Suċċessjonijiet

France

Content provided by:
France

FINDING COMPETENT COURTS/AUTHORITIES

The search tool below will help you to identify court(s)/authority(ies) competent for a specific European legal instrument. Please note that although every effort has been made to ascertain the accuracy of the results, there may be some exceptional cases concerning the determination of competence that are not necessarily covered.

France

Family law – succession matters


*mandatory input

L-Artikolu 78 (a) - l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b'ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà skont l-Artikolu 45(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 50(2)

Ir-rikorsi msemmija fl-Artikolu 45 għandhom jiġu ppreżentati lid-direttur tar-reġistru (directeur de greffe) tal-qorti kkombinata (tribunal judiciaire) (l-Artikoli 509-1 u 509-2 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (code de procédure civile)) meta jkunu relatati ma’ deċiżjoni jew tranżazzjoni ġudizzjarja u lill-president tal-Kamra tan-Nutara (chambre des notaires), jew is-sostitut tiegħu f’każ ta’ assenza jew impediment, meta r-rikors ikun jikkonċerna strument awtentiku (l-Artikolu 509-3 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

L-awtorità li quddiemha għandhom jiġu ppreżentati l-appelli msemmija fl-Artikolu 50(2) hija l-president tal-qorti kkombinata (l-Artikolu 509-9 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

L-Artikolu 78 (b) - il-proċeduri ta’ biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 51

Deċiżjoni mogħtija mill-president tal-qorti kkombinata fuq appell tista’ tiġi kkontestata biss billi jiġi ppreżentat appell fuq punt ta’ dritt (pourvoi en cassation) quddiem il-Qorti ta’ Kassazzjoni (Cour de cassation).

Ir-raġunijiet għal appell fuq punt ta’ dritt jistgħu jvarjaw (deċiżjoni li tikser il-liġi, użu ħażin tal-poter, nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni, nuqqas ta’ bażi ġuridika, nuqqas ta’ raġunijiet legali, sentenzi kontradittorji, eċċ.) iżda f’kull każ il-qorti għandha tillimita ruħha għal stħarriġ tal-applikazzjoni tal-liġi. Għalhekk, il-Qorti tal-Kassazzjoni tivverifika li d-deċiżjoni ma kisritx il-liġi jew li ma injoratx l-istat tad-dritt, iżda ma teżaminax il-fatti tal-kawża.

La Cour de cassation

5 quai de l’horloge

75055 Paris

L-Artikolu 78 (c) - informazzjoni rilevanti rigward l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ċ-Ċertifikat skont l-Artikolu 64

Iċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (ĊES) jinħareġ minn nutar.

Il-Kunsill Superjuri tan-Nutara (Conseil supérieur du notariat) huwa l-korp inkarigat mis-sorveljanza tan-nutara professjonali fi Franza.

Conseil supérieur du notariat

60 boulevard de la Tour-Maubourg

75007 Paris

Kuntatt https://www.notaires.fr/en

L-Artikolu 78 (d) - il-proċeduri ta’ rimedju msemmija fl-Artikolu 72

Kontestazzjoni tat-tip imsemmija fl-Artikolu 72 tista’ titressaq quddiem il-president tal-qorti kkombinata li għandha ġuriżdizzjoni fiż-żona fejn ikun jinsab in-nutar (l-Artikolu 1381-4 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Jista’ jiġi ppreżentat rikors fi żmien 15-il jum mill-ħruġ jew min-notifika tal-kopja ċċertifikata taċ-ĊES jew mir-riċeviment tad-deċiżjoni dwar iċ-ĊES.

Il-president tal-qorti kkombinata jagħti deċiżjoni finali dwar ir-rikors. Ir-rikorrent, in-nutar li jkun ħareġ iċ-ċertifikat, u, jekk ikun il-każ, il-parti li tkun talbet iċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni jekk ma tkunx ir-rikorrent, jinstemgħu jew jitħarrku. In-nutar jiġi infurmat bid-deċiżjoni.

Meta l-president tal-qorti jordna l-ħruġ, ir-rettifika jew il-modifika taċ-ċertifikat, jista’ jieħu l-passi neċessarji hu stess jew jitlob lin-nutar biex jagħmel dan.

Jekk il-president tal-qorti jordna l-irtirar taċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni jew is-sospensjoni tal-effetti tiegħu, in-nutar jinforma mingħajr dewmien lill-persuni kollha li jkunu nħarġulhom kopji ċċertifikati. Ma tista’ tinħareġ l-ebda kopja taċ-ċertifikat waqt il-perjodu ta’ sospensjoni tal-effetti tiegħu.

L-Artikolu 79 - Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-list li fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2)

Mhux applikabbli

L-aħħar aġġornament: 15/12/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.