Sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali - Ir-Regolament Brussell I

Informazzjoni nazzjonali u formoli online rigward ir-Regolament Nru 44/2001

Informazzjoni ġenerali

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali japplika bejn l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea inkluża d-Danimarka li kkonkludiet ftehim parallel dwar ir-Regolament 44/2001 mal-Komunità Ewropea (il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka, dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali). Dan il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2007.

Sentenza mogħtija fi Stat Membru għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri l-oħra mingħajr il-bżonn ta’ ebda proċedura speċjali.

Sentenza mogħtija fi Stat Membru u eżegwita f'dak l-Istat għandha tiġi eżegwita fi Stat Membru ieħor meta, fuq talba ta' parti interessata, tkun ġiet dikjarata eżekutorja hemmhekk. It-talba għandha tiġi ppreżentata lill-qorti jew lill-awtorità kompetenti kif innotifikata mill-Istat Membru skont l-Artikolu 39 tar-Regolament. Appell kontra deċiżjoni dwar it-talba għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà jrid jiġi ppreżentat l-qorti kif innotifikat mill-Istat Membru skont l-Art 43(2) u 44 tar-Regolament.

Ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 ġie sostitwit mir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (ir-Regolament Brussell I (riformulazzjoni)) mill-10 ta' Jannar 2015. Dan ir-Regolament ġdid japplika biss għal proċedimenti ġudizzjarji istitwiti, għal strumenti awtentiċi mfassla jew irreġistrati formalment u għal soluzzjonijiet bil-qorti approvati jew konklużi fl-10 ta’ Jannar 2015 jew wara. Ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 jibqa’ japplika għal sentenzi mogħtija fi proċedimenti ġudizzjarji istitwiti, għal strumenti awtentiċi mfassla jew irreġistrati formalment u għal soluzzjonijiet bil-qorti approvati jew konklużi qabel l-10 ta’ Jannar 2015 li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament.

Ir-Regolament Nru 1215/2012 japplika fid-Danimarka skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali. L-emendi leġiżlattivi neċessarji fid-Danimarka daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2013.

Ir-Regolament jipprevedi żewġ formoli.

In-notifiki mill-Istati Membri skont l-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 1215/2012 jistgħu aċċessati hawnhekk.

Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jipprovdik b'informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u b'għodda faċli li tintuża biex timla l-formoli.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Links relatati

Gwida prattika - Il‑ġurisdizzjoni u d-dritt applikabbli f’kuntratti internazzjonali konklużi minn konsumaturi

Gwida prattika - Il-ġurisdizzjoni u d-dritt applikabbli fit-tilwim internazzjonali bejn impjegat u impjegatur

Is-sit web ARKIVJAT tal-ATLAS Ġudizzjarju Ewropew (magħluq fit-30 ta' Settembru 2017)


FINDING COMPETENT COURTS/AUTHORITIES

The search tool below will help you to identify court(s)/authority(ies) competent for a specific European legal instrument. Please note that although every effort has been made to ascertain the accuracy of the results, there may be some exceptional cases concerning the determination of competence that are not necessarily covered.

Recognising and enforcing judgements in civil and commercial matters - Brussels I Regulation


*mandatory input
L-aħħar aġġornament: 18/03/2022

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.