Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Assikurazzjoni tal-assi waqt klejm fil-pajjiżi tal-UE

Ġermanja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 X'inhuma t-tipi differenti ta’ miżuri?

L-għan ta' dawn il-miżuri huwa li jiżguraw l-eżekuzzjoni forzata permezz tal-qbid provviżorju tal-assi tad-debitur jew permezz ta' deċiżjoni provviżorja dwar is-sitwazzjoni. Il-miżuri fihom infushom, normalment, ma jissodisfawx id-dejn.

Il-miżuri disponibbli huma kif ġej:

1.1 Il-mandat ta' qbid kawtelatorju u l-arrest personali (dinglicher und persönlicher Arrest) (l-Artikoli 916 et seq. tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung – ZPO))

Il-qbid iservi biex jiżgura l-eżekuzzjoni forzata, normalment kontra l-proprjetà mobbli jew immobbli tad-debitur, għal pretensjoni monetarja. Il-qbid jiġi ordnat mill-qorti kompetenti wara talba. Bi ftit derogi, id-dispożizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni forzata japplikaw għall-eżekuzzjoni sussegwenti tal-qbid. Il-qbid jista’ jiġi eżegwit, pereżempju, permezz ta’ sekwestru (Pfändung) (beni mobbli), rahan (Arresthypothek) (beni immobbli) jew arrest (Haft) (arrest personali).

1. 2 Il-mandat ta’ inibizzjoni kawtelatorju (einstweilige Verfügung) (l-Artikoli 935 et seq. tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili)

Il-mandat ta’ inibizzjoni kawtelatorju jservi proviżorjament biex jiggarantixxi pretensjoni mhux monetarja. Il-mandat ta’ inibizzjoni kawtelatorju fil-forma ta’ garanzija ta’ eżekuzzjoni futura ta’ pretensjonijiet mhux monetarji (Sicherungsverfügung) (l-Artikolu 935 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili) jew ta’ regolament temporanju tal-qorti ta’ relazzjoni ġuridika (Regelungsverfügung) (l-Artikolu 940 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili) jiġi ordnat mill-qorti kompetenti wara talba. Barra minn hekk, f’każ ta’ kundizzjonijiet aggravati, hemm ukoll il-każ ta’ mandat ta’ inibizzjoni protettiv obbligatorju (Leistungsverfügung). Id-dispożizzjonijiet tal-eżekuzzjoni obbligatorja mbagħad japplikaw fil-prinċipju għall-eżekuzzjoni sussegwenti (l-Artikolu 936 flimkien mal-Artikolu 928 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

1.3 Ordni tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet skont il-liġi tal-UE

L-Artikoli 946 et seq. tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili jimplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 655/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi proċedura ta’ Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali tad-dejn f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 189 tas-27 ta’ Ġunju 2014, p. 59). L-ordni ta’ preservazzjoni tal-kontijiet hija forma speċjali ta’ provvediment provviżorju.


1.4 Avviż ta’ sekwestru imminenti ta’ dejn (Vorpfändung) (l-Artikolu 845 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili)

Barra minn hekk, hemm l-avviż ta’ sekwestru imminenti ta’ dejn, li huwa tip ta’ garanzija speċjali għall-kreditur. Din hija miżura ta’ eżekuzzjoni privata tal-kreditur fir-relazzjoni bejn id-debitur u debitur terz, li għandha l-effett ta’ sekwestru (l-Artikolu 845(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

2 X'inhuma l-kundizzjonijiet biex jittieħdu dawn il-miżuri?

2.1 Il-proċedura

Il-mandat ta’ qbid kawtelatorju u l-arrest personali u l-mandat ta’ inibizzjoni kawtelatorju (il-punti 1.1 u 1.2) jinħarġu b’ordni tal-qorti kompetenti wara talba mill-parti li tkun qed titlob li ssir ġustizzja. It-talba jrid ikun fiha informazzjoni dwar il-pretensjoni li trid tiġi ggarantita u l-urġenza tal-ordni jew ir-riskju ta’ frustrazzjoni tal-eżekuzzjoni. It-tnejn li huma jridu jintwerew għas-sodisfazzjoni tal-qorti, pereżempju permezz ta’ affidavit.

