- Liema awtorità tgħinni nibgħat talba f’pajjiż ieħor tal-UE?
- X’inhuwa r-rwol tal-awtorità li tassisti?
- Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ appoġġ, jekk it-talba li trid tintbagħat ikollha bżonn? Jekk iva, min iħallas għaliha?
- Hemm xi tariffi amministrattivi jew tariffi oħra li jridu jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra l-pajjiż?
Liema awtorità tgħinni nibgħat talba f’pajjiż ieħor tal-UE?
Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja (Lietuvos Respublikos teisingumo ministerija),
Gedimino pr. 30,
Vilnius
X’inhuwa r-rwol tal-awtorità li tassisti?
Il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja huwa awtorizzat jissottometti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea rikorsi minn ċittadini tar-Repubblika tal-Litwanja u persuni oħra li huma legalment u ordinarjament residenti fir-Repubblika tal-Litwanja għal kumpens minħabba danni kkawżati minn reat vjolenti kommess fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, il-Ministeru tal-Ġustizzja jipprovdi lin-nies b’informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għal kumpens dwar dannu kkawżat minn reati vjolenti skont l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea.
Din l-awtorità tittraduċi d-dokumenti ta’ appoġġ, jekk it-talba li trid tintbagħat ikollha bżonn? Jekk iva, min iħallas għaliha?
Iva, jekk meħtieġ, il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja jassisti fit-traduzzjoni tad-dokumenti li jridu jiġu ppreżentati. Il-vittma tar-reat mhix obbligata tħallas għall-ispejjeż tat-traduzzjoni.
Hemm xi tariffi amministrattivi jew tariffi oħra li jridu jitħallsu meta t-talba tintbagħat barra l-pajjiż?
Le, ma hemmx tariffi x’jitħallsu.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.