Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin

Portugall

Il-kontenut ipprovdut minn
Portugall

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Portugall

Il-Liġi tal-Familja – Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin


*input mandatarju

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Il-qrati jew l-awtoritajiet b’kompetenza fuq talbiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 44(1) huma kif ġej:

- is-sezzjoni tal-familja u tal-minuri (juízo de família e menores); jew, jekk ma jkunx hemm:

- is-sezzjoni ċivili lokali (juízo local cível), jekk teżisti; jew

is-sezzjoni ta’ kompetenza ġenerika (juízo de competência genérica) tal-qorti distrettwali (tribunal de comarca) li jkollha l-ġuriżdizzjoni.

Skont l-Artikolu 49(2), l-appelli minn deċiżjonijiet fuq dawn it-talbiet jinstemgħu mill-qrati tal-appell (Tribunais da Relação).

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Għall-finijiet tal-Artikolu 50, deċiżjoni mogħtija fl-appell tista’ tiġi kkontestata biss permezz ta’ appell fuq punt ta’ dritt (recurso de revista) quddiem il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja (Supremo Tribunal de Justiça).

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

- Il-qrati, speċifikament is-sezzjonijiet tal-familja u tal-minuri, is-sezzjonijiet ċivili lokali, is-sezzjonijiet ta’ kompetenza ġenerika, il-qrati tal-appell u l-Qorti Suprema tal-Ġustizzja;

- uffiċċji tar-reġistru ċivili (Conservatórias do Registo Civil)(1);

- nutara (notários)(2).

(1) Id-Digriet Amministrattiv Nru 272/2001 tat-13 ta’ Ottubru 2001, kif emendat l-aħħar (verżjoni konsolidata tad-Digriet Amministrattiv Nru 272/2001 - Diário da República Nru 238/2001, Sensiela I-A,13.10.2001 (dre.pt)), jagħti l-kompetenza lill-uffiċċji ta’ reġistru ċivili fi proċedimenti relatati mad-deżinjazzjoni tad-dar matrimonjali, mas-separazzjoni ġudizzjarja, mal-konverżjoni ta’ separazzjoni ġudizzjarja f’divorzju, u mad-divorzju, sakemm, fil-każijiet kollha msemmija hawn fuq, ikun hemm ftehim/kunsens reċiproku bejn il-partijiet (ara l-Artikolu 16 tad-Digriet Amministrattiv, li jagħti setgħat lill-uffiċċji ta’ reġistru ċivili li huma ekwivalenti għal tal-qrati għal dik il-fini).

(2) Il-Liġi Nru 23/2013 tal-5 ta’ Marzu 2013 (verżjoni konsolidata tal-Liġi Nru 23/2013 - Diário da República Nru 45/2013, Sensiela I, 5.3.2013 (dre.pt)), li tapprova l-qafas legali għall-proċedimenti tal-inventarju u li tagħti lin-nutara s-setgħa li jfasslu d-dokumenti għas-separazzjoni, id-divorzju, id-dikjarazzjoni li żwieġ huwa null u bla effett jew l-annullament ta’ żwieġ u t-termini tal-proċedimenti tal-inventarju li jirriżultaw minnhom - ara, b’mod partikolari, l-Artikoli 2(3), 3(6) u 3(7).

L-aħħar aġġornament: 07/04/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.