These factsheets explain what happens when a person is suspected or accused of a crime which is dealt with by a trial in court.
The following is a summary of the normal stages in a criminal process:
(a) summarily by a single judge of the District Court (Eparchiako Dikastirio) with jurisdiction in the district where the offence was committed,
(b) on information by the Attorney General, by the Assize Court (Kakourgiodikeio) composed of three district court judges and presided over by a president of a District Court.
a) lack of jurisdiction, substantial or territorial,
b) previous acquittal or conviction for the same act(s),
c) pardoning of the offence(s),
d) incompleteness or repetition of the charges.
Details about all these stages in the process and about your rights can be found in the factsheets. This information is not a substitute for legal advice and is intended to be for guidance only.
Please note that the European Commission has no role in criminal proceedings in Member States and cannot assist you if you have a complaint. Information is provided in these factsheets about how to file a complaint and to whom.
The national language version of this page is maintained by the respective Member State. The translations have been done by the European Commission service. Possible changes introduced in the original by the competent national authority may not be yet reflected in the translations. The European Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice to see copyright rules for the Member State responsible for this page.
Le.
Kull uffiċjal investigattiv jista’ jitlob lil kwalunkwe persuna, li għandu raġuni biex jissupponi li tkun midħla tal-fatti jew taċ-ċirkostanzi tar-reati li jkun qed jinvestiga, biex tattendi f’dak il-ħin u post li l-uffiċjal jista’ raġonevolment jiddetermina għall-iskop li jeżaminaha u jieħu dikjarazzjoni mingħandha dwar dan ir-reat.
Kwalunkwe qorti tista’, jekk tqis li huwa xieraq, tiddiferixxi kwalunkwe kawża mressqa quddiemha u abbażi ta’ dan tista’ jew teħles lill-akkużat b’dawk it-termini li tqis raġonevoli jew tordna li jinżamm taħt arrest preventiv.
Is-suspettati li ma jifhmux il-lingwa tal-pulizija jew ta’ awtoritajiet kompetenti oħra
għandhom ikunu intitolati għal assistenza minn interpretu mingħajr ħlas. L-interpretu
jista’ jgħin lis-suspettati biex jitkellmu mal-avukat tagħhom u għandu jżomm il-kontenut ta’ dik il-komunikazzjoni kunfidenzjali. Barra minn hekk, għandu jkollhom id-drittijiet li ġejjin:
Mal-arrest u d-detenzjoni, is-suspettati jew l-avukat tagħhom għandu jkollhom id-dritt li jaċċessaw id-dokumenti essenzjali (kopja tal-mandat ta’ arrest u detenzjoni, kopja tat-talba u tal-affidavit li abbażi tiegħu nħareġ il-mandat) li għandhom bżonn biex jikkontestaw il-legalità tal-arrest jew id-detenzjoni tas-suspettati. Jekk il-każ jitressaq quddiem qorti, is-suspettati jew l-avukat tagħhom għandu jkollhom id-dritt li jaċċessaw ix-xhieda u d-dokumenti miksuba matul l-investigazzjoni tal-każ relatati mar-reat kriminali li jkun għaddej minn proċess.
Is-suspettati għandu jkollhom id-dritt li jitkellmu ma’ avukat b’mod kunfidenzjali. L-avukat għandu jkun indipendenti mill-pulizija, li tista’ tgħin lis-suspettat jikkuntattja avukat.
Skont il-liġi, is-suspettati għandu jkollhom ukoll id-drittijiet li ġejjin:
(a) qabel ma jiġu interrogati mill-pulizija jew investigati minn kwalunkwe awtorità kompetenti oħra;
(b) fil-ħin qabel ma jitressqu l-qorti;
(c) waqt investigazzjoni jew ġbir ta’ evidenza mill-pulizija jew kwalunkwe awtorità kompetenti oħra;
(d) wara ċ-ċaħda tal-libertà tagħhom, mingħajr dewmien żejjed.
(a) għal laqgħa privata u kuntatt mal-avukat li jirrappreżentahom, fi kwalunkwe ħin;
(b) li jitolbu l-preżenza u l-parteċipazzjoni tal-avukat tagħhom waqt l-interrogazzjoni, sabiex jingħataw kjarifiki fir-rigward tal-proċedura segwita u jingħataw parir dwar id-drittijiet proċedurali tagħhom rigward l-interrogazzjoni;
(c) li jitolbu l-preżenza tal-avukat tagħhom waqt investigazzjoni jew ġbir ta’ evidenza, jekk huma intitolati li jkollhom avukat preżenti waqt l-interrogazzjoni kkonċernata.
Il-pulizija għandha tikkonforma mal-kunfidenzjalità li tirregola l-komunikazzjoni bejn is-suspettat u l-avukat tiegħu waqt laqgħat, korrispondenza, konverżazzjonijiet telefoniċi u l-forom l-oħra kollha permessi ta’ komunikazzjoni bejn is-suspettati u l-avukati tagħhom.
Deroga temporanja mid-dritt ta’ aċċess tas-suspettati għal avukat mingħajr dewmien żejjed wara ċ-ċaħda tal-libertà tagħhom għandha tkun permessa f’ċirkostanzi eċċezzjonali u biss fl-istadju ta’ qabel il-proċess, meta, għal raġunijiet ta’ iżolament ġeografiku, huwa impossibbli li jiġi garantit id-dritt ta’ aċċess għal avukat.
(i) Ikun hemm ħtieġa urġenti li jiġi evitat impatt negattiv serju fuq il-ħajja, il-libertà jew l-integrità fiżika ta’ persuna.
(ii) Ikun hemm ħtieġa urġenti għal azzjoni immedjata mill-pulizija biex jiġi evitat riskju serju għall-proċedimenti kriminali.
(i) ikunu proporzjonati u ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ;
(ii) ikunu strettament marbuta maż-żmien;
(iii) ma jkunux ibbażati esklużivament fuq it-tip jew is-serjetà tar-reat allegat; u
(iv) ma jiksrux in-natura globalment ġusta tal-proċedimenti.
