- FINDING COMPETENT COURTS/AUTHORITIES
- L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati
- L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti
- L-Artikolu 4 - Korp ċentrali
- L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli
- L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra
- L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta
- L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)
- L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Find information per region
FINDING COMPETENT COURTS/AUTHORITIES
The search tool below will help you to identify court(s)/authority(ies) competent for a specific European legal instrument. Please note that although every effort has been made to ascertain the accuracy of the results, there may be some exceptional cases concerning the determination of competence that are not necessarily covered.
L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati
Il-Qrati.
L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti
It-talbiet għall-kumpilazzjoni tax-xhieda għandhom jintbagħtu lill-qorti distrettwali (rayonen sad) li fil-ġuriżdizzjoni tagħha għandha ssir il-kumpilazzjoni tax-xhieda.
L-Artikolu 4 - Korp ċentrali
Il-Ministeru għall-Ġustizzja
Id-Direttorat għall-Kooperazzjoni Legali u l-Affarijiet Ewropej
It-Taqsima tal-Kooperazzjoni Internazzjonali f’Materji Ċivili
Tel.: +359 2 9237 413
+359 2 9237 544
+359 2 9237 576
Fax: +3592 9809223
Email: civil@justice.government.bg
Indirizz: ul. Slavyanska No 1
1040 Sofia
Bulgaria
L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli
It-talbiet minn Stat Membru ieħor għall-kumpilazzjoni tax-xhieda u t-teħid ta’ dikjarazzjonijiet għandhom ikunu miktuba bil-Bulgaru jew akkumpanjati minn traduzzjoni għall-Bulgaru.
L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra
Il-qrati distrettwali jaċċettaw talbiet għall-kumpilazzjoni tax-xhieda u komunikazzjonijiet oħrajn li jaslu bil-posta.
L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta
L-awtorità kompetenti biex tawtorizza l-kumpilazzjoni diretta tax-xhieda fir-Repubblika tal-Bulgarija hija l-qorti provinċjali (okrazhen sad) li fil-ġuriżdizzjoni tagħha għandha ssir il-kumpilazzjoni tax-xhieda.
L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)
Ir-Repubblika tal-Bulgarija ma timplimenta u ma kkonkludiet ebda ftehim jew arranġament internazzjonali ma’ Stati Membri oħrajn tal-UE li għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-kumpilazzjoni tax-xhieda u li jridu jkunu kompatibbli ma’ dan ir-Regolament.
Ir-Regolament jieħu preċedenza fuq ftehimiet konklużi mir-Repubblika tal-Bulgarija ma’ Stati Membri oħrajn fir-rigward tal-kumpilazzjoni tax-xhieda f’materji ċivili u kummerċjali.
L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata
Sal-lum, il-Bulgarija ma għandhiex il-ħsieb li tuża l-possibbiltà tat-tħaddim bikri tas-sistema deċentralizzata tal-IT.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.