Drittijiet tal-vittmi - skont il-pajjiż

Czechia

Content provided by:
Czechia

Tiġi kkunsidrat bħala “parti li ġarrbet dannu” (poškozený - terminu użat għall-vittma ta’ reat fil-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali (trestní řád)) fil-każ li tkun ġarrabt dannu minħabba azzjoni identifikata bħala reat fil-Kodiċi Kriminali (trestní zákon). Dan id-dannu jista’ jkun f’għamliet varji, pereżempju, dannu jew serq ta’ oġġett. Bħala l-parti li ġarrabt id-dannu, għandek drittijiet legali, qabel, matul u wara l-proċedimenti legali.

Il-proċedimenti kriminali fir-Repubblika Ċeka jibdew bil-verifika tal-fatti u investigazzjoni. F’dan l-istadju tal-każ, il-pulizija tista’ tagħmel inkjesti taħt is-superviżjoni tal-prosekutur pubbliku. Fil-każ li tinġabar biżżejjed evidenza matul dan l-istadju tal-proċedimenti li tagħti prova li sar reat u li twettaq minn persuna speċifika, il-prosekutur pubbliku joħroġ deċiżjoni biex jitressqu l-akkużi u l-każ jittieħed quddiem il-qorti. Matul l-istadju tal-qorti tal-proċedimenti kriminali, il-qorti tisma’ l-evidenza u abbażi ta’ din l-evidenza ssib lill-akkużat ħati jew mhux ħati. Fil-każ li l-qorti ssib lill-akkużat ħati li wettaq ir-reat, timponi piena fuq l-akkużat. Fil-każ li l-verdett ikun li l-akkużat mhux ħati, huwa jiġi lliberat. Fil-każ li tkun għamilt talba għad-danni, il-proċedimenti kriminali jistgħu jitkomplew abbażi ta’ appell imressaq quddiem qorti superjuri.

Bħala l-parti li tkun ġarrabt dannu, tkun tista’ tingħaqad mal-proċedimenti kriminali f’kull stadju.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ

1 - Drittijieti bħala vittma ta' reat

2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

4 - Kumpens

5 - Id-drittijiet tiegħi f'dak li għandu x'jaqsam ma' appoġġ u assistenza

L-aħħar aġġornament: 16/09/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.