Informatie zoeken per regio
Sommarju tal-proċedimenti kriminali:
Qabel il-proċess / il-bidu tal-proċedimenti kriminali
Din il-parti tal-proċess tibda meta l-Prosekutur jiġi nnotifikat li probabbilment twettaq reat. Din tkompli bil-proċedimenti kriminali li qed jinbdew u tispiċċa bil-persuna akkużata li tkun qed tiġi mixlija għall-proċess jew bi kwalunkwe akkuża li tiġi rtirata.
Dan l-istadju għandu l-għan li jiċċara l-każ kemm jista’ jkun sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx indikazzjonijiet sodi li l-akkużat wettaq ir-reat, biex jitressaq għall-proċess quddiem il-qorti kompetenti.
Seduta fil-qorti
F’dan l-istadju, isir il-proċess sakemm jintlaħaq u jingħata verdett.
Rimedji
Dan jirreferi għall-mezzi legali pprovduti lil persuna biex tkun tista’ tikkontesta deċiżjoni ta’ qorti kriminali.
Dawn il-mezzi huma:
- appell, bil-ħsieb li tiġi emendata jew annullata d-deċiżjoni kkontestata għal raġunijiet fattwali jew legali;
- proċess ġdid tal-każ, u annullament parzjali jew sħiħ tad-deċiżjoni kkontestata għal raġunijiet legali.
Tista’ ssib aktar informazzjoni dettaljata dwar dawn l-istadji kollha fil-proċess u dwar drittijietek fl-iskedi informattivi li ġejjin. Din l-informazzjoni ma hijiex sostituzzjoni għal konsulenza legali u hija maħsuba biss bħala gwida ġenerali.
Jekk inti vittma ta’ delitt, tista’ ssib l-informazzjoni kollha dwar drittijietek hawnhekk.
Ir-rwol tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea ma għandha l-ebda rwol fil-proċeduri għall-prosekuzzjonijiet kriminali adottati fid-diversi Stati Membri u ma tistax tgħinek jekk tixtieq tressaq ilment. F’dawn l-iskedi informattivi għandek issib informazzjoni dwar kif tressaq ilment u lil min tindirizzah.
Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ
Id-drittijiet tiegħi matul l-investigazzjoni
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.