Medjaturi

Portugall

Din it-taqsima tgħinek issib medjatur fil-Portugall.

Il-kontenut ipprovdut minn
Portugall

Il-medjaturi tat-tilwim li jaħdmu f’wieħed mis-servizzi pubbliċi tal-medjazzjoni jew fil-qrati għal talbiet żgħar (julgados de paz – Kummissarji tal-Ġustizzja) iridu jkunu rreġistrati fil-listi tal-professjonisti awtorizzati biex jipprattikaw il-medjazzjoni. Ir-reġistrazzjoni fil-listi hija rregolata mill-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali (Portaria) Nru 282/2010 tal-25 ta’ Mejju 2010 u mill-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali Nru 283/2010 tad-19 ta’ Ottubru 2010.

Id-Direttorat-Ġenerali għall-Politika tal-Ġustizzja (Direção-Geral da Política de Justiça – DGPJ), li jaqa’ taħt il-Ministeru għall-Ġustizzja, huwa responsabbli għar-regolazzjoni tal-medjazzjoni pubblika. Għalkemm id-DGPJ ma jagħtix informazzjoni dwar kif issib medjatur, madankollu jippubblika l-listi tal-medjaturi msemmija hawn fuq, li tista’ tiġi kkonsultata hawnhekk:

Lista ta’ medjaturi tal-familja

Lista ta’ medjaturi tal-impjieg

Lista ta’ medjaturi fil-qasam kriminali

Lista ta’ medjaturi fil-Julgados de Paz

L-aħħar aġġornament: 18/07/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.