Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin

Iċ-Ċekja

Il-kontenut ipprovdut minn
Iċ-Ċekja

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Fir-Repubblika Ċeka huma l-qrati distrettwali [okresní soudy].

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Jistgħu jintużaw biss miżuri ta’ rimedju straordinarji, jiġifieri:

- kawża għall-annullament [zmatečnost];

- kawża sabiex jerġgħu jinfetħu l-proċedimenti [žaloba na obnovu řízení];

- rieżami ta’ appell [dovolání].

Il-proċeduri kollha ta’ appell straordinarju mniżżla jenħtieġ li jiġu ppreżentati lill-qorti li tat id-deċiżjoni fil-kawża fil-prim’istanza.

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Dan ifisser entitajiet notarili bħal pereżempju kummissarji ġudizzjarji (l-Artikolu 162(2) flimkien mal-Artikoli 100(1) u 103(1) tal-Att Nru 292/2013 dwar proċeduri ġudizzjarji speċjali).

L-aħħar aġġornament: 18/05/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.