Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea

Rumanija

Il-kontenut ipprovdut minn
Rumanija

Introduzzjoni

Liema tariffi japplikaw?

Kemm għandi nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Introduzzjoni

Il-Proċedura Ewropea għal Ordni ta’ Ħlas hija regolata mir- Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea.

Fir-rigward tas-sistema tal-bolol tal-qorti, jekk jogħġbok ara li dawn huma regolati mill-Ordni ta’ Emerġenza Nru 80/2013, li ilha fis-seħħ mis-26 ta’ Ġunju 2013. Dan l-att leġiżlattiv ġie adottat wara l-emenda flil-qafas ġuridiku għat-tmexxija tal-proċedimenti ċivili bl-adozzjoni tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili u bl-eżekuzzjoni tal-istituzzjonijiet il-ġodda adottati mil-Kodiċi Ċivili.

It-tariffi għat-timbri tal-qorti għandhom jitħallsu mill-persunu fiżiċi u ġuridiċi kollha u jitħallsu għas-servizzi mogħtija mill-qrati kif ukoll mill-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministerul Justiției) u l-Uffiċċju tal-Prosekutur mehmuż mal-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja (Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casație și Justiție).

It-tariffi għat-timbri tal-qorti jistgħu jitħallsu onlajn fir-Rumanija, madankollu din is-sistema ta’ ħlas elettroniku għadha ma taħdimx fil-prattika s’issa.

Liema tariffi japplikaw?

It-tariffi għat-timbri tal-qorti huma dovuti kemm għall-proċedimenti fl-ewwel istanza u l-appelli skont il-liġi.

Il-persuni fiżiċi jista’ jkollhom dritt, fuq talba, għal skontijiet fuq, eżenzjonijiet minn u skemi ta’ ħlas bin-nifs għall-ħlas tat-tariffi tat-timbri tal-qorti skont l-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 51/2008 dwar l-għajnuna legali pubblika f’materji ċivili, kif approvat emendat u supplimentat mil-Liġi Nru 193/2008 kif sussegwentement emendat u supplimentat. Il-persuni ġuridiċi jistgħu jingħataw faċilitajiet għall-ħlas tat-tariffi tat-timbri tal-gvern skont l-Artikolu 42(2) tal-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 80/2013.

Kemm għandi nħallas?

Fl-istat kurrenti tal-liġi, it-tariffa tat-timbri tal-qorti sabiex issir applikazzjoni għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea hija stabbilita fl-Artikolu 3 tal-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 80/2013, kif ġej:

  1. sal-valur massimu ta’ RON 500 - 8% iżda mhux inqas minn RON 20;
  2. bejn RON 501 u RON 5 000 - RON 40 + 7% għall-valuri li jaqbżu RON 500;
  3. bejn RON 5 001 u RON 25 000 - RON 355 + 5 % għall-valuri li jaqbżu RON 5 000;
  4. bejn RON 25 001 u RON 50 000 - RON 1 355 + 3 % għall-valuri li jaqbżu RON 25 000;
  5. bejn RON 50 001 u RON 250 000 - RON 2 105 + 2 % għall-valuri li jaqbżu RON 50 000;
  6. il-fuq minn RON 250 000 - RON 6 105 + 1 % għall-valuri li jaqbżu RON 250 000.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Skont l-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 80/2013, it-tariffa tat-timbri tal-qorti hija pagabbli bil-quddiem. Jekk ir-rikorrent ma jissodisfax l-obbligi tiegħu biex iħallas it-tariffa mal-iskadenza stabbilita mil-liġi jew mill-qorti, ir-rikors jiġi annullat għaliex mhux ittimbrat jew, fejn applikabbli, riżolti fil-limiti tat-tariffa tal-qort mħallsa legalment. Barra minn hekk, jekk ir-rikors għall-faċilitajiet għall-ħlas tat-tariffa tat-timbru tal-qorti ġie miċħud, u r-rikorrent għadu ma ħallasx it-tariffa għat-timbru tal-qorti dovuta fiż-żmien stabbilit, kif stipulat mill-qorti, u ma għandux prova li ħallas fl-atti tal-kawża, il-qorti tannulla r-rikors għaliex mhux ittimbrat.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

It-tariffi għat-timbri tal-qorti jistgħu jitħallsu mill-persuna li trid tħallasha bi flus kontanti, bi trasferiment bankarju jew inlajn f’kont tad-dħul tal-baġit lokali partikolari jiġifieri “it-tariffi tat-timbri tal-Qort u tariffi oħra” tal-unità amministrattiva territorjali fejn il-persuna fiżika għandha d-domiċilju jew ir-residenza tagħha jew, fejn applikabbli, fejn għandha l-uffiċċju rreġistrat il-persuna ġuridika. L-ispejjeż assoċjati mat-trasferiment tal-ammonti dovuti bħala tariffi għat-timbri tal-qorti jitħallsu mid-debitur.

Jekk il-persuna li trid tħallas it-tariffa tat-timbru tal-qorti ma għandiex la domiċilju, la residenza u l-anqas uffiċċju rreġistrat, fejn applikabbli, fir-Rumanija, it-tariffa tat-timbru tal-qorti titħallas fil-kont tal-baġit lokali tal-unità amministrattiva territorjali li tkopri l-uffiċċju rreġistrat tal-qorti fejn tinfetaħ il-kawża jew jiġi ppreżentat ir-rikors.

It-taxxa tal-boll jitħallsu fi flus kontanti fid-direttorati tat-tariffi u tat-taxxi tal-unitajiet amministrattivi territorjali fejn il-persuna fiżika għandha d-domiċilju jew ir-residenza tagħha, jew fejn għandha l-uffiċċju rreġistrat il-persuna ġuridika.

Barra minn hekk, it-taxxa tal-boll titħallas permezz ta’ trasferiment bankjarju u onlajn.

S’issa għadha ma ġietx implimentata l-ebda sistema elettronika fir-Rumanija għall-ħlas tat-taxxa tal-boll tal-qorti għalkemm dan il-metodu huwa regolat bil-liġi.

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

L-irċevuta għall-ħlas tat-taxxa tal-boll, li tinħareġ għall-ħlasijiet fi flus kontanti, jew money order, tiġi ppreżentata meta tinfetaħ il-kawża.

L-irċevuti jew, fejn applikabbli, il-money orders għat-taxxa tal-boll tal-qorti ma għandhomx l-ebda format standard għaliex jinħarġu fil-format aċċettat mill-unità fejn isir il-ħlas.

Meta t-taxxa tal-boll tal-qorti titħallas wara li l-qorti tkun innotifikat lir-rikorrent f’dan ir-rigward, huwa għandu jinkludi fl-atti tal-kawża il-prova tal-ħlas tat-taxxa tal-boll fi żmien 10 ijiem min-notifika.

Il-prova tal-ħlas tat-taxxa tal-boll tista’ tiġi ppreżentata personalment fl-uffiċċju rreġistrat tal-qorti, jew b’ittra elettronika, fejn jiġi indikat in-numru tal-fajl (tal-kawża) li għalih qed isir il-ħlas, għaliex l-istess numru tal-kawża jiġi indikat fuq in-notifika li ssir mill-qorti fuq il-parti kkonċernata.

L-aħħar aġġornament: 02/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.