Please note that the original language version of this page English has been amended recently. The language version you are now viewing is currently being prepared by our translators.
Swipe to change

Netwerks u strutturi tat-taħriġ tal-UE

L-objettiv tal-ERA huwa li tippromwovi l-fehim u l-aħjar prattika tal-liġi tal-UE billi tipprovdi taħriġ għal ġuristi minn madwar l-Ewropa, kif ukoll forum għal diskussjoni u skambju.

There is no official translation of the language version you are viewing.
You can access a machine translated version of this content here. Please note that it is only provided for contextual purposes. The owner of this page accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to the quality of this machine translated text.

Gruppi destinatarji

L-ERA taħdem mal-prattikanti kollha tal-liġi:

  • Imħallfin
  • Prosekuturi
  • Avukati b'uffiċċju privat
  • Nutara
  • Konsulenti legali interni u avukati fin-negozju
  • Uffiċjali tal-infurzar tal-liġi
  • Avukati fl-amministrazzjoni pubblika

Tipi ta’ attivitajiet ta’ taħriġ żviluppati

Kif tispjega l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-taħriġ ġudizzjarju ta’ Settembru 2011 , l-ERA “għandha esperjenza estensiva fejn tidħol l-organizzazzjoni ta’ seminars b’suċċess dwar il-liġi tal-Unjoni għal udjenzi multikulturali”. Hija toffri konferenzi u korsijiet fuq livelli differenti fiċ-ċentru tagħha fi Trier (ħdejn il-kapitali ġudizzjarja tal-UE fil-Lussemburgu), fi Brussell u madwar l-Ewropa:

  • Konferenzi u forums annwali sabiex jiġu rriveduti u ddibattuti l-aħħar żviluppi
  • Seminars għall-prattikanti ffukati li jesploraw fid-dettall żvilupp speċifiku
  • Korsijiet ta’ taħriġ bażiku bħala introduzzjoni għal qasam speċifiku tal-liġi tal-UE
  • Aġġornamenti fi Brussell sabiex jiġu analizzati l-iżviluppi topiċi fil-liġi tal-UE
  • Korsijiet tal-lingwa legali

L-ERA tipprovdi wkoll:

  • Korsijiet u riżorsi tat-tagħlim elettroniku
  • Preżentazzjonijiet elettroniċi bil-parteċipazzjoni tal-aqwa esperti fuq il-liġi tal-UE
  • Ġurnal legali trimestrali msejjaħ ERA Forum

Il-programmi ta’ taħriġ tal-ERA jkopru l-firxa sħiħa tal-liġi tal-UE:

  • Il-liġi pubblika Ewropea, eż. il-liġijiet istituzzjonali, id-drittijiet fundamentali, l-ażil u l-immigrazzjoni, il-liġi ambjentali, it-tassazzjoni
  • Il-liġi privata Ewropea, eż. il-protezzjoni tal-konsumatur, il-liġi soċjali u industrijali, il-liġi privata internazzjonali, il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili
  • Il-liġi dwar in-negozju Ewropew, eż. il-liġi tal-kompetizzjoni, l-akkwist pubbliku, id-drittijiet tal-propjetà intellettwali, il-liġi tal-kumpaniji, is-servizzi finanzjarji
  • Il-liġi kriminali Ewropea, eż. il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, il-kooperazzjoni tal-pulizija

Attivitajiet tal-2015

Fl-2015 l-ERA organizzat 157 avveniment ta’ taħriġ li attendew għalihom 6903 ġurista minn 54 pajjiżi. Hija offriet ukoll 7 korsijiet tat-tagħlim elettroniku u madwar 60 preżentazzjoni elettronika.

L-isfond professjonali tal-parteċipanti kien:

  • Imħallfin: 27%
  • Prosekuturi: 5%
  • Avukati b'uffiċċju privat: 24%
  • Konsulenti interni: 5%
  • Uffiċjali tal-infurzar tal-liġi: 1%
  • Uffiċjali tal-UE: 7%
  • Uffiċjali tal-Ministeru: 6%
  • Impjegati taċ-ċivil oħra: 9%
  • Akkademiċi: 5%
  • Rappreżentanti ta’ Fondazzjonijiet/NGOs: 4%
  • Oħrajn: 6%

Sħubiji internazzjonali/ftehimiet

L-ERA, membru fundatur tan-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN), kienet eletta mill-ġdid fil-Kumitat ta’ Tmexxija tal-EJTN fl-2013 għall-perjodu 2014-2017. Għall-istess perjodu, l-ERA kienet eletta biex tippresjedi fuq il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Programmi tan-Netwerk u kienet membru fil-Grupp ta’ Ħidma tagħha dwar it-Teknoloġiji. Għandha wkoll relazzjonijiet tajba ma’ istituzzjonijiet nazzjonali ta’ taħriġ ġudizzjarju individwali, li ma’ bosta minnhom għandha ftehim qafas għall-organizzazzjoni konġunta ta’ attivitajiet ta' taħriġ għall-imħallfin u l-prosekuturi.

L-ERA taħdem ukoll regolarment fuq il-bażi ta’ kull proġett għalih mal-Kunsill tal-Kmamar u tal-Assoċjazzjonijiet tal-Avukati tal-Ewropa (CCBE), mal-Kunsill tan-Nutara tal-Unjoni Ewropea (CNUE), mal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Avukati tal-Kumpaniji (ECLA) kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet oħra tal-avukati fil-livell Ewropew u nazzjonali.

Bħala fondazzjoni ta’ benefiċċju pubbliku, l-ERA hija membru taċ-Ċentru Ewropej tal-Fondazzjonijiet.

Storja

L-ERA twaqqfet fl-1992 fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew. Il-patruni fundaturi kienu l-Gran Dukat tal-Lussemburgu, il-Land ta’ Rhineland-Palatinate, il-Belt ta’ Trier u l-Assoċjazzjoni Ħbieb tal-ERA. Fis-snin ta’ wara, 25 mit-27 Stat Membru tal-UE, fost oħrajn, ingħaqdu mal-Fondazzjoni.

Dettalji ta’ kuntatt

L-Akkademja tal-Liġi Ewropea (ERA)
Metzer Allee D-54295 Trier - il-Ġermanja
Tel.: +49 651 93737-0
Uffiċċju fi Brussell
Avenue d'Auderghem 36 - B-1040 Brussels - Belgium

Posta Elettronika: info@era.int

Numru ta’ persunal: 70

Status legali: L-ERA hija fondazzjoni pubblika mingħajr skop ta’ profitt.

Link relatat

Il-websajt tal-ERA

L-aħħar aġġornament: 12/02/2020

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.