It-talba tista’ ssir bil-miktub jew tiġi rreġistrata oralment mar-reġistru għall-atti tal-qorti. Il-qorti kompetenti hija l-qorti bil-ġuriżdizzjoni għal azzjoni dwar is-sustanza tal-każ jew il-qorti lokali (Amtsgericht), lil-oġġett li jrid jiġi ggarantit, l-oġġett tal-litigazzjoni jew il-persuna li għandha tiġi detenuta tkun fid-distrett tagħha. Fil-każ ta’ seduta orali, id-deċiżjoni tal-qorti tkun fil-forma ta’ sentenza inkella fil-forma ta’ digriet.

Ir-rappreżentanza minn avukat fi proċedimenti għal miżuri provviżorji hija meħtieġa biss fil-każ ta’ seduta orali quddiem il-qorti reġjonali (Landgericht).

L-ordni tal-preservazzjoni tal-kontijiet (il-punt 1.3) hija rregolata mir-Regolament (UE) Nru 655/2014. L-Artikoli 946 et seq. tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili jinkludu d-dispożizzjonijiet meħtieġa dwar il-preżentazzjoni tat-talba u l-proċedura, l-eżekuzzjoni tal-ordni u kwalunkwe rimedju legali.

L-avviż ta’ sekwestru imminenti ta’ dejn (il-punt 1.4) ma jinħariġx mill-qorti (inizjalment, ara hawn fuq). F'dan il-każ, il-kreditur jieħu l-inizjattiva huwa stess (normalment billi jaħtar uffiċjal ġudizzjarju biex jaġixxi f'ismu). Il-kreditur jipprova jasserixxi l-pretensjoni tiegħu permezz tas-sekwestru ta' riċevibbli jew drittijiet oħra, bis-saħħa ta' dokument ġuridiku eżekuttiv, billi jinnotifika dikjarazzjoni bil-miktub lil debitur terz jew lid-debitur prinċipali, fejn jindika li s-sekwestru tad-dritt jew fuq ir-riċevibbli minn din ir-relazzjoni jkun imminenti (l-Artikolu 845(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili). L-avviż lid-debitur terz jaħdem bħala sekwestru skont l-Artikolu 930 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili biss sakemm id-dejn jiġi effettivament sekwestrat fi żmien xahar (l-Artikolu 845(2) tal-Kodiċi).

L-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti (Gerichtskostengesetz, GKG) jistipula li jridu jitħallsu 150% tat-tariffa fil-proċedimenti fejn jintalab mandat ta' qbid jew arrest personali jew inibizzjoni kawtelatorja. L-ammont tat-tariffa jiġi ddeterminat mill-valur tat-tilwima. Il-qorti tikkalkula l-ammont inkwistjoni fuq bażi individwali, skont l-interess tar-rikorrent fil-likwidazzjoni tal-assi tad-debitur. Hawn taħt hawn it-tabella tat-tariffi għall-ammonti inkwistjoni sa €500 000:

L-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti (GKG) l-Anness 2 (relatat mal-Artikolu 34(1), it-tielet sentenza)