(i) aċċess għal avukat wara ċ-ċaħda tal-libertà tagħhom, mingħajr dewmien żejjed;
(ii) laqgħat wiċċ imb’wiċċ u komunikazzjoni mal-avukat tagħhom; u
(iii) il-preżenza u l-parteċipazzjoni tal-avukat tagħhom waqt l-interrogazzjoni u waqt investigazzjoni jew ġbir ta’ evidenza; huma jistgħu, meta jidhru għall-ewwel darba quddiem qorti jew fid-data tal-ewwel smigħ tal-kawża tagħhom, jitolbu lill-qorti teżamina r-raġunijiet għaliex ma tħallewx jeżerċitaw dawn id-drittijiet.
Mal-arrest jew mad-detenzjoni, is-suspettati għandhom jinfurmaw lill-pulizija jekk jixtiequ jikkuntattjaw lil xi ħadd, jiġifieri membru tal-familja jew l-impjegatur tagħhom, huma stess, bit-telefon biex jinfurmawhom bid-detenzjoni tagħhom. F’ċerti każijiet id-dritt li jinfurmaw persuna oħra bid-detenzjoni tagħhom jista’ jkun temporanjament ristrett. F’tali każijiet il-pulizija għandhom jinfurmawhom b’dan.
Fil-każ ta’ ċittadini barranin, għandhom jinfurmaw lill-pulizija jekk jixtiequ jikkuntattjaw lill-uffiċċju konsolari jew l-ambaxxata ta’ pajjiżhom, huma stess, bit-telefon. Barra minn hekk, għandhom jinfurmaw lill-pulizija jekk jixtiequ jikkuntattjaw uffiċjal tal-uffiċċju konsolari jew tal-ambaxxata ta’ pajjiżhom. F’dan ir-rigward, għandhom jiġu infurmati li rinunzja għad-dritt li jinfurmaw u jikkuntattjaw lill-uffiċċju konsolari jew lill-ambaxxata tagħhom tista’ taffettwathom personalment.
Skont il-liġi, għandu jkollhom ukoll id-drittijiet li ġejjin:
(a) Ikun hemm bżonn urġenti li jiġi evitat impatt negattiv serju fuq il-ħajja, il-libertà jew l-integrità fiżika ta’ persuna, jew
(b) Ikun hemm bżonn urġenti li tiġi evitata sitwazzjoni li fiha jista’ jinħoloq riskju sinifikanti għall-proċedimenti kriminali, u sakemm id-deroga:
(i) tkun proporzjonata u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ;
(ii) tkun strettament marbuta biż-żmien;
(iii) ma tkunx ibbażata esklużivament fuq it-tip jew is-serjetà tar-reat allegat; u
(iv) ma tiksirx in-natura globalment ġusta tal-proċedimenti.
Jekk m’għandhomx riżorsi biżżejjed biex jeżerċitaw
id-dritt tagħhom ta’ aċċess għal avukat fl-istadju ta’ qabel il-proċess, huma jistgħu jirrappurtaw dan lill-uffiċjal tal-pulizija responsabbli għall-interrogazzjonijiet, wara li jiffirmaw il-formola rilevanti. Imbagħad għandhom jingħataw lista bl-ismijiet u n-numri tat-telefon ta’ avukati interessati li jipprovdu s-servizzi tagħhom. Is-suspettati għandhom jivverifikaw li ngħataw il-lista. L-avukat tal-għażla tagħhom jiġi infurmat kif xieraq mill-uffiċjal tal-pulizija.
Jekk jixtiequ li jiġu pprovduti bis-servizzi ta’ avukat mingħajr ħlas, jistgħu jippreżentaw talba rilevanti lill-qorti ladarba jitressqu quddiemha, u l-qorti teżamina t-talba tagħhom.
Kull persuna li hija suspettata jew akkużata li wettqet reat kriminali għandha tkun preżunta innoċenti sakemm tinstab ħatja skont il-liġi.
Il-prinċipju tal-liġi li jirreferi għall-preżunzjoni tal-innoċenza għandu japplika għal persuna fiżika fi proċedimenti kriminali, mill-mument meta dik il-persuna tkun suspettata jew akkużata li wettqet reat kriminali, sal-konklużjoni tal-proċedimenti li jikkonsistu f’deċiżjoni finali tal-qorti.
Waqt li jkunu interrogati mill-pulizija jew minn awtoritajiet kompetenti oħra, m’għandhomx għalfejn iwieġbu mistoqsijiet dwar ir-reat allegat. Barra minn hekk, meta jintalbu jagħmlu dikjarazzjoni jew iwieġbu mistoqsijiet, m’għandux ikollhom
obbligu li jipproduċu evidenza jew dokumenti jew li jipprovdu informazzjoni li tista’ twassal biex wieħed jinkrimina ruħu.
Il-pulizija għandha tkun responsabbli għall-ġbir ta’ evidenza li abbażi tagħha r-reati taħt investigazzjoni jiġu stabbiliti lil hinn minn kull dubju raġonevoli. Il-persuni akkużati għandu jkollhom id-dritt li jagħtu l-verżjoni tagħhom tal-fatti u li jagħmlu xhieda jew risposta disponibbli għall-awtoritajiet investigattivi biex jappoġġaw il-verżjoni jew l-innoċenza tagħhom stess.
Persuna taħt l-età ta’ 14-il sena mhijiex kriminalment responsabbli għal kwalunkwe att jew ommissjoni (Kap. 154, l-Artikolu 14) u għalhekk m’għandhiex tiġi arrestata. Dik il-persuna tkun mitluba tidher fl-għassa tal-pulizija akkumpanjata mill-ġenituri/mit-tuturi tagħha jekk il-preżenza tagħha titqies li tkun meħtieġa.
