Notifika ta’ dokumenti (riformulazzjoni)

Sweden

Content provided by:
Sweden

FINDING COMPETENT COURTS/AUTHORITIES

The search tool below will help you to identify court(s)/authority(ies) competent for a specific European legal instrument. Please note that although every effort has been made to ascertain the accuracy of the results, there may be some exceptional cases concerning the determination of competence that are not necessarily covered.

Sweden

Serving documents


*mandatory input

L-Artikolu 3(1) – Aġenziji mittenti

Il-qrati, l-awtoritajiet ta’ eżekuzzjoni u awtoritajiet Żvediżi oħrajn li jinnotifikaw dokumenti ġudizzjarji u ekstraġudizzjarji f’materji ċivili jew kummerċjali.

L-Artikolu 3(2) – Aġenziji riċeventi

Il-Bord Amministrattiv tal-Kontea ta’ Stokkolma (Länsstyrelsen i Stockholms län)

L-Artikolu 3(4)(c) – Mezzi biex jirċievu d-dokumenti

L-ebda

L-Artikolu 3(4)(d) – Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I

Il-formola standard tista’ timtela’ bl-Iżvediż jew bl-Ingliż.

L-Artikolu 4 – Korp ċentrali

Il-Bord Amministrattiv tal-Kontea ta’ Stokkolma

L-Artikolu 7 – Assistenza f’inkjesti dwar indirizzi

L-Artikolu 7(1)(c)

Jekk l-indirizz ta’ persuna li għandha tiġi nnotifikata b’dokument ġudizzjarju jew ekstraġudizzjarju ma jkunx magħruf, l-Aġenzija tat-Taxxa Żvediża (Skatteverket) tgħin billi tipprovdi l-indirizzi ta’ persuni fiżiċi, u l-Uffiċċju Żvediż għar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji (Bolagsverket) jgħin billi jipprovdi l-indirizzi tal-kumpaniji. Ma hemm l-ebda proċedura formali partikolari biex jinkiseb l-aċċess għal din l-informazzjoni.

L-informazzjoni tista’ tintalab mingħand l-Aġenzija tat-Taxxa Żvediża billi ċċempel lill-Aġenzija fuq +46 771-567567 jew billi tikklikkja fuq il-link li ġejja: Staqsi mistoqsija jew agħti risposta | Skatteverket. Il-link tiftaħ formola online li permezz tagħha tista’ tistaqsi dwar xi indirizz. Tista’ wkoll tibgħat il-mistoqsijiet tiegħek bil-posta fl-indirizz li ġej: Skatteverket, 205 30 Malmö, Sweden. Jekk tkun qed tibgħat il-mistoqsija bil-posta, tista’ tuża l-formola B.

Tista’ titlob informazzjoni mingħand l-Uffiċċju Żvediż għar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji billi ċċempel lill-Uffiċċju fuq +46 771670670 jew billi tibgħat il-mistoqsija tiegħek b’email lil bolagsverket@bolagsverket.se. Tista’ wkoll tibgħat il-mistoqsijiet tiegħek bil-posta fl-indirizz li ġej: Bolagsverket, 851 81 Sundsvall, Sweden. Jekk tkun qed tibgħat il-mistoqsija bl-email jew bil-posta, tista’ tuża l-formola B.

L-Artikolu 7(2)(c)

L-awtorità rikjesta tfittex l-indirizz il-ġdid tal-parti riċeventi fuq l-inizjattiva tagħha stess jekk il-parti riċeventi tkun telqet mill-indirizz mogħti fit-taħrika.

Indirizz ta’ persuna fiżika/persuni fiżiċi:

l-Aġenzija tat-Taxxa Żvediża (Skatteverket)

http://www.skatteverket.se/

Tel.: +46 771-567567

Email: Staqsi mistoqsija jew agħti risposta | Skatteverket.

Indirizz postali: Skatteverket, 205 30 Malmö

Indirizzi ta’ kumpaniji:

l-Uffiċċju Żvediż għar-Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji (Bolagsverket)

Tel.: +46 771 670 670

Email: bolagsverket@bolagsverket.se

Indirizz postali: Bolagsverket, 832 81 Sundsvall

Sit Web: Paġna ewlenija – Sib informazzjoni dwar kumpanija (bolagsverket.se)

L-Artikolu 8 – Trażmissjoni tad-dokumenti

L-Iżvediż u l-Ingliż huma t-tnejn aċċettati fuq il-formola standard.

L-Artikolu 12 – Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 13 – Data tan-notifika

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 14 – Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument notifikat

L-Iżvediż u l-Ingliż huma t-tnejn aċċettati fuq iċ-ċertifikat ta’ notifika.

L-Artikolu 15 – Spejjeż tan-notifika

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 17 – Notifika minn aġenti diplomatiċi jew uffiċjali konsulari

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 19 – Servizz elettroniku

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 20 – Notifika diretta

L-Awtorità tal-Pulizija Żvediża (Polismyndigheten) jew kumpanija tan-notifiki awtorizzata.

L-Artikolu 22 – Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċedimenti

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 29 – Relazzjoni ma’ ftehimiet jew arranġamenti bejn l-Istati Membri

Mhux applikabbli.

L-Artikolu 33(2) – Notifika dwar l-użu bikri tas-sistema tal-IT deċentralizzata

Mhux applikabbli.

L-aħħar aġġornament: 12/12/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.