhekk xorta l-istess disposizzjoni tal-Kap 13, u l-kuncett ta’ konkorrenza sleali ghadu vigenti fil-ligi taghna u japplika ghall-kaz in kwistjoni. Illi ghalhekk l-asserzjoni tas-socjeta’ intimata li skond hi “bla dubju ta’ xejn l-artikolu 34 tal-Kodici tal-Kummerc ma ghadux japplika fejn ghandu x’jaqsam ir-reklamar komparativ” ma hija xejn korretta, u lanqas tirraprezenta l-istat attwali tal-ligi.
Illi fl-opinjoni tal-Qorti, din ghalhekk hija asserzjoni zbaljata u kompletament gratwita, stante li bl-ebda mod il-kuncett ta’ konkorrenza sleali ma gie abrogat jew imnehhi, kif qisha qed taghti l-impressjoni l-istess socjeta’ intimata, izda li gara kien biss li r-reklamar komparattiv gie regolat bi provizzjonijiet precizi ta’ kif dan jista’ jsir bla ma thalli lil min jabbuza bl-istess mezz sabiex imaqdar iI-prodotti ta’ haddiehor, b’mod li jirreka dannu lill-istess kompetitur, u tali regoli fil-fatt jikkonfermaw taht dan l-aspett, il-kuncett ta’ konkorrenza sleali, li hija intiza biss sabiex ma thalliex kummercjanti juzaw mezzi llegali u denigatorji sabiex jaghmlu hsara lill-haddiehor, bl-iskop li huma jiehdu vantagg mill-istess.
Illi tant huwa minnu dan li skond “Explanatory Memorandum to the Draft of 1991, COM (91) 147 final - SYN 343, Brussels, June 1991, ibbazata fuq id-direttiva 84/450/EEC kif emendata, (li tipprovdi fl-artikolu 3 (a) 1. (e) li comparative advertising, shall in so far as comparison is concerned, be permitted when the following conditions are met: (e) it does not discredit or denigrate the … … …
goods … … of a competitor”), tghid li tali reklam “should not denigate competitors, which means that the advertiser must not cause discredit, disparagement or contempt of competitors of their trade marks … … ... goods, except for the unavoidable effects of its advertising action”. (“The Law of Comparative Advertising - Directive 97/55/EC in the United Kingdom and Germany - Angsar Ohly & Michael Spence - pg.174). Dan qed jinghad stante li l-ligi taghna hija ibbazata fuq id-direttiva 97/55/EC li emendat id-direttiva fuq indikata.
Illi applikat dan kollu ghall-fattispecie tal-kaz, ghalkemm din il-Qorti ghandha wkoll dubju dwar l-esattezza u veracita’ tal-paraguni bejn iz-zewg prodotti mertu tar-rikors odjern, u oggett tad-dimostrazzjonijiet u reklami maghmula mis-socjeta’ intimata, w apparti l-konsiderazzjoni fuq l-istess, jirrizulta mill-provi prodotti u wkoll mill-video tar-reklam fuq l-istess televizzjoni esebit, li s-socjeta’ intimata maqdret il-prodott mibjugh u distribwit lokalment mis-socjeta’ rikorrenti konsistenti fil-food processor “Ronic”, li ghalkemm mhux imsemmi u muri b’ismu fl-istess reklam, huwa facilment identifikabbli bhala tali, u tali tmaqdir kien direttament immirat ghall-kapacita’, stabilita’, kontroll awtomatiku, kontenitturi, u funzjonijiet ohra tal-istess apparat, b’mod li mill-assjem tal-istess reklam kif prezentat, ma hemm l-ebda dubju kwalunkwe li l-intenzjoni tal-istess socjeta’ intimata kienet sabiex taghmel hsara esplicita lill-istess prodott tas-socjeta’ intimata, u tikkawza danni lill-istess socjeta’ bit-tqassim u bejgh tal-istess prodott taghha, b’mod li tali reklam kien, fil-parti kbira tieghu, intenzjonat sabiex iccekken il-valur tal-istess prodott, u iktar sabiex jamplifika, dak li l-istess reklam jindika bhala “difetti” tal-istess “food processor” “Ronic”, liema dimostrazzjonijiet u reklami gew maghmula b’mod ghal kollox zbilancjat, u certament la huma indipendenti u xejn oggettivi, u bhala tali, dan ghalhekk sar bi ksur kemm tal-artikolu 50 (1) (e) tal-Kap 378 u tal-artikolu 34 tal-Kap 13, u jikkostitwixxi konkorrenza sleali f’ghajnejn il-ligi.
Illi tali mod ghal kollox negattiv u dispregattiv li bih gie muri l-istess prodott tas-socjeta’ rikorrenti huwa manifestat mir-ritratti esebiti bhala NET 1 sa NET 6 f’dan il-pocess, konsistenti fi stills mehuda mir-registrazzjoni tal-istess reklam imxandar fuq l-istazzjoni televisiv NET TELEVISION, liema ritratti fihom infushom, jindikaw disprezz lejn l-istess prodott mertu tal-procedura odjerna.
Illi ovvjament dan apparti mill-veracita’ o meno tal-istess allegazzjonijiet, stante li mill-mod kif huwa zbilancat l-istess reklam, wiehed certament ma jistax jikkummenta b’mod lejali dwar il-mertu jew nuqqas ta’ mertu tal-istess prodotti, stante li ma hemm l-ebda test oggettiv u indipendenti li gie adoperat, sabiex il-konsumatur, li ghall-protezzjoni tieghu gie promulgat ukoll l-Att XXVI tal-2000, ikun jista’ liberalment jaghzel bejn prodott u iehor.
Illi ghalhekk f’dan il-kuntest l-asserzjoni fir-risposta tas-socjeta’ intimata, li tali reklamar “ma nnaqqasx mill-krettu jew imaqdar it-trademarks tas-socjeta’ rikorrenti”, ma hux korrett u lanqas il-punt dibattut, stante li in verita’ l-istess reklam inaqqas u jmaqdar l-oggett ta’ kompetitur bi vjolazzjoni tal-artikoli fuq citati.
Illi ghalhekk a bazi tal-premess, it-talbiet tas-socjeta’ rikorrenti ghandhom jigu milqugha.
III. KONKLUZZJONI.
Illi ghalhekk ghal dawn il-motivi, din il-Qorti, taqta’ u tiddeciedi, billi filwaqt li tichad ir-risposta tas-socjeta’ intimata, tilqa’ t-talba tas-socjeta’ rikorrenti fir-rikors taghha tal-14 ta’ Frar 2001 u tordna l-hrug ta’ Mandat ta’ Inibizzjoni Numru 415/2001/RCP fl-ismijiet premessi, b’dan illi jzomm u tinibixxi lis-socjeta’ intimata milli:-
(1) ixxerred jew tippermetti li jixxerdu notizji taht kwalsiasi forma ta’ reklamar jew informazzjoni ghall-konsumatur, li jkunu jikkoncernaw prodotti elettrodomestici tad-ditta “Ronic”, sija billi jissemma l-isem tad-ditta “Ronic” u sija billi jigu esposti jew murija lill-pubbliku prodotti elettrodomestici tad-ditta
“Ronic”;
(2) taghmel kwalsiasi uzu minn elettrodomestici tad-ditta “Ronic” ghal skopijiet ta’ dimostrazzjoni ta’, u/jew ta’ reklamar ta’, u/jew ta’ paragun ma, prodotti elettrodomestici simili tad-ditta rivali “Magimix”.
Bl-ispejjez kollha kontra s-socjeta’ intimata.