Trova informazioni a seconda delle regioni
Il-ġustizzja hija amministrata mill-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, mill-Qorti Amministrattiva Suprema, mill-qrati tal-appell, mill-qrati reġjonali, mill-qrati militari u mill-qrati distrettwali. Il-kundanni u d-deċiżjonijiet jinħażnu fil-bażijiet tad-data tal-informazzjoni tal-qrati rilevanti, kemm fuq il-karta kif ukoll f’forma elettronika.
Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni hija l-ogħla Qorti ġudizzjarja f’kawżi kriminali, kummerċjali u ċivili. Skont l-Artikolu 124 tal-Kostituzzjoni tal-Bulgarija, il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni teżerċita sorveljanza ġudizzjarja suprema fuq l-applikazzjoni preċiża u uniformi tal-liġi mill-qrati kollha. Il-ġuriżdizzjoni tagħha tkopri l-Bulgarija kollha.
Il-Qorti Amministrattiva Suprema teżerċita sorveljanza ġudizzjarja suprema fuq l-applikazzjoni preċiża u uniformi tal-liġi mill-qrati amministrattivi.
Il-Qorti Amministrattiva Suprema għandha ġuriżdizzjoni fuq:
- il-kontestazzjonijiet għar-regolamenti statutorji, esklużi dawk maħruġa mill-kunsilli muniċipali;
- il-kontestazzjonijiet għall-atti tal-Kunsill tal-Ministri, tal-Prim Ministru, tad-Deputati Prim Ministri u tal-Ministri maħruġa fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ tmexxija u governanza kostituzzjonali tagħhom; fil-każijiet previsti mil-liġi u fejn dawk l-awtoritajiet ikunu ddelegaw is-setgħat tagħhom lill-uffiċjali kkonċernati, l-atti amministrattivi maħruġa minnhom jiġu kkontestati quddiem il-qorti amministrattiva rilevanti;
- il-kontestazzjonijiet għad-deċiżjonijiet tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem;
- il-kontestazzjonijiet għall-atti tal-Bank Nazzjonali Bulgaru u l-korpi tiegħu;
- l-appelli fil-kassazzjoni u l-appelli kontra deċiżjonijiet maħruġa fl-ewwel istanza;
- l-appelli mill-partijiet fil-proċedimenti kontra deċiżjonijiet u digrieti;
- ir-rikorsi għal deċiżjonijiet ġudizzjarji finali f’kawżi amministrattivi li għandhom jiġu rrevokati;
- il-kontestazzjonijiet għal atti oħra speċifikati mil-liġi.
Ġurisprudenza disponibbli fis-sit web
Il-Qorti Amministrattiva Suprema kellha sit web sa mill-bidu tal-2002. Is-sit inħoloq biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-persuni fiżiċi, tal-persuni ġuridiċi u tal-korpi amministrattivi li jirrikjedu aċċess faċli għall-informazzjoni dwar l-attività ġudizzjarja tal-Qorti.
Il-ġurisprudenza hija disponibbli fis-sit web tal-Qorti. L-aċċess għall-bażi tad-data huwa soġġett għal reġistrazzjoni standard miftuħa għal kulħadd (username u password).
Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni għandha sit web li jipprovdi aċċess dirett għall-bażi tad-data tal-informazzjoni tal-Qorti Suprema.
Preżentazzjoni tad-deċiżjonijiet / Titoli
Il-Qorti Amministrattiva Suprema
Ma hemm l-ebda titolu/intestatura fuq l-internet li jillinkjaw ma’ deċiżjonijiet jew attivitajiet oħra tal-Qorti Amministrattiva Suprema. L-atti jiġu ppubblikati flimkien man-numru tagħhom, id-data tal-ħruġ u n-numru tal-kawża li huma relatati miegħu, pereżempju:
Id-Deċiżjoni Nru 5908 tat-23.06.2005 fil-Kawża Nru 4242/2005
Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni
Id-deċiżjonijiet jinħarġu fuq karta u jiġu ppubblikati fil-Bullettin, fil-Ktieb Annwali u fis-sit web tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni tal-Bulgarija.
Tista’ tfittex skont: il-Qorti u l-ismijiet tal-partijiet fil-kawża; in-numru tal-kawża rreġistrat mal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni; in-numru tal-kawża fit-taqsima tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni.
It-test sħiħ tad-deċiżjonijiet maħruġa mill-1 ta’ Ottubru 2008 (bid-data personali mħassra) huwa disponibbli permezz ta’ link fil-qiegħ tal-paġna “riżultat tat-tfittxija”.
L-aħbarijiet u l-istqarrijiet għall-istampa mill-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni tal-Bulgarija jiġu ppubblikati regolarment fit-taqsima tal-istqarrijiet għall-istampa tas-sit web tal-Qorti Suprema. Id-deċiżjonijiet f’kawżi ta’ interess pubbliku kbir huma ppubblikati f’din it-taqsima kif ukoll fil-bażi tad-data tal-informazzjoni tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni.
Format
Il-Qorti Amministrattiva Suprema
Il-ġurisprudenza hija disponibbli fis-sit web tal-Qorti Amministrattiva Suprema fil-format HTML.
Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni
Il-ġurisprudenza hija disponibbli fis-sit web tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni fil-format PDF.
Il-Qrati
Proċedimenti ulterjuri
Il-Qrati Supremi - il-Qorti Amministrattiva Suprema u l-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni |
Qrati oħra |
|
Hemm informazzjoni disponibbli wkoll dwar:
|
Iva |
Iva |
|
Iva |
Iva |
|
Iva |
Iva |
|
Iva |
Iva |
qrati nazzjonali oħra (il-Qorti Kostituzzjonali, eċċ.) il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem? |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Regoli tal-pubblikazzjoni
Fil-livell nazzjonali |
Fil-livell tal-qorti |
|
Hemm regoli vinkolanti għall-pubblikazzjoni tal-ġurisprudenza? |
Iva - l-Artikolu 64(1) tal-Att dwar is-Sistema Ġudizzjarja |
Iva |
Il-Qrati Supremi |
Qrati oħra |
|
Qed tiġi ppubblikata l-ġurisprudenza sħiħa jew għażla minnha? |
Il-Qorti Amministrattiva Suprema u l-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni - ġurisprudenza sħiħa |
Il-ġurisprudenza sħiħa / għażla biss minnha |
Liema kriterji jintużaw biex issir l-għażla? |
Mhux applikabbli |
Mhux applikabbli |
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.