Drittijiet tal-vittmi - skont il-pajjiż

Portugall

Il-kontenut ipprovdut minn
Portugall

Inti vittma ta’ reat jekk tkun sofrejt dannu ta’ kwalunkwe tip, bħal att vjolenti jew dannu jew tkeċċija mill-proprjetà tiegħek, bħala riżultat ta’ att ikklassifikat bħala reat skont il-liġi nazzjonali. Bħala vittma ta’ reat, skont il-liġi għandek ċerti drittijiet qabel, matul u wara l-proċedimenti kriminali.

Il-proċedimenti kriminali fil-Portugall isiru f’żewġ stadji: investigazzjoni u proċess. Matul l-investigazzjoni, il-pulizija u s-Servizz tal-Prosekuzzjoni Pubblika (Ministério Publico) jinvestigaw il-każ u jippruvaw jiġbru evidenza li tidentifika min wettaq ir-reat. Jekk ikun hemm biżżejjed evidenza biex jitqies li l-persuna suspettata wettqet ir-reat, is-Servizz tal-Prosekuzzjoni Pubblika jressaq il-każ quddiem il-qorti għal proċess. Il-qorti, min-naħa tagħha, teżamina l-evidenza miġbura u tiddeċiedi kif xieraq, filwaqt li tillibera jew tikkundanna lill-persuna suspettata.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt biex issib l-informazzjoni li teħtieġ

1 - Id-drittijiet tiegħi bħala vittma ta’ reat

2 - Ir-rappurtar ta’ reat u d-drittijiet tiegħi waqt l-investigazzjoni jew il-proċess

3 - Id-drittijiet tiegħi wara l-proċess

4 - Kumpens

5 - Id-drittijiet tiegħi għall-appoġġ u għall-assistenza

L-aħħar aġġornament: 28/03/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.