Ammont inkwistjoni sa €…

Tariffa
€…


Ammont inkwistjoni sa €…

Tariffa
€…

500

35.00


50 000

546.00

1 000

53.00


65 000

666.00

1 500

71.00


80 000

786.00

2 000

89.00


95 000

906.00

3 000

108.00


110 000

1 026.00

4 000

127.00


125 000

1 146.00

5 000

146.00


140 000

1 266.00

6 000

165.00


155 000

1 386.00

7 000

184.00


170 000

1 506.00

8 000

203.00


185 000

1 626.00

9 000

222.00


200 000

1 746.00

10 000

241.00


230 000

1 925.00

13 000

267.00


260 000

2 104.00

16 000

293.00


290 000

2 283.00

19 000

319.00


320 000

2 462.00

22 000

345.00


350 000

2 641.00

25 000

371.00


380 000

2 820.00

30 000

406.00


410 000

2 999.00

35 000

441.00


440 000

3 178.00

40 000

476.00


470 000

3 357.00

45 000

511.00


500 000

3 536.00

Jekk it-talba tkun is-soġġett ta’ proċedimenti orali, u jekk il-każ ma jiqafx bl-irtirar tat-talba għall-protezzjoni qabel il-konklużjoni tal-proċedimenti orali, jew permezz ta' rikonoxximent tad-dejn, rinunzja jew ftehim (f’dawn il-każijiet it-tariffa titnaqqas b’50%), trid titħallas tariffa ogħla, ekwivalenti għal 300%. L-ispejjeż jitħallsu l-ewwel nett mill-parti li teħel l-ispejjeż tal-kawża skont id-deċiżjoni tal-qorti - barra minn hekk, ir-rikorrent, bħala dak li beda l-kawża, huwa wkoll responsabbli għall-ispejjeż bħala debitur ġenerali.

L-uffiċjal ġudizzjarju iżomm tariffa ta' €3 għal kull notifika ta’ sekwestru imminenti lil debitur jew debitur terz imsemmi fl-avviż. Barra minn hekk, hemm spejjeż tal-posta u spejjeż għal kull ċertifikazzjoni li tista' tiġi meħtieġa. It-tariffa għal notifika personali mill-uffiċjal ġudizzjarju hija ta' €10, u f'dan il-każ jkunu jridu jitħallsu wkoll l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-uffiċjal ġudizzjarju. Skont id-distanza sal-istabbiliment tad-destinatarju, din tista' tqum bejn €3.25 u €16.25. It-tariffa tal-uffiċjal ġudizzjarju għat-tħejjija tal-avviż ta' eżekuzzjoni minnu f'isem il-kreditur (l-Artikolu 845(1), it-tieni sentenza, tal-Kodiċi) hija ta' €16, għat-twettiq ta’ att uffiċjali.

L-eżekuzzjoni tal-ordni tal-qorti hija riżervata primarjament għall-uffiċjal ġudizzjarju u ssir permezz tal-istrumenti tal-Istat (eżekuzzjoni). Din isseħħ skont ir-regolamenti attwalment fis-seħħ għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi tal-qorti.

Digressjoni: L-eżekuzzjoni ta' sentenza provviżorjament eżegwibbli, li miżura kawtelatorja tiġi kkontestata biha, mhix essenzjalment differenti mill-eżekuzzjoni ta' sentenza finali. Madankollu, il-liġi tistabbilixxi metodi differenti ta' eżekuzzjoni skont in-natura tal-pretensjoni.

Jekk ikun dovut il-ħlas ta' somma fissa ta' flus, il-kreditur ta' spiss juża uffiċjal ġudizzjarju biex jeżegwixxi d-deċiżjoni tal-qorti. Trid titħallas tariffa ta' €26.00 għall-eżekuzzjoni minn uffiċjal ġudizzjarju fir-rigward ta' beni mobbli. Jekk l-uffiċjal ġudizzjarju ikun dam aktar minn tliet sigħat fuq il-biċċa xogħol, trid titħallas tariffa addizzjonali ta' €20.00 għal kull siegħa jew parti minn siegħa żejda. Barra minn hekk, iridu jitħallsu wkoll l-ispejjeż neċessarji li jkun għamel l-uffiċjal ġudizzjarju. Ordni ta’ ħlas jista' jagħti wkoll dritt lill-kreditur biex jitlob mandat ta' sekwestru fuq ir-riċevibbli tad-debitur (eż. id-dritt għall-ħlas tas-salarju) (l-Artikolu 829 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili). Titħallas tariffa ta' €20.00 għall-proċedimenti li jikkonċernaw t-talba stess, u l-ispejjeż inċidentali (speċjalment l-ispejjeż ta' notifika ta' ordni tal-qorti) jitħallsu separatament.