2. Arrest
Minbarra d-drittijiet mogħtija lill-priġunieri kollha (l-Att 163(Ι)/2005), id-detenuti taħt it-18-il sena għandu jkollhom id-drittijiet addizzjonali li ġejjin fir-rigward tad-detenzjoni tagħhom:
It-tfal għandhom jitqiesu bħala persuni vulnerabbli u għalhekk is-salvagwardji speċjali msemmija fil-paragrafu preċedenti (vi) għandhom japplikaw hawnhekk ukoll.
Għall-finijiet tal-Att dwar id-Drittijiet tal-Persuni Arrestati u Detenuti (l-Att 163(I)/2005), «persuna vulnerabbli» għandha tfisser persuna suspettata jew akkużata li ma tistax tifhem jew tipparteċipa b’mod effettiv fil-proċedimenti kriminali minħabba l-età, il-kundizzjoni jew id-diżabilità fiżika jew mentali.
Fil-każ li persuna b’insuffiċjenza mentali jew b’diżabilità fiżika tiġi arrestata, l-informazzjoni lill-imsemmija persuna fir-rigward tad-drittijiet tagħha kif jirriżulta mill-Att 163(I)/2005 għandha tingħata b’lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem, filwaqt li jittieħed kont tal-bżonnijiet speċjali ta’ dawn il-persuni.
F’tali każ, minħabba l-insuffiċjenza jew id-diżabilità tagħhom, għandhom jiġu żgurati s-servizzi ta’ persuna li tista’ tikkomunika l-informazzjoni rilevanti lill-persuna arrestata jew lill-persuni l-oħra involuti, sabiex dik l-informazzjoni tinftiehem minnhom.
Barra minn hekk, fil-każ ta’ arrest ta’ persuna li, minħabba xi diżabilità mentali jew fiżika, skont il-każ, b’mod ċar ma tistax teżerċita d-drittijiet ta’ aċċess previsti fil-liġi (Att 163(I)/2005), dik il-persuna għandha tkun intitolata li teżerċita dawn id-drittijiet bl-assistenza u/jew fil-preżenza ta’ uffiċjal tas-servizzi mediċi u/jew soċjali tal-Istat, u din l-assistenza għandha tkun disponibbli għall-persuna immedjatament wara l-arrest tagħha u fi kwalunkwe każ hekk kif dan isir possibbli.
Il-persuna arrestata bħala suspettata li wettqet reat għandha titressaq fi żmien 24 siegħa mill-arrest tagħha quddiem imħallef, jekk l-interrogazzjoni fir-rigward tar-reat li għalih ġiet arrestata ma tkunx tlestiet. L-iskop ta’ din id-dehra quddiem imħallef huwa li l-pulizija titlob id-detenzjoni tagħha għal perjodu ta’ żmien speċifiku, li ma jistax jaqbeż tmint ijiem kull darba u tliet xhur b’kollox.
Wara l-iskadenza ta’ ordni ta’ detenzjoni, u jekk l-interrogazzjoni u l-investigazzjonijiet ma jkunux ġew konklużi, huwa possibbli għall-pulizija li tippreżenta talba lill-qorti għat-tiġdid tal-ordni għal tmint ijiem oħra, u dan jista’ jiġi ripetut mat-tiġdid tad-detenzjoni kull tmint ijiem, għal perjodu massimu ta’ priġunerija ta’ tliet xhur b’kollox.
Normalment jitqies neċessarju li suspettat jinżamm arrestat meta jkun hemm ir-riskju li s-suspettat jista’’ jinfluwenza x-xhieda jew jeqred l-evidenza jekk jinħeles. Il-pulizija għandha l-piż li tipprova lill-qorti b’mod suffiċjenti li l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ ordni ta’ detenzjoni huma sodisfatti.
Qorti li teżerċita ġuriżdizzjoni kriminali tista’ fid-diskrezzjoni tagħha tordna d-detenzjoni ta’ persuna akkużata matul il-proċess tal-kawża tagħha. Skont l-Artikolu 48 tal-Proċedura Kriminali (Kapitolu 155), is-setgħa tal-Qorti Distrettwali li timplimenta proċeduri sommarji għandha tkun limitata għal perjodu massimu ta’ tmint ijiem kull darba li l-kawża tiġi differita. Bil-kontra, ma hemm l-ebda limitazzjoni bħal din fuq il-poter tal-Qorti Suprema jew tal-Qorti tal-Assize li tordna d-detenzjoni tal-akkużat matul il-proċess tal-kawża kriminali tiegħu.
L-Artikolu 157(1) tal-Att (Kapitolu 155) jistipula li qorti li teżerċita ġuriżdizzjoni kriminali tista’ tawtorizza l-ħelsien mill-arrest bil-garanzija. Jekk il-qorti tiddeċiedi li teħles lill-akkużat, hija għandha s-setgħa li tagħmel dan billi tistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi u tordnalu jiffirma dokument dwar il-ħelsien mill-arrest bil-garanzija. Din is-setgħa tal-qorti hija r-riżultat ikkombinat tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 48 u 157(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali.
L-awtorità kompetenti tar-Repubblika ta’ Ċipru tista’ tibgħat id-deċiżjoni li ħarġet dwar miżuri ta’ superviżjoni lill-awtorità ta’ identifikazzjoni kompetenti tal-Istat Membru fejn il-persuna kkonċernata għandha r-residenza legali u abitwali tagħha meta dik il-persuna, wara li tkun ġiet infurmata bil-miżuri rilevanti, tagħti l-kunsens li tirritorna f'dak l-Istat Membru.
L-awtorità tal-ħruġ kompetenti tar-Repubblika ta’ Ċipru tista’, fuq it-talba ta’ dik il-persuna, tibgħat id-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni lill-
awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru fejn il-persuna jkollha
r-residenza legali u abitwali tagħha, sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-persuna ma jkollhiex ir-residenza legali u abitwali tagħha
tagħti l-kunsens għal trażmissjoni bħal din.
