Medjazzjoni

Bulgarija

Il-kontenut ipprovdut minn
Bulgarija

L-Artikolu 10 – Informazzjoni dwar il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti

L-awtoritajiet kompetenti biex jirċievu talbiet skont l-Artikolu 6(1) u (2) tad-Direttiva huma l-qrati distrettwali.

Skont it-Taqsima 18(1) tal-Att dwar il-Medjazzjoni, intitolat “Eżegwibbiltà tas-soluzzjoni”, soluzzjoni f’tilwima legali li ntlaħqet f’medjazzjoni għandha s-setgħa ta’ soluzzjoni bil-qorti, u hija soġġetta għall-approvazzjoni mill-qrati distrettwali.

Skont it-Taqsima 18(2) tal-Att dwar il-Medjazzjoni, il-qorti tapprova s-soluzzjoni wara li din tiġi kkonfermata mill-partijiet, sakemm ma tmurx kontra l-Att jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità.

L-aħħar aġġornament: 26/09/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.