Jekk l-eżekuzzjoni trid issir kontra l-beni immobbli tad-debitur, tista' tiġi iskritta ipoteka biex jiġi ggarantit id-dejn, jew inkella l-proprjetà tista' tmur għas-subbasta jew sekwestru ġudizzjarju. L-Att dwar l-ispejjeż għall-ġuriżdizzjoni volontarja għall-qrati u n-nutara (l-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti u tan-Nutara) (Gesetz über Kosten der freiwilligen Gerichtsbarkeit für Gerichte und Notare (Gerichts- und Notarkostengesetz, GNotKG) jipprevedi li titħallas tariffa sħiħa li tikkorrispondi mal-valur tad-dejn li jrid jiġi ggarantit għar-reġistrazzjoni ta’ ipoteka biex jiġi ggarantit id-dejn fir-Reġistru tal-Artijiet. Hawn taħt hawn it-tabella tat-tariffi għall-ammonti sa €3 miljun:

L-Att dwar l-ispejjeż għall-ġuriżdizzjoni volontarja għall-qrati u n-nutara (l-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti u tan-Nutara, GNotKG)

L-Anness 2 (relatat mal-Artikolu 34(3))


Valur tat-transazzjoni sa €…

Tariffa
Tabella A
€…

Tariffa
Tabella B
€…


Valur tat-transazzjoni sa €…

Tariffa
Tabella A
€…

Tariffa
Tabella B
€…


Valur tat-transazzjoni sa €…

Tariffa
Tabella A
€…

Tariffa
Tabella B
€…

500

35.00

15.00


200 000

1 746.00

435.00


1 550 000

7 316.00

2 615.00

1 000

53.00

19.00


230 000

1 925.00

485.00


1 600 000

7 496.00

2 695.00

1 500

71.00

23.00


260 000

2 104.00

535.00


1 650 000

7 676.00

2 775.00

2 000

89.00

27.00


290 000

2 283.00

585.00


1 700 000

7 856.00

2 855.00

3 000

108.00

33.00


320 000

2 462.00

635.00


1 750 000

8 036.00

2 935.00

4 000

127.00

39.00


350 000

2 641.00

685.00


1 800 000

8 216.00

3 015.00

5 000

146.00

45.00


380 000

2 820.00

735.00


1 850 000

8 396.00

3 095.00

6 000

165.00

51.00


410 000

2 999.00

785.00


1 900 000

8 576.00

3 175.00

7 000

184.00

57.00


440 000

3 178.00

835.00


1 950 000

8 756.00

3 255.00

8 000

203.00

63.00


470 000

3 357.00

885.00


2 000 000

8 936.00

3 335.00

9 000

222.00

69.00


500 000

3 536.00

935.00


2 050 000

9 116.00

3 415.00

10 000

241.00

75.00


550 000

3 716.00

1 015.00


2 100 000

9 296.00

3 495.00

13 000

267.00

83.00


600 000

3 896.00

1 095.00


2 150 000

9 476.00

3 575.00

16 000

293.00

91.00


650 000

4 076.00

1 175.00


2 200 000

9 656.00

3 655.00

19 000

319.00

99.00


700 000

4 256.00

1 255.00


2 250 000

9 836.00

3 735.00

22 000

345.00

107.00


750 000

4 436.00

1 335.00


2 300 000

10 016.00

3 815.00

25 000

371.00

115.00


800 000

4 616.00

1 415.00


2 350 000

10 196.00

3 895.00

30 000

406.00

125.00


850 000

4 796.00

1 495.00


2 400 000

10 376.00

3 975.00

35 000

441.00

135.00


900 000

4 976.00

1 575.00


2 450 000

10 556.00

4 055.00

40 000

476.00

145.00


