Please note that the original language version of this page English has been amended recently. The language version you are now viewing is currently being prepared by our translators.
Swipe to change

Netwerks u strutturi tat-taħriġ tal-UE

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Imħallfin u l-Avukati huwa Antenna speċjalizzata tal-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (European Institute of Public Administration, EIPA). Iċ-Ċentru jinsab fil-Lussemburgu u huwa ddedikat biex jagħti taħriġ lill-imħallfin, lill-prosekuturi, lill-avukati bi prattika privata u lill-avukati minn amministrazzjonijiet pubbliċi fl-Istati Membri tal-UE, fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi bi ftehim ta’ assoċjazzjoni mal-UE kif ukoll fil-pajjiżi tal-EFTA.

There is no official translation of the language version you are viewing.
You can access a machine translated version of this content here. Please note that it is only provided for contextual purposes. The owner of this page accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to the quality of this machine translated text.

Tipi ta’ attivitajiet ta’ taħriġ żviluppati

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-taħriġ ġudizzjarju ta’ Settembru 2011 tidentifika l-EIPA bħala wieħed mill-ftit fornituri fil-livell Ewropew tat-taħriġ lill-ġudikatura u l-professjonijiet legali l-oħra. Il-parti l-kbira ta’ dawn l-attivitajiet ta’ taħriġ hija żviluppata u mibgħuta miċ-Ċentru Ewropew tal-EIPA għall-Imħallfin u l-Prosekuturi (EIPA ECJL).

Minbarra t-taħriġ b’reklutaġġ miftuħ u l-attivitajiet tal-konferenzi, l-EIPA ECJL jipprovdi varjetà ta’ taħriġ orjentat lejn il-prattika u mfassal apposta, konsulenza u servizzi ta’ kkowċjar, kif ukoll riċerka komparattiva relatata mal-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE u taħriġ ġudizzjarju fl-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi assoċjati mal-UE (pajjiżi kandidati, pajjiżi tal-EFTA, eċċ.). Dawn is-servizzi jingħataw f’kuntratti u għotjiet ta’ azzjoni mogħtija mill-istituzzjonijiet tal-UE jew permezz ta’ kuntratti bilaterali mal-amministrazzjonijiet nazzjonali.

Fil-kategorija tal-attivitajiet b’reklutaġġ miftuħ, iċ-Ċentru joffri dawn it-tipi ta' attivitajiet li ġejjin:

  • workshops orjentati lejn il-prattika b’tul ta' żmien li jvarja
  • programmi edukattivi ta’ tul il-ħajja għall-adulti, bħal programmi ta’ Masters u korsijiet ta’ livell ta’ Masters (kemm bil-metodu tradizzjonali kif ukoll imħallat ma’ programmi ta’ tagħlim onlajn); l-offerta tagħna tipprovdi programmi twal minn ġimgħa sa sentejn
  • tutorials ta’ tagħlim elettroniku magħżula individwalment dwar l-aċċess għad-dokumenti, kwistjonijiet tas-suq intern (bħall-moviment ħieles tan-nies, l-akkwist pubbliku, eċċ.), il-liġi ambjentali u kwistjonijiet ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja
  • konferenzi dwar l-iżviluppi reċenti f’oqsma legali varji, bħal-liġi tal-UE dwar l-ambjent u dwar is-servizzi finanzjarji, kwistjonijiet dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja, il-liġi tal-UE dwar is-servizz pubbliku u tendenzi reċenti fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja

Fil-kategorija tal-attivitajiet kuntrattwali, l-EIPA u ċ-Ċentru Ewropew għall-Imħallfin u l-Avukati fil-Lussemburgu tiegħu jispeċjalizzaw f’dawn it-tipi ta’ attivitajiet imfasslin apposta b’konsultazzjoni mal-klijenti biex jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom:

  • workshops li jikkombinaw tagħlim ibbażat fuq il-problemi u sessjonijiet ta’ kkowċjar
  • żjarat ta' studju, waħedhom jew flimkien ma' sessjonijiet ta' taħriġ dwar temi magħżulin
  • attivitajiet ta’ tagħlim imħallat imfassla apposta
  • moduli ta' taħriġ inizjali għall-imħallfin, prosekuturi u persunal tal-qorti li mhumiex imħallfin ta' tul li jvarja
  • workshops ta’ taħriġ għat-trejners, inkluż l-iżvilupp ta’ materjal u manwali għat-taħriġ

