Taħriġ inizjali tal-prosekuturi fl-Unjoni Ewropea

Din it-taqsima tippreżenta l-iskema tat-taħriġ inizjali għall-prosekuturi fl-Istati Membri tal-UE: il-kundizzjonijiet għall-ammissjoni, l-objettivi u s-sustanza, it-tul u l-organizzazzjoni, l-evalwazzjoni finali.

Il-prosekuturi huma l-garanti ewlenin tal-applikazzjoni xierqa tad-dritt tal-UE fil-livell nazzjonali. Huma jeħtieġ li jkunu familjari mal-partijiet rilevanti tal-acquis tal-UE fil-qasam tal-ġustizzja u japplikawhom.

It-taħriġ inizjali, it-taħriġ għall-prosekuturi futuri jew għal dawk li jkunu għadhom kemm laħqu prosekuturi, għandu jipprovdi:

  • bażi fis-sistema legali u fil-kultura legali tal-UE, li tgħinhom jifhmu b’mod prattiku r-rwol tad-dritt tal-UE fis-sistemi legali nazzjonali
  • l-acquis dwar l-istat tad-dritt
  • tagħrif dwar ir-rwol tagħhom bħala prattikanti tal-ġustizzja Ewropea.

Ħoloq relatati

Taħriġ ġudizzjarju inizjali f’10 mapep

L-aħħar aġġornament: 22/09/2022

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.