950 000

5 156.00

1 655.00


2 500 000

10 736.00

4 135.00

45 000

511.00

155.00


1 000 000

5 336.00

1 735.00


2 550 000

10 916.00

4 215.00

50 000

546.00

165.00


1 050 000

5 516.00

1 815.00


2 600 000

11 096.00

4 295.00

65 000

666.00

192.00


1 100 000

5 696.00

1 895.00


2 650 000

11 276.00

4 375.00

80 000

786.00

219.00


1 150 000

5 876.00

1 975.00


2 700 000

11 456.00

4 455.00

95 000

906.00

246.00


1 200 000

6 056.00

2 055.00


2 750 000

11 636.00

4 535.00

110 000

1 026.00

273.00


1 250 000

6 236.00

2 135.00


2 800 000

11 816.00

4 615.00

125 000

1 146.00

300.00


1 300 000

6 416.00

2 215.00


2 850 000

11 996.00

4 695.00

140 000

1 266.00

327.00


1 350 000

6 596.00

2 295.00


2 900 000

12 176.00

4 775.00

155 000

1 386.00

354.00


1 400 000

6 776.00

2 375.00


2 950 000

12 356.00

4 855.00

170 000

1 506.00

381.00


1 450 000

6 956.00

2 455.00


3 000 000

12 536.00

4 935.00

185 000

1 626.00

408.00


1 500 000

7 136.00

2 535.00





Trid titħallas tariffa ta' €100.00 għal talba għal ordni għal subbasta bil-qorti jew għas-sekwestru ġudizzjarju tal-proprjetà immobbli.

Meta s-sentenza tgħid li d-debitur irid jikkonsenja l-beni mobbli, l-uffiċjal ġudizzjarju jeżegwixxi d-deċiżjoni tal-qorti wara talba mill-kreditur. Trid titħallas tariffa ta' €26.00 għall-att uffiċjali involut. Meta s-sentenza tgħid li d-debitur irid jikkonsenja l-beni immobbli jew l-abitazzjoni, ix-xogħol involut fl-iżgumbrament tal-proprjetà jġib miegħu tariffa ta' €98.00. Barra minn hekk, l-ispejjeż inċidentali tal-uffiċjal ġudizzjarju jridu jitħallsu, b'mod partikolari dawk għax-xogħol ta' terzi (eż. spejjeż għall-ġarr, l-ispejjeż għall-ħaddied tas-serraturi, eċċ). Għal darba oħra, jekk l-uffiċjal ġudizzjarju ikun dam aktar minn tliet sigħat fuq il-biċċa xogħol, trid titħallas tariffa addizzjonali ta' €20.00 għal kull siegħa jew parti minn siegħa żejda.

2.2 Il-kundizzjonijiet ewlenin

Il-ħruġ ta' mandat ta' qbid jew l-arrest ta' persuna jassumi li hemm dejn u li hemm raġunijiet għall-qbid jew l-arrest. Fil-każ ta' qbid tal-beni kollha tad-debitur li jistgħu jinqabdu, il-qbid jista' jseħħ jekk hemm il-biża' li d-debitur, b'xi azzjonijiet diżonesti, jew ifixkel jew jostakola b'mod sinifikanti l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-qorti billi pereżempju jneħħi jew jaħbi l-beni. L-arrest personali, jiġifieri l-arrest tad-debitur innifsu, huwa intiż ukoll, b’mod partikolarment intensiv, biex id-debitur ma jkunx jista' jneħħi l-beni disponibbli li jistgħu jinqabdu bis-saħħa ta’ eżekuzzjoni. Madankollu, l-arrest personali jista' jiġi ordnat biss jekk il-livell meħtieġ ta’ garanzija ma tkunx tista’ tinkiseb permezz tal-qbid tal-proprjetà.