L-awtorità ta’ identifikazzjoni kompetenti tar-Repubblika ta' Ċipru għandha taqbel li tibgħat id-deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni rigward persuna li ma għandhiex ir-residenza legali u abitwali tagħha fir-Repubblika ta' Ċipru biss jekk
dik il-persuna jkun ilha fit-territorju tagħha għal perjodu ta’ mill-inqas tliet (3) xhur.
L-awtorità tal-ħruġ kompetenti fir-Repubblika ta’ Ċipru għandha tkun il-Qorti tal-Assize jew il-Qorti Distrettwali li teżerċita ġuriżdizzjoni kriminali u li għandha ġuriżdizzjoni fuq ir-reat jew li ħarġet deċiżjoni dwar miżuri ta' superviżjoni.
L-awtorità ta’ identifikazzjoni kompetenti fir-Repubblika ta' Ċipru fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ superviżjoni ta’ Stat Membru ieħor għandha tkun:
(a) il-Qorti Distrettwali (Eparchiako Dikastirio) b’ġuriżdizzjoni territorjali fiż-żona fejn tirrisjedi l-persuna li dwarha tkun inħarġet deċiżjoni dwar miżuri ta’ superviżjoni minn Stat Membru ieħor;
(b) il-Qorti Distrettwali ta’ Nikosija (Eparchiako Dikastirio Lefkosias), jekk ir-residenza tal-persuna kkonċernata ma tkunx magħrufa jew jekk il-persuna kkonċernata ma tkunx tgħix fir-Repubblika ta’ Ċipru.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Jekk il-każ kriminali jirrigwarda reat jew reati li jġorru piena ta’ aktar minn ħames snin priġunerija, il-proċess għandu jsir f’Qorti Distrettwali (Eparchiako Dikastirio) (membru wieħed). Kun af li bil-kunsens bil-miktub tal-Avukat Ġenerali (Genikos Eisaggeleas), il-Qorti Distrettwali tista’ tipproċessa reat kriminali li jġorr piena ta’ aktar minn ħames snin priġunerija.
Meta r-reat kriminali jkun iġorr piena ta’ aktar minn ħames snin priġunerija, il-proċess għandu jinstema’ fl-Qorti tal-Assize (bi tliet membri).
L-akkużi jistgħu jiġu modifikati fil-bidu jew matul il-proċess. L-Artikoli 83, 84 u 85 tal-Att dwar il-Proċedura Kriminali, Kap. 155, jipprovdu l-proċedura għall-modifika tal-akkużi u għad-drittijiet tal-akkużat.
83.-(1) Meta, fi kwalunkwe stadju tal-proċess, il-qorti tiddeċiedi, abbażi tal-evidenza, li l-akkuża jew l-akkuża ppreżentata lill-Qorti tal-Assize hija b’xi mod difettuża, fis-sustanza jew fil-forma, il-qorti tista’ toħroġ ordni biex timmodifika l-akkuża jew l-akkuża ppreżentata lill-Qorti tal-Assize, jew billi timmodifikaha jew billi tibdilha jew billi żżid akkużi ġodda magħha, kif il-qorti jidhrilha li huwa meħtieġ sabiex l-akkużi jirriflettu l-fatti tal-kawża.
(2) Meta akkuża jew akkuża ppreżentata lill-Qorti tal-Assize tiġi modifikata b’dak il-mod, l-ordni għal modifika għandha tkun irreġistrata fuq l-akkuża jew l-akkuża ppreżentata lill-Qorti tal-Assize, u tali dokumenti għandhom jintużaw għall-finijiet ta’ kwalunkwe proċedura relatata bħallikieku kienu ġew ippreżentati fil-forma modifikata.
84.-(1) Meta akkuża jew akkuża ppreżentata lill-Qorti tal-Assize tiġi modifikata kif previst fl-Artikolu 83, il-qorti għandha immedjatament titlob lill-akkużat biex jippreżenta difiża quddiem il-qorti u biex jiddikjara jekk huwiex lest li jiġi pproċessat abbażi tal-akkuża jew tal-akkuża ppreżentata quddiem Qorti tal-Assize kif modifikata.
(2) Jekk l-akkużat jiddikjara li mhuwiex lest, il-qorti għandha teżamina r-raġunijiet imressqa u, jekk tqis li l-kontinwazzjoni immedjata tal-proċedimenti x’aktarx ma taffettwax b’mod avvers id-difiża tal-akkużat jew it-trattament tal-każ mill-prosekutur pubbliku, il-qorti tista’ tipproċedi bil-proċess bħallikieku l-akkuża modifikata jew l-akkuża ppreżentata lill-Qorti tal-Assize kienet dik inizjali.
(3) Jekk l-akkuża modifikata jew l-akkuża ppreżentata lill-Qorti tal-Assize tkun tali li l-kontinwazzjoni immedjata tal-proċess tista’, fl-opinjoni tal-qorti, taffettwa b’mod avvers l-akkużat jew lill-prosekutur pubbliku, il-qorti tista’ jew tordna proċess ġdid jew tipposponi l-proċess għal dak il-perjodu li jidhrilha li huwa meħtieġ.
(4) Meta akkuża jew akkuża ppreżentata lill-Qorti tal-Assize tiġi modifikata mill-qorti wara li jkun beda l-proċess, ix-xhieda li tkun diġà ngħatat waqt il-proċess tista’ tintuża mingħajr il-bżonn ta’ seduta ġdida, iżda l-partijiet għandhom jitħallew jerġgħu iressqu jew iħarrku mill-ġdid lil kwalunkwe xhieda li setgħu diġà xehdu u jeżaminawhom jew jagħmlulhom kontroeżami b’rabta mal-modifika.
