Notifika ta' dokumenti

Italija

Sadržaj omogućio
Italija

NB! Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1393/2007 inbidel bir-Regolament (UE) 2020/1784 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mill-1 ta’ Lulju 2022.

In-notifiki li saru skont ir-Regolament il-ġdid jistgħu jinstabu hawnhekk!


L-Artikolu 2(1) - Aġenziji Trażmettituri

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 2(2) - Aġenziji li jirċievu

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 2(4)(c) - Mezzi biex jiġu rċevuti d-dokumenti

Meżżi li permezz tagħhom jistgħu jirċievu d-dokumenti: bil-posta

L-Artikolu 2(4)(d) - Il-lingwi li jistgħu jintużaw għat-tlestija tal-formola standard fl-Anness I

Il-formola stàndard tista’ timtela’ b’waħda minn dawn il-lingwi: Taljan, Franċiż, Ingliż.

L-Artikolu 3 - Korp ċentrali

Il-korp ċentrali huwa l-Uffiċju Ċentrali tal-marixxalli fil-Qorti ta' l-Appell ta' Ruma.

Ufficio Unico degli Ufficiali Giudiziari presso la Corte di Appello di Roma

Viale Giulio Cesare N. 52

I-00192 Roma

Tel.: (39)06.328361

Faks: (39)06.328367933

Dokumenti li għandhom jiġu notifikati fl-Italja għandhom jaslu bil-posta u jintbagħtu lura bl-istess mezz.

Sengħa fl-ilsna: Taljan, Ingliż u Franċiż

L-Artikolu 4 - Trasmissjoni tad-dokumenti

Apparti mit-Taljan, l-Italja taċċetta formoli ta' talba standard li jitħejjew bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

L-Artikolu 8(3) u 9(2) - Termini preskrittivi stabbiliti mil-liġi nazzjonali għan-notifika tad-dokumenti

Ma ssir l-ebda deroga.

L-Artikolu 10 - Ċertifikat tas-servizz u kopja tad-dokument innotifikat

Apparti it-Taljan, l-Italja taċċetta ċertifikati li jitħejjew bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

L-Artikolu 11 - Spejjeż tas-servizz

M'hemmx spejjeż marbuta mal-avviżi ta' atti minn barra l-Italja.

L-Artikolu 13 - Servizz minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

L-Italja topponi n-notifika ta' dokumenti ġudizjarji lil persuni residenti fi Stat Membru ieħor direttament minn aġenti diplomatiċi jew konsolari (ħlief meta d-dokument jiġi notifikat lil persuna ta' nazzjonalitá Taljana residenti fi Stat membru ieħor).

L-Italja topponi n-notifika ta' dokumenti ġudizjarji minn aġenti diplomatiċi jew konsolari ta' Stat membru lil persuni residenti fl-Italja, ħlief meta d-dokument ikun ser jiġi notifikat lil persuna tan-nazzjonalitá ta' l-Istat Membru in kwistjoni.

L-Artikolu 15 - Servizz dirett

Mhemm xejn li jżomm lil persuna interessata f'proċeduri ġudizzjarji li tinnotifika dokumenti ġudizjarji direttament permezz ta' l-uffiċjali kompetenti ta' l-Istat Membru indirizzat.

L-Artikolu 19 - Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

L-Italja m'għandhiex ħsieb tagħmel l-istqarrijiet maħsuba fil-paragrafi 2 u 4.

L-aħħar aġġornament: 28/12/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.