Il-mandat ta’ inibizzjoni kawtelatorju (fi kwalunkwe forma) huwa intiż biex ma jippermettix tibdil fis-sitwazzjoni attwali li tista' tfixkel jew tostakola b'mod sostanzjali t-twettiq tad-drittjiet ta' parti jew ir-relazzjoni ġuridika. L-oġġett ta’ mandat ta’ inibizzjoni jista’ jkun talbiet li jirrikjedu l-konsenja (provviżorja) ta’ oġġetti jew l-aċċettazzjoni (provviżorja) ta’ azzjoni partikolari jew tat-teħid ta’ azzjoni partikolari (l-Artikoli 935, 938 u 940 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili). Ir-regoli li japplikaw għall-mandati ta’ inibizzjoni kawtelatorji huma essenzjalment l-istess bħal dawk li japplikaw għall-qbid u l-arrest (l-Artikolu 936). F’ċirkostanzi eċċezzjonali ħafna, il-qorti tista’ tordna wkoll li jsir ħlas provviżorju. Il-pretensjoni u r-raġunijiet għall-mandat ta’ qbid mitlub iridu jintwerew għas-sodisfazzjoni tal-qorti, pereżempju permezz ta’ affidavit jew bil-preżentazzjoni ta’ dokumenti (l-Artikolu 920(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili). F’dan ir-rigward, hija l-qorti li tkun tista’ tivvaluta l-pretensjoni u l-urġenza humiex “estremament probabbli” mill-preżentazzjoni. L-istess japplika għall-ħruġ ta' mandat ta’ inibizzjoni (l-Artikolu 936 ZPO).

Is-smigħ tal-partijiet qabel huwa possibbli, imma mhux meħtieġ fi proċedimenti għal qbid jew arrest (l-Artikolu 922 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili). Irid ikun hemm seduta sussegwenti jekk id-debitur, li l-qbid jew l-arrest irid jiġi nnotifikat lilu mhux aktar tard minn ġimgħa wara l-eżekuzzjoni, jopponi l-mandat ta’ qbid jew l-arrest (l-Artikolu 924). Fi proċedimenti għal mandat ta’ inibizzjoni kawtelatorju ġeneralment tkun meħtieġa seduta; din tista' ma ssirx biss f'każijiet urġenti jew jekk it-talba tiġi miċħuda (l-Artikolu 937(2)). Ma hemmx skadenza sabiex jinstemgħu l-partijiet.

3 L-għan u n-natura ta’ dawn il-miżuri?

3.1 X'tipi ta’ assi jistgħu jkunu suġġetti għal dawn il-miżuri?

Il-miżuri kawtelatorji jestendu għall-beni kollha soġġetti għall-eżekuzzjoni.

3.2 X’inhuma l-effetti ta’ dawn il-miżuri?

L-effett tal-qbid huwa d-detenzjoni tal-beni; kemm id-debitur prinċipali u kemm id-debituri terzi jitilfu d-dritt tagħhom li jneħħu l-beni maqbuda.

Il-qbid huwa mħares mill-Artikolu 136 tal-Kodiċi Kriminali (Strafgesetzbuch StGB), li jikkonċerna l-qerda ta' oġġetti maqbuda. Barra minn hekk, l-infrazzjonijiet jistgħu jagħtu lok ukoll għal talba għad-danni skont id-dritt ċivili.

Dan li ġej japplika għall-mandati ta’ inibizzjoni kawtelatorji. L-uffiċjal ġudizzjarju jeżegwixxi l-ordni biex titneħħa l-proprjetà skont l-Artikolu 883 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Il-qorti tista' teżegwixxi r-rekwiżit jew il-projbizzjoni ta' ċerti miżuri skont l-Artikolu 887 (awtorizzazzjoni mill-qorti lill-kreditur biex jieħu azzjoni raġonevoli) jew skont l-Artikoli 888 u 890 (l-impożizzjoni ta' ħlasijiet minħabba nuqqasijiet/detenzjoni jew multi/kustodja sabiex ma jsirux azzjonijiet jew omissjonijiet mhux raġonevoli u l-aċċettazzjoni).