B’mod topiku, l-attivitajiet ta’ taħriġ tal-EIPA ECJL ikopru

  • il-liġi istituzzjonali tal-UE (u taż-ŻEE)
  • Id-dritt amministrattiv Ewropew u d-drittijiet fundamentali
  • L-affarijiet regolatorji Ewropej, bħal-liġi ambjentali, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-sikurezza tal-ikel, il-liġi soċjali u tax-xogħol
  • L-oqsma kollha tas-suq intern tal-UE, inklużi s-servizzi finanzjarji, l-akkwist pubbliku u l-liġi tal-kompetizzjoni
  • Il-kooperazzjoni ġudizzjarja Ewropea u internazzjonali fi kwistjoniijiet tal-familja, kummerċjali u ċivili oħrajn kif ukoll il-kooperazzjoni għall-infurzar tal-liġi u l-infurzar ġudizzjarju f’materji kriminali
  • Il-proċeduri ta’ kif  tillitiga quddiem il-qrati tal-UE u tal-EFTA

Iċ-Ċentru jispeċjalizza wkoll f’attivitajiet ta’ taħriġ u kkowċjar immirati biex isaħħu l-indipendenza tal-ġudikatura u biex isaħħu l-amministrazzjoni u l-kwalità tal-ġustizzja permezz tal-identifikazzjoni u l-qsim tal-għarfien u l-esperjenza prattika f’oqsma bħal

  • l-introduzzjoni tal-ġestjoni tal-kwalità fis-settur tal-ġustizzja
  • il-ġestjoni ta’ istituzzjonijiet ġudizzjarji (qrati, uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi, istituzzjonijiet ta’ taħriġ ġudizzjarju)
  • l-analiżi tal-ħtiġijiet tat-taħriġ ġudizzjarju u l-evalwazzjoni tal-kwalità kif ukoll l-effetti tat-taħriġ ġudizzjarju, eċċ.)
  • l-etika u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni
  • ir-relazzjonijiet pubbliċi u politiki u ħiliet tal-komunikazzjoni
  • l-introduzzjoni u l-użu ta’ għodod tal-ġustizzja elettronika

Attivitajiet attwali

L-EIPA jimplimenta kull sena bejn 600 u 700 attività ta’ taħriġ, li għalihom jattendu bejn 12 – 14 000 persuna. Skont dan, l-EIPA ECJL iwettaq bejn 110 u 130 attività ta’ taħriġ fis-sena indirizzati lill-gruppi mira msemmija qabel.

Numru ta' attivitajiet ta' taħriġ (inkluż it-taħriġ u l-iżjajjar ta' studju inizjali.) fl-2015 b'kollox: 131

  • Attivitajiet għall-imħallfin, għall-prosekuturi pubbliċi u għall-avukati bi prattika privata: 28
  • Attivitajiet għall-professjonijiet legali l-oħra, inklużi persunal tal-qorti li mhumiex imħallfin: 3
  • Attivitajiet għall-avukati u oħrajn li jaħdmu fl-amministrazzjoni pubblika: 100

Numru ta’ parteċipanti fl-2015 b'kollox: 2 423

  • Attivitajiet għall-imħallfin, għall-prosekuturi pubbliċi u għall-avukati bi prattika privata: 375
  • Attivitajiet għall-professjonijiet legali l-oħra, inklużi persunal tal-qorti li mhumiex imħallfin: 26
  • Attivitajiet għall-avukati li jaħdmu fl-amministrazzjoni pubblika: 2 022

In-numru medju ta’ ġranet għal kull parteċipant fl-2015 b'kollox: 2

  • Attivitajiet għall-imħallfin, għall-prosekuturi pubbliċi u għall-avukati bi prattika privata: 2
  • Attivitajiet għall-professjonijiet legali l-oħra, inklużi persunal tal-qorti li mhumiex imħallfin: 4
  • Attivitajiet għall-avukati li jaħdmu fl-amministrazzjoni pubblika: 2

