Qrati ordinarji nazzjonali

Bulgaria

Din it-taqsima tipprovdi informazzjoni dwar is-sistema ġudizzjarja Bulgara.

Content provided by:
Bulgaria

L-organizzazzjoni tal-ġustizzja – is-sistema ġudizzjarja

Il-qrati tal-ewwel istanza f'kawżi ċivili u kriminali

Il-Qrati Distrettwali

Il-qorti tal-ewwel istanza ewlenija hija l-qorti distrettwali. Din teżamina l-kawżi kollha ħlief dawk li huma assenjati lill-qrati l-oħra skont il-liġi. Hija teżamina l-kawżi ċivili, kriminali u amministrattivi. Id-deċiżjonijiet tal-qrati distrettwali huma soġġetti għall-appell quddiem il-qorti provinċjali rispettiva.

Il-qorti distrettwali tkun magħmula minn imħallfin u hija mmexxija minn president.

Il-qrati provinċjali

Meta taġixxi bħala qorti tal-ewwel istanza, il-qorti provinċjali teżamina:

kawżi ċivili - rikorsi biex tiġi stabbilita parentela, tiġi tterminata adozzjoni, biex persuna tiġi ddikjarata li hija taħt inkapaċità ġudizzjarja jew biex titneħħa tali inkapaċità; rikorsi biex tiġi stabbilita sjieda fuq proprjetà jew drittijiet reali fuq proprjetà jekk il-valur tat-talba jkun ogħla minn BGN 50 000; tilwim ċivili jew kummerċjali fuq somma ta' aktar minn BGN 25 000 (bl-eċċezzjoni ta' talbiet ta' manteniment, talbiet taħt il-liġi tax-xogħol jew għall-irkupru ta' nefqa mhux awtorizzata); rikorsi biex reġistrazzjoni ta’ kumpanija li għaliha l-liġi tipprevedi li l-qrati provinċjali għandhom ġurisdizzjoni inizjali tiġi stabbilita bħala inammissibbli, nulla jew żbaljata; tilwim soġġett għal eżami minn qorti provinċjali taħt leġislazzjoni oħra.

kawżi kriminali - kawżi relatati ma’ delitti skont l-Artikoli 95 - 110, 115, 116, 118, 119, 123, 124, 131(2)(1) u (2), 142, 149(5), 152(4), 196a, 199, 203, 206(4), 212(5), 213a(3) u (4), 214(2), 219, 224, 225b, 225c, 242, 243 - 246, 248 - 250, 252 - 260, 277а - 278e, 282 - 283b, 287а, 301 - 307а, 319а - 319f, 330(2) u (3), 333, 334, 340 - 342, 343(1)(c), (3)(b) u (4), 349(2) u (3), 350(2), 354a(1) u (2), 354b, 356f - 356i, 357 - 360 - tal-Kodiċi Kriminali, bl-eċċezzjoni tal-kawżi li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-qorti kriminali speċjalizzata taħt l-Artikolu 411a tal-Kodiċi Kriminali.

F’Sofija hemm stabbilita Qorti tal-Belt li għandha s-setgħat ta' qorti provinċjali. Il-Qorti tal-Belt ta’ Sofija taġixxi bħala qorti tal-ewwel istanza għal kawżi relatati ma' reati ta' natura ġenerali mwettqa minn persuni li jgawdu l-immunità jew membri tal-Kunsill tal-Ministri.

Il-qrati provinċjali jinsabu fiċ-ċentri provinċjali. F’kull żona ġudizzjarja ta' kull qorti provinċjali hemm qorti distrettwali waħda jew diversi.

Qrati tat-tieni istanza f'kawżi ċivili u kriminali

Il-qrati provinċjali, li jaġixxu bħala qrati tat-tieni istanza, jeżaminaw atti li huma appellati f’kawżi quddiem il-qrati distrettwali, kif ukoll kawżi oħra assenjati lilhom bil-liġi.

Bħala qrati tat-tieni istanza, il-qrati tal-appell jeżaminaw atti appellati fil-kawżi tal-qrati provinċjali, kif ukoll kawżi oħra tal-qorti assenjati lilhom bil-liġi.

Il-qrati tat-tielet istanza f'kawżi ċivili u kriminali

Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni hija l-ogħla Qorti ġudizzjarja f'kawżi kriminali u ċivili. Il-ġurisdizzjoni tagħha tkopri t-territorju kollu tar-Repubblika tal-Bulgarija.

Il-bażi tad-data legali

Kull qorti fil-Bulgarija żżomm sit web li jikkorrispondi mal-ħtiġijiet taċ-ċittadini, l-entitajiet legali u l-awtoritajiet amministrattivi. Dawn is-siti web jipprovdu informazzjoni dwar l-istruttura u l-attivitajiet tal-qrati, kif ukoll informazzjoni dwar kawżi li għaddejjin u kawżi li jkunu diġà ingħalqu.

L-isem u l-URL tal-bażijiet tad-data rispettivi

Is-sit web tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura jipprovdi lista dettaljata tal-qrati fil-Bulgarija, inklużi l-indirizzi u s-siti web tagħhom (aċċessibbli bil-Bulgaru biss).

L-aħħar aġġornament: 29/06/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.