Civilinės teisenos srityje nebaigtos procedūros ir procesai, pradėti iki pereinamojo laikotarpio pabaigos, bus tęsiami pagal ES teisę. Remiantis abipusiu susitarimu su Jungtine Karalyste, atitinkama su Jungtine Karalyste susijusi informacija E. teisingumo portale bus saugoma iki 2024 m. pabaigos.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar

Škotija

Turinį pateikė
Škotija

Introduzzjoni

Liema tariffi japplikaw?

Kemm għandi nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara li nħallas?

Introduzzjoni

Fl-Iskozja t-tariffi tal-qorti għat-Talbiet Żgħar Ewropej huma regolati minn:

  • L-Ordni tas-Sheriff dwar it-Tariffi tal-Qorti, Numru tal-Istrument Statutorju Skoċċiż 2018/481, kif emendat minn:
  • L-Ordni ta’ Emenda tas-Sheriff dwar it-Tariffi tal-Qorti, Numru tal-Istrument Statutorju Skoċċiż 2018/194.

Skeda 2, Parti II, Numri 16 u 38, applikabbli għat-Talbiet Żgħar Ewropej, mill-1 ta’ April 2019.

Skeda 3, Parti II, Numri 16 u 38, applikabbli għat-Talbiet Żgħar Ewropej, mill-1 ta’ April 2020.

Ma jistax isir ħlas elettroniku tat-tariffi.

Liema tariffi japplikaw?

Il-preżentazzjoni ta’ Talbiet Żgħar Ewropej bil-Formola A tar-Regolament tal-UE 861/2007 il-qorti teħtieġ il-ħlas ta’ tariffa waħda li tkopri l-proċeduri kollha tal-qorti.

L-ispejjeż tan-notifika tal-karti bil-posta huma nklużi iżda jista’ jkun hemm tariffa addizzjonali jekk tkun meħtieġa n-notifika tal-konvenut mill-uffiċjal tas-sheriff.

Mhemmx tariffa għall-preżentazzjoni ta’ tweġiba għat-talba fil-Formola C.

Ir-rappreżentazzjoni minn solicitor mhix normalment meħtieġa u t-tariffa ma tinkludix tariffi tas-solicitors.

Kemm għandi nħallas?

It-tariffa attwali għall-preżentazzjoni ta’ Talbiet Żgħar Ewropej il-qorti għal:

  • somom ta’ flus ta’ £EUR 300 or EUR 250 jew inqas jeħtieġu l-ħlas ta’ tariffa ta’ £19 sterlina
  • fit-Talbiet Żgħar Ewropej l-oħra kollha tariffa ta’ £104 sterlina.

It-tariffa addizzjonali għan-notifika tal-karti lill-konvenut mill-uffiċjal tas-sheriff hija tariffa amministrattiva ta’ £13 minbarra l-ispiża tan-notifika tal-uffiċċjal tas-sheriff.

Skont it-termini tal-Artikolu 8 tal-Ordni tat-Tariffi tal-Qorti tas-Sheriff 2018, l-Istrument Statutorju Skoċċiż Nru 2018/481, parti fil-proċedimenti jista’ jkollha dritt għal eżenzjoni mit-tariffa, jekk pereżempju għandha dritt għal ċertu benefiċċji mill-Istat, jew għall-għajnuna legali fil-qasam ċivili.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Mingħajr il-ħlas tat-tariffa, il-qorti ma taċċettax ir-rikors u mhix meħtieġa tagħmel xejn, skont il-paragrafu 3 tal-Ordni għat-Tariffi tal-Qorti tas-Sheriff 2018, l-Istrument Statutorju Skoċċiż Nru 2018/481, kif emendat.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

It-tariffi tal-qorti jistgħu jitħallsu permezz ta’:

  • Ċekkijiet - pagabbli lis-”Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi”
  • Karta ta’ Debitu & Karta ta’ Kreditu - jekk jogħġbok iċċekkja liema tip ta’ kards huma aċċettati mal-qorti rilevanti u jekk il-ħlas jistax isir bit-telefown.
  • Ordnijiet bil-Posta - pagabbli lis-”Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi”
  • Flus kontanti - jekk se tħallas bil-posta mhux ta’ min jibgħat flus kontanti

X’għandi nagħmel wara li nħallas?

Il-qorti taċċetta il-preżentata tal-karti tar-rikors fil-Formola A tar-Regolament tal-UE 861/2007 mal-pagament. Il-karti u l-pagament għandhom jingħataw jew jintbagħtu lill-qorti fl-istess ħin. Il-qorti mbagħad tagħti jew tibgħat il-Formola B, jew il-Formola 1, jew tinnotifika lill-konvenut bil-Formola A, bħala l-pass li jmiss fil-proċess. Ma għandha tingħata l-ebda prova tal-ħlas.

L-aħħar aġġornament: 04/05/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.