L-istatistika ta' hawn fuq tinkludi t-taħriġ inizjali, it-taħriġ kontinwu, l-attivitajiet ta’ kkowċjar u ż-żjarat ta' studju kif ukoll parteċipanti minn ġewwa u barra l-UE, iżda din ma tinkludix figuri relatati mal-programm Master taċ-Ċentru. Barra minn hekk, iċ-ċifri jinkludu kemm l-attivitajiet b’reklutaġġ miftuħ kif ukoll l-attivitajiet iffinanzjati parzjalment (pereżempju permezz ta’ għotjiet ta’ azzjoni tad-DĠ Ġustizzja) u bis-sħiħ permezz ta’ kuntratti mogħtija lill-EIPA mill-istituzzjonijiet tal-UE u dawk nazzjonali. Madankollu, dawn ma jinkludux il-maġistrati u l-avukati mħarrġa permezz tal-proġett Euromed Justice III immexxi mill-EIPA.

Sħubiji internazzjonali / ftehimiet

L-EIPA huwa parti min-Netwerk tal-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea (EUPAN).

L-EIPA ECJL daħal fi ftehimiet ta’ kooperazzjoni bilaterali ma’ istituzzjonijiet nazzjonali ta’ taħriġ ġudizzjarju f’għadd ta’ Stati Membri tal-UE u pajjiżi kandidati.

Matul is-snin, l-EIPA ħadem — u jkompli jaħdem — fuq bażi ta’ proġetti individwali mal-istituzzjonijiet nazzjonali ta’ taħriġ ġudizzjarju fl-Ewropa kollha kif ukoll ma’ assoċjazzjonijiet fuq livell Ewropew għal diversi professjonijiet legali, pereżempju l-Kunsill tal-Kmamar tan-Nutara tal-Unjoni Ewropea (Council of the Notariats of the European Union, CNUE), il-Kamra Ewropea tal-marixxalli ġudizzjarji (CEHJ) u l-Kunsill Nazzjonali tal-Avukati u s-Soċjetajiet tal-Liġi tal-Ewropa (Council of the Bars and Law Societies of Europe, CCBE).

Storja

L-EIPA twaqqaf fl-1981 bħala fondazzjoni awtonoma mingħajr skop ta’ qligħ biex jipprovdi taħriġ immirat dwar kwistjonijiet ta’ Integrazzjoni Ewropea li jindirizza l-bżonnijiet tal-awtoritajiet nazzjonali (inkluża l-Ġudikatura) tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u tal-Istituzzjonijiet Ewropej. Illum, 22 Stat Membru tal-UE + in-Norveġja huma membri tal-EIPA.

Fl-1992, l-EIPA stabbilixxa l-ewwel l-antenna tiegħu, iċ-Ċentru Ewropew għall-Imħallfin u għall-Avukati, fil-Lussemburgu, bl-objettiv speċifiku li jipprovdi taħriġ għall-Ġudikatura u għall-pubbliku kif ukoll għall-avukati bi prattika privata dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġijiet Komunitarji – issa, il-liġi tal-UE.

Fl-2012, iċ-Ċentru Ewropew għall-Imħallfin u għall-Avukati tal-EIPA adotta approċċ topiku mmirat lejn il-gruppi fil-mira prinċipali tiegħu. Speċifikament għal membri tal-ġudikatura (inkluż il-persunal li mhux maġistrat) kif ukoll il-professjonijiet legali oħra, l-attivitajiet taċ-Ċentru jiffokaw fuq il-forniment ta’ programmi ta’ taħriġ prattiku u mfassla apposta kif ukoll konsulenza u kowċing, bil-għan li jxerrdu mhux biss l-għarfien, iżda wkoll l-għerf prattiku u l-prattiki tajbin kif ukoll jikkontribwixxu għall-bini tal-fiduċja transfruntiera.

Dettalji ta' kuntatt

EIPA Luxembourg – European Centre for Judges and Lawyers

2, circuit de la Foire Internationale, 1347 Luxembourg, LUXEMBOURG

Posta elettronika: info-lux@eipa.eu

Numru ta’ persunal: 15

Status legali: Fondazzjoni mhux għal profitt

Link relatat

Sit web tal-EIPA

L-aħħar aġġornament: 12/02/2020

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.