Please note that the original language version of this page Dutch has been amended recently. The language version you are now viewing is currently being prepared by our translators.
Swipe to change

Tradutturi/Interpreti legali

Netherlands

Din il-paġna tipprovdi informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni ta’ interpreti u ta’ tradutturi ġuramentati fin-Netherlands u l-estensjoni ta’ dik ir-reġistrazzjoni.

Content provided by:
Netherlands
There is no official translation of the language version you are viewing.
You can access a machine translated version of this content here. Please note that it is only provided for contextual purposes. The owner of this page accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to the quality of this machine translated text.

L-Att dwar l-Interpreti u t-Tradutturi Ġuramentati tal-Qorti

Fin-Netherlands japplika l-Att dwar l-Interpreti u t-Tradutturi Ġuramentati tal-Qorti (Wet beëdigde tolken en vertalers - Wbtv). Dan jirregola r-regoli u r-regolamenti għall-interpreti ġuramentati, li jipprovdu traduzzjoni orali ta’ diskors magħmul f’lingwa oħra, u għat-tradutturi ġuramentati, li jipprovdu traduzzjoni bil-miktub ta’ test miktub f’lingwa oħra.

L-interpretazzjoni u t-traduzzjoni huma professjonijiet liberi, li jfisser li, fil-prinċipju, ikun xi jkun it-taħriġ jew l-isfond, kulħadd jista’ jsir interpretu jew traduttur indipendenti. M’għandekx bżonn tkun reġistrat(a) fir-Reġistru tal-Interpreti u tat-Tradutturi Ġuramentati (Register beëdigde tolken en vertalers (Rbtv)) biex tagħmel dan. L-Rbtv hi bażi tad-data li fiha d-dettalji tal-interpreti u tat-tradutturi ġuramentati fin-Netherlands; hi mmaniġġjata mill-Uffiċċju tal-Interpreti u tat-Tradutturi Ġuramentati (Bureau beëdigde tolken en vertalers). Jeħtieġlek tkun reġistrat(a) fl-Rbtv biex tkun tista’ taħdem bħala interpretu ġuramentat jew bħala traduttur ġuramentat.

X’informazzjoni hi pprovduta fir-reġistru tat-tradutturi Olandiżi?

F’konformità mal-Artikolu 2 tal-Att dwar l-Interpreti u t-Tradutturi Ġuramentati tal-Qorti, ir-Reġistru tal-Interpreti u tat-Tradutturi Ġuramentati fih id-dettalji li ġejjin għal kull interpretu jew traduttur reġistrat:

  1. id-dettalji ta’ kuntatt;
  2. jekk il-persuna hijiex interpretu jew traduttur;
  3. il-lingwa/i sors jew mira li biha jaħdem l-interpretu jew it-traduttur; u
  4. il-ħiliet speċifiċi oħra li l-interpretu jew it-traduttur iqis utli li jirreġistrahom fir-reġistru.

Min hu responsabbli għar-reġistru tat-tradutturi?

Ir-responsabbiltà finali għar-reġistru hi tal-Ministeru għall-Ġustizzja u għas-Sigurtà; madankollu, il-kompetenza għat-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-entrati fir-Reġistru taqa’ taħt l-Uffiċċju tal-Interpreti u tat-Tradutturi Ġuramentati.

L-aċċess għar-Reġistru tat-Tradutturi Olandiżi hu mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess huwa mingħajr ħlas.

Kif issib traduttur legali fin-Netherlands

Tfittxijiet fil-bażi tad-data jistgħu jitwettqu skont l-isem jew skont il-par(i) ta’ lingwi.

Links relatati

L-Uffiċċju tal-Interpreti u tat-Tradutturi Ġuramentati

Ir-Reġistru tal-Interpreti u tat-Tradutturi Ġuramentati

L-aħħar aġġornament: 21/09/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.