Ir-Regolament Brussell IIa - Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri

il-Kroazja

Il-kontenut ipprovdut minn
il-Kroazja

L-Artikolu 67 (a)

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna Kroat ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

L-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet ċentrali deżinjati skont l-Artikolu 53, u kif jistgħu jiġu kkuntattjati:

Il-Ministeru għax-Xogħol, is-Sistema tal-Pensjonijiet, il-Familja u l-Politika Soċjali

Trg Nevenke Topalušić 1

10000 Zagreb

Sit: https://mrosp.gov.hr/

Posta elettronika: eu-poslovi@mrosp.hr

Tel.: +385 1 6109 892, + 385 1 6106 164

Faks: +385 1 6106 171

L-Artikolu 67 (b)

Il-lingwi aċċettati għall-komunikazzjoni mal-awtoritajiet ċentrali skont l-Artikolu 57(2):

a) Il-Kroat jew l-Ingliż għall-komunikazzjoni mal-awtoritajiet ċentrali;

b) Il-Kroat għall-applikazzjonijiet.

L-Artikolu 67 (c)

Il-lingwi aċċettati għaċ-ċertifikat rigward id-dritt ta' aċċess skont l-Artikolu 45(2):

Il-Kroat.

L-Artikoli 21 u 29

Ir-rikorsi previsti mill-Artikoli 21 u 29 iridu jiġu ppreżentati lill-qrati li ġejjin:

Il-qrati muniċipali (općinski sudovi; sing. općinski sud) jirċievu l-applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà u jiddeċiduhom.

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 33

L-appell previst mill-Artikolu 33 irid jiġi ppreżentat lill-qrati li ġejjin:

L-appelli jitressqu lill-qrati tat-tieni istanza (qrati tal-kontea(županijski sudovi; sing. županijski sud)) permezz tal-qorti tal-prim'istanza li tkun adottat id-deċiżjoni (qorti muniċipali).

Ikklikkja fuq il-link hawn taħt biex tara l-awtoritajiet kollha kompetenti relatati ma' dan l-Artikolu.
Lista ta' awtoritajiet kompetenti

L-Artikolu 34

Appelli skont l-Artikolu 34:

Is-sentenza li tingħata fuq appell tista' tiġi kkontestata minn waħda mill-partijiet billi tressaq rikors għal ritrattazzjoni (l-Artikoli 421-428 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili). Rikors għal ritrattazzjoni jrid jiġi mressaq lill-qorti li tkun adottat is-sentenza fil-prim'istanza (qorti muniċipali).

 

Din il-paġna web hija parti minn L-Ewropa Tiegħek.

Nilqgħu l-feedback tiegħek dwar l-utilità tal-informazzjoni pprovduta.

Your-Europe

L-aħħar aġġornament: 04/03/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.