85.-(1) Meta tista’ tiġi ppruvata biss parti mill-akkuża jew mill-akkuża ppreżentata lill-Qorti tal-Assize u l-parti stabbilita tikkostitwixxi reat kriminali, l-akkużat jista’, mingħajr ebda modifika tal-akkuża jew tal-akkuża ppreżentata lill-Qorti tal-Assize, jiġi kkundannat għar-reat kriminali li jkun wettaq u li dwaru hemm evidenza.
(2) Meta persuna tkun akkużata b’reat kriminali, tista’ tiġi kkundannata talli ppruvat twettaq l-imsemmi reat kriminali, mingħajr il-ħtieġa ta’ modifika tal-akkuża jew tal-akkuża ppreżentata lill-Qorti tal-Assize.
(3) Meta jiġi stabbilit li persuna tkun wettqet xi att bil-ħsieb li twettaq ir-reat kriminali li bih tkun akkużata, u meta t-twettiq tal-att b’tali intenzjoni jikkostitwixxi reat kriminali, dik il-persuna tista’, jekk tkun għadha ma ġietx akkużata bir-reat kriminali msemmi hawn fuq, tiġi kkundannata għar-reat imsemmi, mingħajr il-ħtieġa ta’ modifika tal-akkuża jew tal-akkuża ppreżentata lill-Qorti tal-Assize.
(4) Meta, fi tmiem il-proċess, il-Qorti tqis li ġie stabbilit permezz ta’ xhieda li l-akkużat wettaq reat kriminali jew reati kriminali li mhumiex inklużi fl-akkuża jew fl-akkuża ppreżentata lil Qorti tal-Assize u li għalih l-akkużat jista’ ma jkunx ikkundannat mingħajr modifika minn qabel tal-akkuża jew tal-akkuża ppreżentata lil Qorti tal-Assize u li, jekk jinstab ħati ta’ dawn ir-reati kriminali, l-akkużat ma jkunx suġġett għal sentenza aktar stretta minn dik li tkun tapplika kieku kien ikkundannat abbażi tal-akkuża jew tal-akkuża ppreżentata lil Qorti tal-Assize u li, għalhekk, id-difiża tal-akkużat ma tkunx affettwata b’mod avvers, il-qorti tista’ tordna li akkuża jew akkużi jiżdiedu mal-akkuża jew mal-akkuża ppreżentata lill-Qorti tal-Assize fir-rigward ta’ tali reat(i) kriminali, u l-qorti għandha tiddeċiedi dwarhom bħallikieku tali akkuża/i kienu parti mill-akkuża inizjali jew mill-akkuża ppreżentata lil Qorti tal-Assize.
Id-dritt tal-akkużat li jkun preżenti għall-proċess huwa garantit permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 12 u 30 tal-Kostituzzjoni u permezz tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Barra minn hekk, l-akkużat għandu l-obbligu li jkun preżenti għall-proċess sakemm l-assenza tiegħu ma taqax taħt l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikoli 45(1) u 63(3) tal-Att dwar il-Proċedura Kriminali, Kap. 155.
L-Artikolu 45(1)
Huwa mifhum li imħallef jew, għal dawk il-kategoriji ta’ reati kriminali li l-President tal-Qorti Distrettwali (Eparchiako Dikastirio) jista’ jiddetermina permezz ta’ ordni ġenerali, ir-Reġistratur maħtur (Protokollitis) jista’, b’ordni speċjali fit-taħrika, jeħilsu lill-akkużat mill-obbligu li jidher personalment; u
(a) jippermetti lill-akkużat jidher u jirrispondi għall-akkużi permezz ta’ avukat li jirrappreżentah, f’liema każ l-akkużat jista’ jidher u jirrispondi b’dak il-mod.
Huwa mifhum li, meta l-persuna akkużata tiġi akkużata biss fil-kapaċità ta’ direttur jew segretarju tal-kumpanija u ma tkunx akkużata personalment b’xi reat, hija ma jkollhiex għalfejn tidher personalment il-qorti biex twieġeb għall-akkużi jew fi kwalunkwe stadju ieħor, bl-eċċezzjoni tal-istadju tas-smigħ tal-kawża, iżda għandha d-dritt li tkun rappreżentata minn avukat;
(b) jippermetti lill-akkużat, jekk jixtieq iwieġeb ħati, jibgħat dik ir-risposta lill-qorti, iċċertifikata kif xieraq u ttimbrata minn reġistratur jew surġent (lochias) jew uffiċjal tal-pulizija jew uffiċjal anzjan tal-pulizija skont l-Att tal-Pulizija jew uffiċjal li jiċċertifika skont l-Att dwar l-Uffiċjali li Jiċċertifikaw jew minn avukat skont l-Att dwar l-Avukati, li juża għal dak il-għan it-timbru personali tiegħu li jindika b’mod ċar ismu u l-indirizz sħiħ tiegħu, jew minn kap tal-komunità (koinotarchis), flimkien mat-taħrika li fir-rigward tagħha tingħata r-risposta, f’liema każ ir-risposta għandha titqies bħala ammissjoni ta’ ħtija għall-finijiet tal-proċedura.
63.-(1) L-akkużat għandu jkollu d-dritt li jkun preżenti fil-qorti matul il-proċess, sakemm hu jġib ruħu sewwa.
(2) Meta l-imputat jonqos milli jġib ruħu sew, il-qorti tista’, fid-diskrezzjoni tagħha, tordna li jitneħħa mill-awla u jinżamm taħt arrest preventiv, u tkompli l-proċess fl-assenza tiegħu billi tagħmel
dawk l-arranġamenti li, fl-opinjoni tal-qorti, jidhru biżżejjed biex l-akkużat ikun infurmat dwar dak kollu li ġara waqt il-proċess u biex iħejji d-difiża tiegħu.
(3) Il-qorti tista’, jekk jidhrilha xieraq, tippermetti lill-akkużat jibqa’ barra mill-awla matul il-proċess kollu jew parti minnu, skont dawk it-termini li jidhrilha xierqa.
