Qrati speċjalizzati nazzjonali

il-Kroazja

Il-kontenut ipprovdut minn
il-Kroazja

Il-qrati speċjalizzati huma l-qrati kummerċjali (trgovački sudovi) u l-qrati amministrattivi (upravni sudovi) bħala l-qrati tal-ewwel istanza, u l-Qorti Għolja għal Reati Minuri tar-Repubblika tal-Kroazja tal-Kroazja (Visoki prekršajni sud Republike Hrvatske), l-Qorti Kummerċjali Għolja tar-Repubblika tal-Kroazja (Visoki trgovački sud Republike Hrvatske) u l-Qorti Amministrattiva Għolja tar-Repubblika tal-Kroazja (Visoki upravni sud Republike Hrvatske) huma l-qrati tat-tieni istanza.

Rigward il-ġuriżdizzjoni tagħhom:

Il-qrati kummerċjali

Hemm disa’ qrati kummerċjali fir-Repubblika tal-Kroazja (ta’ Zagreb, Split, Rijeka, Osijek, Bjelovar, Varaždin, Zadar, Pazin, Dubrovnik):

li:

  1. jiddeċiedu dwar kwistjonijiet kontenzjużi u kwistjonijiet mhux kontenzjużi meta preskritti b’liġi speċifika;
  2. jaġixxu fi kwistjonijiet ta’ reġistrazzjoni u jżommu r-reġistri tal-qorti;
  3. jiddeċiedu dwar applikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mat-twaqqif, l-operat u l-għeluq ta’ kumpanija;
  4. jiddeċiedu dwar proposti biex jitnedew proċedimenti ta’ falliment u jwettqu proċedimenti ta’ qabel il-faliment u ta’ falliment;
  5. jiddeċiedu dwar l-entrati fir-Reġistru tal-Bastimenti u l-Jottijiet f’dawk il-kwistjonijiet li skont il-Kodiċi Marittimu jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati kummerċjali, dwar il-limitazzjonijiet tar-responsabbiltajiet tas-sidien tal-bastimenti u l-ilmenti kontra d-deċiżjonijiet aħħarija dwar il-likwidazzjoni permezz tar-responsabbiltà proporzjonali, dejjem jekk il-liġi ma tipprevedix xort’oħra għal xi każ partikolari;
  6. iwettqu proċeduri għar-rikonoxximent ta’ sentenzi tal-qrati barranin, kif ukoll ta’ deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ f’tilwim kummerċjali;
  7. iżommu l-provi għall-proċedimenti li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom;
  8. jimponu miżuri protettivi fi proċedimenti u f’dawk il-proċedimenti li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom;
  9. jagħtu assistenza legali internazzjonali fil-ġbir tal-provi fi kwistjonijiet kummerċjali;
  10. iwettqu obbligi oħra stipulati mil-liġi.

Il-Qrati Kummerċjali fir-Repubblika tal-Kroazja

Il-qrati amministrattivi

Hemm erba’ qrati amministrattivi fir-Repubblika tal-Kroazja, f’Zagreb, fi Split, f’Rijeka u f’Osijek, li:

  1. jiddeċiedu dwar rikorsi meħuda kontra deċiżjonijiet individwali ta’ korpi rregolati bil-liġi pubblika;
  2. jiddeċiedu dwar rikorsi meħuda kontra l-azzjonijiet ta’ korpi rregolati bil-liġi pubblika;
  3. jiddeċiedu dwar rikorsi meta ma jiġux adottati deċiżjonijiet individwali jew meta parti minn korp irregolat mil-liġi pubblika ma jaġixxix sal-iskadenza statutorja;
  4. jiddeċiedu dwar rikorsi li jittieħdu kontra ftehimiet amministrattivi u l-eżekuzzjoni ta’ ftehimiet ammistrattivi;
  5. jiddeċiedu f’każijiet oħra preskritti mil-liġi.

Il-Qrati Amministrattivi fir-Repubblika tal-Kroazja

Il-Qorti Għolja għal Reati Minuri tar-Repubblika tal-Kroazja

  1. tiddeċiedi dwar rimedji legali ordinarji kontra deċiżjonijiet tal-qrati muniċipali f’każijiet ta’ reati minuri u deċiżjonijiet ta’ korpi rregolati bil-liġi pubblika li jwettqu proċedimenti ta’ ksur tal-ewwel istanza meta preskritti b’liġi speċifika;
  2. tiddeċiedi dwar tilwim ġuriżdizzjonali bejn qrati muniċipali f’każijiet ta’ reati minuri;
  3. tiddeċiedi dwar rimedji legali straordinarji kontra deċiżjonijiet finali u vinkolanti li għandhom x’jaqsmu ma’ xi reat minuri, meta preskritti b’liġi speċifika;
  4. tiddeċiedi dwar appelli f’każijiet ta’ koperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali mal-Istati Membri tal-UE fi kwistjonijiet ta’ reati minuri taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom;
  5. tissorvelja l-imġiba ordnata tal-imħallfin li jkunu qed jaħdmu fuq każijiet ta’ reati żgħar;
  6. twettaq obbligi oħra stipulati mil-liġi.

Il-Qorti Għolja għal Reati Minuri tar-Repubblika tal-Kroazja
Ulica Augusta Šenoe 30
10 000 Zagreb

Tel.: +385 1 480 75 10
Faks: +385 1 461 12 91

Posta elettronika: predsjednik@vpsrh.pravosudje.hr
http://sudovi.pravosudje.hr/VPSRH/

Il-Qorti Kummerċjali Għolja tar-Repubblika tal-Kroazja

  1. tiddeċiedi dwra appelli kontra sentenzi tal-qrati kummerċjali;
  2. tiddeċiedi dwar tilwim li għandu x’jaqssam mal-ġuriżdizzjoni territorjali bejn il-qrati kummerċjali kif ukoll tiddeċiedi dwar it-trasferiment tal-ġuriżdizzjoni lill-qrati kummerċjali;
  3. twettaq obbligi oħra stipulati mil-liġi.

Il-Qorti Kummerċjali Għolja tar-Repubblika tal-Kroazja
Berislavićeva 11
10 000 Zagreb

Tel.: +385 1 489 68 88
Faks: +385 1 487 23 29

http://www.vtsrh.hr/

Il-Qorti Amministrattiva Għolja tar-Repubblika tal-Kroazja

  1. tiddeċiedi dwar appelli kontra sentenzi tal-qrati amminisrattivi u sentenzi li jistgħu jiġu appellati;
  2. tiddeċiedi dwar il-legalità ta’ atti ġenerali;
  3. tiddeċiedi dwar tilwim li jirrigwarda l-ġuriżdizzjoni bejn il-qrati amministrattivi;
  4. tiddeċiedi f’każijiet oħra preskritti mil-liġi.

Il-Qorti Amministrattiva Għolja tar-Repubblika tal-Kroazja
Frankopanska 16
10 000 Zagreb

Tel.: +385 1 480 78 00
Faks: +385 1 480 79 28

http://www.upravnisudrh.hr/

L-aħħar aġġornament: 20/05/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.