Japplikaw dispożizzjonijiet speċjali għas-sekwestru tal-kontijiet bankarji skont l-Artikolu 835(3) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Il-flus mill-kont tad-debitur li jkun persuna fiżika ma jistgħux jitħallsu lill-kreditur qabel ma jkunu għaddew erba' ġimgħat min-notifika tal-ordni ta' trasferiment fuq debitur terz. Din il-proċedura tagħti lid-debitur l-opportunità li jitlob protezzjoni minn sekwestru qabel il-ħlas tal-bilanċ lill-kreditur eżekuttiv.

3.3 X’inhi l-validità ta’ dawn il-miżuri?

Mandat ta' qbid jew ta' arrest jew mandat ta’ inibizzjoni kawtelatorja jridu jiġu eżegwiti fi żmien xahar mid-data tas-sentenza jew tan-notifika tagħhom.

Il-miżuri jibqgħu validi sakemm jibqgħu fis-seħħ ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-miżuri ta' garanzija jew kawtelatorji. Dawn jintemmu wkoll jekk tittieħed deċiżjoni fil-kawża prinċipali.

4 Hemm possibilità li l-miżura tiġi appellata?

Kif diġà deskritt, qorti tista' tordna l-qbid jew l-arrest u l-mandat ta’ inibizzjoni kawtelatorju permezz ta' sentenza finali (Urteil) (wara seduta) jew permezz ta' ordni (Beschluss) (l-Artikoli 922 u 936 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Il-partijiet jistgħu jappellaw kontra sentenza jekk il-valur tas-suġġett tal-appell ikun aktar minn €600.

Dan li ġej japplika jekk jinħareġ ordni:

Id-debitur jista' jappella kontra mandat ta’ qbid jew ordni ta' arrest jew kontra l-ordni ta’ implimentazzjoni tal-mandat ta’ inibizzjoni kawtelatorju (l-Artikolu 924 tal-Kodiċi). Imbagħad tissejjaħ seduta orali biex tintlaħaq sentenza finali dwar il-leġittimità tal-miżura. Jista’ jsir appell kontra s-sentenza skont iċ-ċirkostanzi deskritti.

Jekk it-talba tiġi miċħuda, il-kreditur jista' joġġezzjona mill-ewwel (sofortige Beschwerde) fi żmien ġimagħtejn min-notifika. L-istess jgħodd jekk jinħareġ mandat għall-qbid jew għall-arrest jew għal inibizzjoni, iżda f'dak il-każ il-kreditur irid jipprovdi garanzija.

Barra minn hekk, id-debitur jista' jitlob għall-irtirar tal-mandat ta' qbid jew arrest jew ta’ inibizzjoni jekk il-kreditur ikun naqas milli jasserixxi d-dritt tiegħu qabel it-terminu preskritt (l-Artikolu 926 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili) jew għax ikunu nbiddlu ċ-ċirkustanzi (l-Artikolu 927).

Għar-Regolament (UE) Nru 655/2014, l-Artikolu 953 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili fih rimedji kontra sentenzi marbuta ma’ ordni ta’ preservazzjoni ta’ kont.

Fl-aħħar nett, l-Artikolu 945 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili jipprevedi obbligu għall-parti li tkun kisbet mandat kawtelatorju ta’ kumpens għad-danni, jekk jinstab li l-mandat ta’ qbid jew ta’ inibizzjoni jkun bla bażi mill-bidu jew jekk il-miżura diretta titħassar skont l-Artikolu 926 (2) jew l-Artikolu 942(3) tal-Kodiċi.

Il-kreditur jista', fi żmien xahar, jitlob l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ qbid jew arrest jew tal-mandat ta’ inibizzjoni. Essenzjalment, hawnhekk japplikaw ir-regolamenti ġenerali dwar l-eżekuzzjoni (l-Artikoli 928 u 936 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili). Mandat ta' qbid jiġi eżegwit permezz tal-qbid tal-oġġetti (l-Artikolu 930); l-arrest personali tad-debitur normalment isir permezz tal-ħruġ ta' mandat għall-arrest (l-Artikolu 933).

L-aħħar aġġornament: 02/11/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.