Fuq il-bażi tal-ġurisprudenza Ċiprijotta, jista’ jsir proċess fl-assenza tal-imputati meta dan ikun fl-interess tal-ġustizzja.
Id-dritt għal interpretu huwa ggarantit kemm permezz tal-Kostituzzjoni kif ukoll permezz tal-Att tal-2014 dwar id-Dritt għall-Interpretazzjoni u t-Traduzzjoni matul il-Proċedura Kriminali (18(I)/2014). Barra minn hekk, id-dritt għal interpretu huwa previst fl-Artikolu 65 tal-Att dwar il-Proċedura Kriminali, Kap. 155.
L-Artikolu 12. 5(a) u (e) tal-Kostituzzjoni jistipula li:
kwalunkwe persuna akkużata b’reat għandu jkollha, bħala minimu, id-drittijiet li ġejjin:
(a) li tkun infurmata immedjatament u fid-dettall b’lingwa li tifhem dwar in-natura tal-akkużi u r-raġunijiet għalihom;
(e) li tkun megħjuna minn interpretu mingħajr ħlas jekk ma tifhimx jew ma titkellimx il-lingwa użata fil-qorti.
L-Artikolu 30(3) tal-Kostituzzjoni jistipula li kull persuna akkużata għandha d-dritt għal interpretu mingħajr ħlas jekk ma tifhimx jew ma titkellimx il-lingwa użata fil-qorti.
L-Att tal-2014 dwar id-Dritt għall-Interpretazzjoni u t-Traduzzjoni matul il-Proċedura Kriminali (18(I)/2014) jipprovdi għad-
4.-(1) L-awtorità kompetenti għandha tirranġa għal servizzi ta’ interpretazzjoni mingħajr dewmien għal persuna suspettata jew akkużata li ma titkellimx u/jew ma tifhimx il-lingwa li biha jitmexxew il-proċedimenti kriminali, matul il-proċedimenti kriminali quddiem awtoritajiet investigattivi u/jew ġudizzjarji, inklużi l-interrogazzjoni tal-pulizija, is-seduti kollha tal-qorti u kull seduta intermedja meħtieġa.
(2) L-awtorità ġudizzjarja responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew, skont l-Artikolu 11 tal-mandat ta’ arrest Ewropew u l-Att dwar il-Proċeduri għall-Estradizzjoni ta’ Persuni Rikjesti Bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, għandha tirranġa biex is-servizzi ta' interpretazzjoni jingħataw mingħajr dewmien lil kwalunkwe persuna rikjesta li ma titkellimx u/jew ma tifhimx il-lingwa li biha jitmexxew il-proċedimenti relatati.
(3) Meta dan ikun meħtieġ biex jiġi żgurat smigħ xieraq, l-awtorità kompetenti għandha tirranġa għal servizzi ta’ interpretazzjoni biex tiżgura komunikazzjoni bejn il-persuna suspettata, akkużata u/jew rikjesta u l-avukat tagħha, meta din il-komunikazzjoni tkun marbuta direttament mal-interrogazzjonijiet u/jew mas-seduti matul il-proċedimenti kriminali u/jew l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew u/jew għall-preżentata ta’ appell u/jew talbiet proċedurali oħra, inkluż talba għal ħelsien mill-arrest bil-garanzija.
(4) Skont dan l-Artikolu l-interpretazzjoni għandha:
(a) tiġi pprovduta bil-lingwa materna tal-persuna suspettata, akkużata jew rikjesta jew bi kwalunkwe lingwa oħra li din titkellem u/jew tifhem; u
(b) tinkludi aktar għajnuna, kif xieraq, bħall-użu tal-lingwa tas-sinjali, biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ persuni suspettati, akkużati jew rikjesti bi problemi ta’ smigħ u/jew taħdit.
(5) L-awtorità kompetenti għandha tivverifika bi kwalunkwe mezz li tqis xieraq jekk is-suspettat, il-persuna akkużata jew il-persuna rikjesta jitkellmux u jifhmux il-lingwa użata fil-proċedimenti kriminali jew fil-proċeduri għall-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew u jekk dik il-persuna teħtieġx assistenza minn interpretu.
(6) Is-servizzi ta’ interpretazzjoni kif previsti f’dan l-Artikolu għandhom ikunu ta’ kwalità suffiċjenti biex jiżguraw smigħ xieraq, b’mod partikolari billi jiżguraw li l-persuna suspettata, akkużata jew il-persuna rikjesta tifhem il-kawża kontriha sabiex tkun tista’ teżerċita d-dritt tagħha ta’ difiża. Għal dan il-għan, l-awtorità kompetenti għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-ispeċifiċitajiet tal-komunikazzjoni bl-għajnuna ta’ interpretu.
(7) Fejn meħtieġ, l-awtorità kompetenti tista’ tirranġa biex is-servizzi ta’ interpretazzjoni jiġu pprovduti bl-użu ta’ teknoloġiji tal-komunikazzjoni, pereżempju vidjokonferenzi, telefon u/jew l-internet, sakemm il-preżenza fiżika tal-interpretu ma tkunx meħtieġa biex ikun żgurat smigħ xieraq.
(8) Għall-iskopijiet ta’ implimentazzjoni aħjar tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (5), il-proċedura jew il-mekkaniżmu biex jiġi vverifikat jekk is-suspettat, il-persuna akkużata jew il-persuna rikjesta jitkellmux u jifhmux il-lingwa użata fil-proċedimenti kriminali jew fil-proċedimenti għall-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew jista’ jiġi determinat minn regolamenti.
5.-(1) Sabiex jiġi żgurat li l-persuna suspettata jew akkużata tkun kapaċi teżerċita d-dritt tagħha ta’ difiża u biex jiġi żgurat smigħ xieraq, l-awtorità kompetenti għandha, f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, tipprovdi lill-persuna suspettata jew akkużata li ma tifhimx il-lingwa użata fil-proċedimenti kriminali rilevanti bi traduzzjoni bil-miktub tad-dokumenti essenzjali kollha.
