Στον τομέα της αστικής δικαιοσύνης, οι εκκρεμείς διαδικασίες και δίκες που ξεκίνησαν πριν από τη λήξη της μεταβατικής περιόδου θα συνεχιστούν βάσει του δικαίου της ΕΕ. Βάσει αμοιβαίας συμφωνίας με το Ηνωμένο Βασίλειο, η πύλη e-Justice θα διατηρήσει τις σχετικές πληροφορίες που αφορούν το Ηνωμένο Βασίλειο μέχρι το τέλος του 2024.

Reġistri dwar il-fallimenti u l-insolvenza

Σκωτία

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar ir-reġistru tal-insolvenza tal-Iskozja.

Περιεχόμενο που παρέχεται από
Σκωτία

X'għandu x'joffri r-Reġistru tal-Insolvenzi tal-Iskozja?

Is-sit elettroniku Accountant in Bankruptcy fih gwidamaterjal dwar l-insolvenza fl-Iskozja. Dan jipprovdi:

  • Aċċess għal-leġiżlazzjoni
  • Ħolqa għar-Reġistru dwar l-Insolvenzi, li fiha dettalji dwar:
    • Fallimenti
    • Restrizzjonijiet fuq il-fallimenti
    • Atti protetti dwar it-trusts
    • Likwidazzjonijiet u riċevituri ta' negozji fl-Iskozja (inkluż l-istralċ solventi).
    • Moratorji

Ir-Reġistru dwar l-Insolvenzi tal-Iskozja ma għandux dettalji tal-amministrazzjonijiet tal-kumpaniji.

Is-sit elettroniku DAS Scotland jagħtik pariri dwar il-flus u d-dejn, materjal għal konsulenti finanzjarji approvati, informazzjoni dwar l-iskema ta' arranġament tad-dejn (skema statutorja dwar il-ġestjoni ta' pagamenti fuq perjodu raġonevoli, bi protezzjoni mill-azzjoni tal-kreditur).

Ir-Reġistru dwar l-Insolvenzi tal-Iskozja huwa l-proprjetà ta' u ġestit mill-Kontabilista fi proċedimenti ta’ falliment.

Ir-Reġistru DAS (Ir-Reġistru tal-Iskema ta' Arranġament tad-Dejn) tal-Iskozja

Ir-Reġistru DAS Register tal-Iskozja jagħti informazzjoni dwar programmi ta' pagament ta' dejn approvati u pendenti. Huwa jipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-moratorji attwali. Ir-reġistru tad-DAS jappartjeni u huwa miżmum mill-Kontabilista fi proċedimenti ta’ falliment bħala parti mir-rwol tiegħu/tagħha bħala amministratur tad-DAS.

L-aċċess għar-Reġistru tal-Insolvenzi tal-Iskozja huwa mingħajr ħlas?

L-aċċess għar-reġistru tal-insolvenzi tal-Iskozja huwa mingħajr ħlas. Hija disponibbli wkoll data kummerċjali li tista' titniżżel kuljum. Għal iktar informazzjoni jekk jogħġbok ikkuntattja: roienquiries@aib.gsi.gov.uk

L-aċċess għar-reġistru DAS tal-Iskozja huwa mingħajr ħlas?

L-aċċess għar-reġistru DAS huwa mingħajr ħlas.

Kif tagħmel tiftixa fir-Reġistru tal-Insolvenzi tal-Iskozja

Ir-Reġistru tal-Insolvenzi tal-Iskozja jinsab online.

Kif tagħmel tiftix fir-reġistru DAS

Ir-reġistru DAS jinsab online.

L-istorja tar-reġistru tal-insolvenza tal-Iskozja

It-tiftix fir-Reġistru tal-Insolvenzi jagħtik id-dettalji ta' kull każ "attwali" ta' falliment, kif ukoll ta' dawk li ngħalqu fl-aħħar sentejn. Fil-każ tal-atti protetti tat-trusts, ir-reġistru jagħtik id-dettalji tal-każijiet "attwali", kif ukoll ta' dawk li ngħalqu fl-aħħar sena. Bl-istess mod, it-tiftix fuq riċevituri jew stralċ jagħtik dettalji dwar każijiet "attwali" kif ukoll dwar dawk li ngħalqu s-sena li għaddiet.

It-tiftix dwar moratorji se juri l-moratorji attwali kollha. Moratorju jitneħħa wara sitt ġimgħat jew wara l-għoti ta’ falliment, protezzjoni ta’ att ta’ trust, jew approvazzjoni ta’ DPP taħt DAS.

L-istorja tar-Reġistru DAS

Is-sit elettroniku tar-Reġistru DAS ikopri informazzjoni dwar il-programmi ta' pagament ta' dejn approvati u pendenti. Huwa jipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-moratorji attwali.

Ħoloq Relatati

Kontabilista fi proċedimenti ta’ falliment

Reġistru dwar l-Insolvenzi

Reġistru DAS

L-aħħar aġġornament: 15/07/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.