Kumpilazzjoni tax-xhieda (riformulazzjoni)

Greece

Content provided by:
Greece

FINDING COMPETENT COURTS/AUTHORITIES

The search tool below will help you to identify court(s)/authority(ies) competent for a specific European legal instrument. Please note that although every effort has been made to ascertain the accuracy of the results, there may be some exceptional cases concerning the determination of competence that are not necessarily covered.

Greece

Taking evidence


*mandatory input

L-Artikolu 2(1) - Awtoritajiet li jistgħu jitqiesu bħala qrati

Fil-Greċja, il-qrati tal-prim’istanza (Protodikeía) huma kompetenti, skont il-ġuriżdizzjoni territorjali tagħhom, biex jikkumpilaw xhieda għall-finijiet ta’ proċedimenti ġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali. Ebda awtorità oħra ħlief il-qrati ma ġiet maħtura.

L-Artikolu 3(2) - Qrati rikjesti

Il-qrati tal-prim’istanza maħtura skont l-Artikolu 2(1), fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ talbiet għal assistenza legali, għandhom ġuriżdizzjoni ġenerali biex jikkumpilaw xhieda f’kull materja ċivili u kummerċjali, abbażi tal-ġuriżdizzjoni territorjali tagħhom.

Ikklikkja fuq il-link ta’ hawn taħt biex tara l-qrati kompetenti kollha, skont dan l-Artikolu, abbażi tal-ġuriżdizzjoni territorjali tagħhom (https://www.ministryofjustice.gr/wp-content/uploads/2021/10/Protodikeia.pdf).

L-Artikolu 4 - Korp ċentrali

Il-korp ċentrali huwa l-Ministeru għall-Ġustizzja, id-Dipartiment tad-Dritt Internazzjonali Privat (indirizz: Leoforos Mesogeion 96, 11527 Athens). Kuntatt: Giorgios Kouvelas, tel. +30 213 130 7529, +213 130 7480, email: civilunit@justice.gov.gr, gkouvelas@justice.gov.gr, xpappa@justice.gov.gr).

L-Artikolu 6 - Lingwi aċċettati biex jimtlew il-formoli

Il-lingwi aċċettati għall-mili tat-talba: Il-Grieg.

L-Artikolu 7 - Mezzi aċċettati għat-trażmissjoni ta’ talbiet u komunikazzjonijiet oħra

Il-mezzi tekniċi disponibbli għall-qrati msemmija fil-lista msemmija fl-Artikolu 3(2) għat-trażmissjoni tat-talbiet jistgħu jvarjaw minn qorti għal oħra u jistgħu jinbidlu maż-żmien.

Għaldaqstant huwa rakkomandat li ssir konsultazzjoni personali, permezz ta’ korrispondenza elettronika bejn il-persuni kompetenti tal-qorti rikjedenti u tal-qorti rikjesta, assistiti mill-awtoritajiet ċentrali jekk ikun meħtieġ. Jistgħu jintużaw ukoll applikazzjonijiet kummerċjali (eż. Skype), bi ftehim minn qabel.

L-Artikolu 19 - Korp ċentrali jew awtorità/awtoritajiet kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni ta’ xhieda diretta

Il-korp ċentrali jew l-awtorità (awtoritajiet) kompetenti responsabbli għal deċiżjonijiet dwar talbiet għal kumpilazzjoni diretta tax-xhieda: Il-Ministeru għall-Ġustizzja, id-Dipartiment tad-Dritt Internazzjonali Privat (indirizz: Leoforos Mesogeion 96, 11527 Athens). Kuntatt: Giorgios Kouvelas, tel. +30 213 130 7529, +213 130 7480, email: civilunit@justice.gov.gr, gkouvelas@justice.gov.gr, xpappa@justice.gov.gr).

L-Artikolu 29 - Ftehimiet jew arranġamenti li għalihom l-Istati Membri huma partijiet u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet fl-Artikolu 29(2)

Dan ir-Regolament jieħu preċedenza fuq dispożizzjonijiet oħrajn li jinsabu fil-ftehimiet bilaterali li ġejjin li għalihom il-Greċja hija firmatarja:

- il-Konvenzjoni bejn il-Greċja u l-Ġermanja tal-11 ta’ Mejju 1938 dwar l-appoġġ legali reċiproku għall-kawżi taħt il-liġi ċivili u kummerċjali (il-Liġi ta’ Emerġenza 1432/1938 – Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 399/1938);

- il-Konvenzjoni bejn il-Greċja u l-Jugoslavja tat-18 ta’ Ġunju 1959 dwar ir-relazzjonijiet legali reċiproċi, ratifikata bid-Digriet Leġiżlattiv 4009/1959 (Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 238, 5.11.1959);

- il-Konvenzjoni bejn ir-Renju tal-Greċja u r-Repubblika tal-Awstrija dwar l-assistenza legali reċiproka fil-qasam tal-liġi ċivili u kummerċjali, iffirmata f’Ateni fis-6 ta’ Diċembru 1965 (id-Digriet Leġiżlattiv 137/1969 – Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 45/1969);

- il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Soċjalista tar-Rumanija u r-Repubblika Ellenika dwar l-assistenza legali f’materji ċivili u kriminali, iffirmata f’Bucharest fid-19 ta’ Ottubru 1972 (id-Digriet Leġiżlattiv 429/1974 – Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 178/1974);

- il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Popolari tal-Bulgarija u r-Repubblika Ellenika dwar l-assistenza legali f’materji ċivili u kriminali, iffirmata f’Ateni fl-10 ta’ April 1976 (il-Liġi 841/1978 – Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 228/1978);

- il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Popolari tal-Ungerija u r-Repubblika Ellenika dwar l-assistenza ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali, iffirmata f’Budapest fit-8 ta’ Ottubru 1979 (il-Liġi 1149/1981 – Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 117/1981);

- il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Popolari Pollakka u r-Repubblika Ellenika dwar l-assistenza legali f’materji ċivili u kriminali, iffirmata f’Ateni fl-24 ta’ Ottubru 1979 (il-Liġi 1184/1981 – Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 198/1981);

- il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika Ellenika u r-Repubblika Soċjalista taċ-Ċekoslovakkja dwar l-assistenza legali f’materji ċivili u kriminali, iffirmata f’Ateni fit-22 ta’ Ottubru 1980 u li għadha fis-seħħ bħala bejn ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja u l-Greċja (il-Liġi 1323/1983 – Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 8/1983);

- il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u r-Repubblika Ellenika dwar il-kooperazzjoni legali f’materji ta’ liġi ċivili, kummerċjali u kriminali u tal-familja, iffirmata f’Nikosija fil-5 ta’ Marzu 1984 (il-Liġi 1548/1985 – Gazzetta tal-Gvern, Serje I, Nru 95/1985).

L-Artikolu 31(4) - Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata

Il-Greċja ma għandhiex l-intenzjoni li tħaddem is-sistema deċentralizzata fi stadju aktar bikri minn dak meħtieġ minn dan ir-Regolament.

L-aħħar aġġornament: 08/03/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.