Please note that the original language version of this page French has been amended recently. The language version you are now viewing is currently being prepared by our translators.
Swipe to change

Medjazzjoni tal-familja

Luxembourg
Content provided by:
European Judicial Network
European Judicial Network (in civil and commercial matters)

Regolament

Il-medjazzjoni tal-familja hija rregolata mil-liġi tal-24 ta’ Frar 2012 dwar medjazzjoni ċivili u kummerċjali u mir-Regolament tal-Gran Dukat tal-25 ta’ Ġunju 2012 li jistabbilixxi proċedura ta’ approvazzjoni ta’ medjatur legali u tal-familja, il-programm ta’ taħriġ speċifiku fil-medjazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ laqgħa ta’ informazzjoni mingħajr ħlas.

L-Artikolu 1251-1, il-paragrafu (2) tal-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili jistabbilixxi l-kwistjonijiet li fihom jistgħu jiġu proposti “medjazzjoni tal-familja” lill-partijiet mill-imħallef. Dawn huma:

  • divorzju, separazzjoni, separazzjoni għal koppji li jkunu marbuta permezz ta’ sħubija rreġistrata inkluż il-likwidazzjoni, il-qsim tal-akkwisti komuni u s-sjieda konġunta;
  • l-obbligi ta’ manteniment, il-kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-familja, il-manteniment tat-tfal u kustodja.

Proċedura

Il-partijiet jistgħu jirrikorru għal medjazzjoni konvenzjonali jew għal medjazzjoni ġudizzjarja tal-familji. L-ewwel tista’ tinbeda minn kull waħda mill-partijiet u independentement mis-suġġett, soġġett għall-applikazzjoni tal-Artikolu 1251–22(2) tal-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili, u mingħajr ebda proċedura ġudizzjarja jew arbitrali. L-arranġamenti għall-proċess ta’ medjazzjoni huma stipulati fi ftehim bil-miktub iffirmat bejn il-partijiet u l-medjatur. Il-medjazzjoni bi ftehim tawtorizza lill-partijiet biex jirrikorru jew għal medjatur approvat mill-Ministru tal-Ġustizzja jew medjatur li għadu ma ġiex approvat.

Meta l-imħallef jingħata kawża f’waħda mill-materji msemmija fl-Artikolu 1251–1(2) tal-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili, jista’ jipproponi lill-partijiet miżura ta’ medjazzjoni familjari. Jordna laqgħa ta’ informazzjoni mingħajr ħlas li ssir minn medjatur approvat jew medjatur li jkun eżentat mir-rekwiżit għal approvazzjoni fil-Lussemburgu bil-kundizzjoni li jissodisfa l-ħtiġijiet ekwivalenti jew essenzjalment komparabbli fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Artikolu 1251-3 (1)3 tal-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili. Laqgħat sussegwenti jiswew EUR 57 (ammont stabbilit permezz ta’ regolament tal-Gran Dukat). L-imħallef jiffissa t-tul tal-medjazzjoni, li ma tistax taqbeż it-tliet xhur. Madankollu, tista’ tiġi estiża permezz ta’ ftehim bejn il-partijiet. Il-persuni fiżiċi b’riżorsi insuffiċjenti jistgħu jiksbu assistenza finanzjarja għal kwalunkwe proċess ta’ medjazzjoni familjari ġudizzjarja.

Huwa importanti li wieħed jinnota li l-ftehimiet li jirriżultaw mill-medjazzjoni huma validi fil-liġi bħala deċiżjonijiet tal-qorti. Dawn il-ftehimiet ta’ medjazzjoni, jekk milħuqa barra mill-pajjiż jew fil-livell nazzjonali, jistgħu jiġu implementati fi ħdan l-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2008/52/KE msemmija hawn fuq tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali. L-approvazzjoni tal-ftehim kollu jew parti minnu mill-imħallef presedenti ta’ qorti distrettwali jagħti lill-ftehim is-saħħa ta' titolu eżekuttiv. Fir-rigward tal-medjazzjoni tal-familja, l-imħallef jivverifika jekk il-ftehim jikkonformax mal-ordni pubbliku, li ma jmurx kontra l-interessi tat-tfal, jekk ikunx adatt għal riżoluzzjoni permezz ta’ medjazzjoni u jekk il-medjatur ġiex approvat għal dan l-għan mill-Ministru tal-Ġustizzja.

Links rilevanti:

Lista tal-medjaturi approvati

Ministeru tal-Ġustizzja (informazzjoni ġenerali dwar il-medjazzjoni ċivili u kummerċjali)

L-aħħar aġġornament: 09/12/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.