(2) Għall-finijiet ta’ dan l-Att, id-dokumenti essenzjali għandhom jinkludu:
(a) fil-każijiet kollha, il-mandat ta’ arrest u/jew detenzjoni, l-att ta’ akkuża u kull deċiżjoni u ordni ġudizzjarja pertinenti għall-proċedimenti; u
(b) kwalunkwe dokument ieħor meqjus essenzjali mill-awtorità kompetenti ex officio jew fuq talba motivata tal-persuna suspettata jew akkużata jew tal-avukat tal-persuna suspettata jew akkużata.
(3) L-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx għalfejn jipprovdu traduzzjoni ta’ siltiet ta’ dokumenti essenzjali li ma jikkontribwixxux biex il-persuna suspettata jew akkużata tifhem il-kawża kontriha.
(4) Sabiex jiġi żgurat smigħ xieraq, fi proċedimenti għall-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, l-awtorità kompetenti għandha, fi żmien raġonevoli, tipprovdi lill-persuna rikjesta li ma tifhimx il-lingwa li biha nkiteb il-mandat ta’ arrest Ewropew jew il-lingwa li fiha kien tradott mill-Istat Membru li joħroġ il-mandat, bi traduzzjoni bil-miktub ta’ dak id-dokument.
(5) Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi (1), (2) u (4), l-awtorità kompetenti tista’ tipprovdi, minflok traduzzjoni bil-miktub, traduzzjoni orali u/jew sommarju orali tad-dokumenti essenzjali, sakemm din it-traduzzjoni orali u/jew sommarju orali ma jaffettwax l-ekwità tal-proċedimenti.
(6) Il-persuna suspettata, akkużata jew rikjesta għandhom ikunu intitolati li jirrinunzjaw għad-dritt li jirċievu t-traduzzjoni bil-miktub u/jew orali u/jew sommarju orali previsti f’dan l-Artikolu, jekk l-awtorità kompetenti tingħata evidenza suffiċjenti li:
(a) il-persuna kkonċernata tkun ikkonsultat avukat qabel u/jew inkella tkun kompletament konxja tal-konsegwenzi ta’ rinunzja bħal din; u
(b) ir-rinunzja tkun legalment valida u volontarja.
(7) It-traduzzjoni bil-miktub u/jew orali u/jew sommarju orali previsti f’dan l-Artikolu għandhom jiġu pprovduti bil-lingwa materna tal-persuna suspettata, akkużata jew rikjesta jew fi kwalunkwe lingwa oħra li titkellem u/jew tifhem.
(8) It-traduzzjoni bil-miktub u/jew orali u/jew sommarju orali previsti f’dan l-Artikolu għandhom ikunu ta’ kwalità suffiċjenti biex jiżguraw smigħ xieraq, b’mod partikolari billi jiżguraw li l-persuna suspettata, akkużata jew rikjesta tifhem il-kawża kontriha sabiex tkun tista’ teżerċita d-dritt tagħha ta’ difiża.
L-Artikolu 65-(1) tal-Att dwar il-Proċedura Kriminali, Kap. 155, jistipula li
meta xhieda tingħata b’lingwa li l-akkużat ma jifhimx u hu jkun preżenti, interpretu għandu jinterpreta għall-akkużat f’seduta tal-qorti miftuħa b’lingwa li l-akkużat jifhem.
Huwa mifhum li meta jkun hemm avukat difensur, l-interpretazzjoni tista’ titħalla barra bil-kunsens tiegħu.
(2) Meta d-dokumenti jiġu sottomessi bħala evidenza formali, għandu jkun fid-diskrezzjoni tal-qorti li dawn jiġu interpretati skont kemm il-kontenut tagħhom jitqies li huwa meħtieġ.
Skont l-Artikolu 12¨ tal-Kostituzzjoni,
kwalunkwe persuna akkużata b’reat għandu jkollha, bħala minimu, id-drittijiet li ġejjin:
(c) li tiddefendi lilha nnifisha personalment jew permezz ta’ avukat tal-għażla tagħha jew, jekk ma tistax taffordja avukat, li tiġi pprovduta b’għajnuna legali mingħajr ħlas fejn dan ikun meħtieġ biex issir ġustizzja;
L-Artikolu 30 (3) tal-Kostituzzjoni jistipula wkoll li:
Kull persuna għandha d-dritt li:
(d) ikollha avukat difensur tal-għażla tagħha u li tingħata għajnuna legali mingħajr ħlas fejn dan ikun meħtieġ biex issir ġustizzja u skont il-liġi.
Ukoll, skont l-Att dwar l-Għajnuna Legali, jiġifieri l-Att 165(Ι)/2002, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fih ikunu sodisfatti, waqt is-seduta l-akkużat għandu jkollu d-dritt għal avukat tal-għażla tiegħu u għall-għajnuna legali mingħajr ħlas.
Jekk, fi proċedimenti sommarji, persuna akkużata tonqos milli tidher fil-ħin speċifikat, u wara li tiġi ppreżentata evidenza li ġiet innotifikata b’taħrika, il-qorti tista’ tipproċedi għas-smigħ tal-kawża u tasal għal deċiżjoni fl-assenza tagħha jew, jekk jidhrilha xieraq, tipposponi s-smigħ u toħroġ mandat għall-arrest tagħha.
Huwa mifhum li imħallef jew, għal dawk il-kategoriji ta’ reati kriminali li l-President tal-Qorti Distrettwali (Eparchiako Dikastirio) jista’ jiddetermina permezz ta’ ordni ġenerali, ir-Reġistratur maħtur (Protokollitis) jista’, b’ordni speċjali fit-taħrika, jeħilsu lill-akkużat mill-obbligu li jidher personalment; u
(a) jippermetti lill-akkużat jidher u jirrispondi għall-akkużi permezz ta’ avukat li jirrappreżentah, f’liema każ l-akkużat jista’ jidher u jirrispondi b’dak il-mod;
(b) jippermetti lill-akkużat, jekk jixtieq iwieġeb ħati, jibgħat dik ir-risposta lill-qorti, iċċertifikata kif xieraq u ttimbrata minn reġistratur jew surġent (lochias) jew uffiċjal tal-pulizija jew uffiċjal anzjan tal-pulizija skont l-Att tal-Pulizija jew uffiċjal li jiċċertifika skont l-Att dwar l-Uffiċjali li Jiċċertifikaw jew minn avukat skont l-Att dwar l-Avukati, li juża għal dak il-għan it-timbru personali tiegħu li jindika b’mod ċar ismu u l-indirizz sħiħ tiegħu, jew minn kap tal-komunità (koinotarchis), flimkien mat-taħrika li fir-rigward tagħha tingħata r-risposta, f’liema każ ir-risposta għandha titqies bħala ammissjoni ta’ ħtija għall-finijiet tal-proċedura.
Huwa mifhum li, meta l-persuna akkużata tiġi akkużata biss fil-kapaċità ta’ direttur jew segretarju ta’ kumpanija u ma tkunx akkużata personalment b’xi reat, hija ma jkollhiex għalfejn tidher personalment il-qorti jew biex twieġeb għall-akkużi jew fi kwalunkwe stadju ieħor, bl-eċċezzjoni tal-istadju tas-smigħ tal-kawża, iżda għandha d-dritt li tkun rappreżentata minn avukat.
Meta l-akkużat jissejjaħ biex iwieġeb, huwa jista’ jwieġeb li huwa ħati jew mhux ħati jew jagħmel dikjarazzjoni speċifika ta’ difiża speċifika u t-tweġiba tiegħu għandha tiġi rreġistrata mill-qorti.
Id-dikjarazzjoni speċifika ta’ difiża għandha tinkludi d-dikjarazzjonijiet li ġejjin:
(a) Il-Qorti li quddiemha jissejjaħ l-akkużat biex iwieġeb għall-akkużi m’għandha l-ebda ġuriżdizzjoni u li qorti oħra għandha ġuriżdizzjoni fir-rigward tal-akkużat jew tar-reat kriminali li huwa akkużat bih. Jekk din l-allegazzjoni tiġi aċċettata, il-qorti għandha tirreferi l-kawża lill-qorti tar-Repubblika ta’ Ċipru li għandha ġuriżdizzjoni fuq l-awtur tar-reat jew fuq ir-reat kriminali rilevanti.
(b) Ġie kkundannat jew illiberat qabel, skont il-każ, fuq il-bażi tal-istess fatti għall-istess reat kriminali.
(c) Ingħata maħfra għal dan ir-reat kriminali.
Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-fatti allegati mill-akkużat ma jippruvawx l-allegazzjoni, jew li l-allegazzjoni tkun tabilħaqq falza, l-akkużat għandu jwieġeb għall-akkużi.
Jekk l-akkużat iwieġeb li huwa ħati u l-qorti jkollha biżżejjed provi li hu fehem in-natura tar-risposta tiegħu, tista’ tipproċedi bħallikieku l-akkużat ġie kkundannat b’deċiżjoni tal-qorti.
Jekk l-akkużat ma jagħmel l-ebda ammissjoni ta’ ħtija, il-qorti għandha tipproċedi għas-smigħ tal-kawża. Jekk l-akkużat jirrifjuta li jirrispondi jew ma jirrispondix immedjatament jew ma jistax jirrispondi minħabba diżabilità fiżika, il-qorti għandha tipproċedi bħallikieku l-akkużat ma għamel l-ebda ammissjoni ta’ ħtija.
Il-Qorti Distrettwali għandha tisma’ sommarjament reati li bil-liġi jġorru piena ta’ mhux aktar minn ħames snin priġunerija jew multa li ma taqbiżx l-EUR 85,000 jew it-tnejn.
Il-Qorti tal-Assize (Kakourgiodikeio) tisma’ reati kriminali li jġorru piena ta’ mhux aktar minn ħames snin priġunerija.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
Persuna li tinstab ħatja mill-Qorti tal-Assize jew mill-Qorti Distrettwali u li tkun ikkundannata għal kwalunkwe perjodu ta’ priġunerija jew li tħallas penali finanzjarja tista’ tappella lill-Qorti Suprema kontra l-kundanna jew is-sentenza.
Mhu previst l-ebda dritt li tittieħed azzjoni legali kontra d-deċiżjoni tal-qorti.
Il-piena imposta mill-qorti għandha tiġi rreġistrata mill-pulizija fil-fajl imsejjaħ “Arkivju tal-Kundanni Preċedenti”. Ir-remissjoni tas-sentenzi għandha ssir skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar ir-Remissjoni lill-Persuni Kundannati (Att 70/1981). Ma hija prevista l-ebda remissjoni fir-rigward ta’ sentenzi ta’ għomor il-ħabs jew priġunerija ta’ aktar minn sentejn.
Sentenza ta’ ħabs għandha tiġi skontata mill-jum meta tingħata d-deċiżjoni relevanti; madankollu, u sakemm il-qorti ma tordnax mod ieħor, minn dan il-perjodu jista’ jitnaqqas iż-żmien li l-persuna tkun inżammet taħt arrest preventiv qabel il-proċess skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Il-qorti għandha tordna li l-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ priġunerija li ma taqbiżx it-tliet snin tiġi sospiża, sakemm dan ikun ġustifikat miċ-ċirkostanzi tal-kawża fl-intier tagħhom u miċ-ċirkostanzi personali tal-akkużat.
Il-qorti li toħroġ ordni li tissospendi l-eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ ħabs tista’ toħroġ ordni ta’ probation li tpoġġi lill-persuna kkundannata taħt is-superviżjoni ta’ uffiċjal ta’ sorveljanza (gwardjan) għal perjodu li ma jaqbiżx il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-ordni (tliet snin).
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.