Identifikatur ewropew tal-ġurisprudenza (ECLI)

Chequia

Contenido facilitado por
Chequia

Koordinatur nazzjonali tal-ECLI

Il-Qorti Suprema (Nejvyšší soud)
Burešova 571/20, Brno - Veveří, kodiċi postali: 657 37
ir-Repubblika Ċeka

Telefon: +420 541 593 111
Fax: +420 541 213 493

ID tal-kaxxa tad-data: kccaa9t

Posta elettronika: podatelna@nsoud.cz (jekk jogħġbok ikteb “ECLI” fil-linja tas-suġġett)
Sit web: https://nsoud.cz/

Kuntatti:

Petra Polišenská, Michal Ježek (mill-1 ta’ Awwissu 2022)

Ġenerazzjoni tal-ECLI nazzjonali (sintassi tal-ECLI)

L-identifikatur ECLI ilu jintuża minn April 2012 fir-Repubblika Ċeka biex jindika s-sentenzi tal-Qorti Suprema (Nejvyšší soud) u minn Marzu 2014 biex jindika s-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali (Ústavní soud). L-identifikatur ECLI bħalissa qed jiġi implimentat fil-livelli tal-qrati superjuri u tal-qrati reġjonali. Is-sentenzi indikati bl-identifikatur ECLI jistgħu jiġu mfittxija wkoll bl-użu tal-identifikatur fis-siti web tal-qrati (is-sentenzi tal-Qorti Suprema fuq https://nsoud.cz/ u s-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali fuq http://nalus.usoud.cz/).

Kodiċi tal-pajjiż

[CZ]: kodiċi tal-pajjiż tar-Repubblika Ċeka.

Kodiċijiet tal-qrati

[NS]: Nejvyšší soud (Il-Qorti Suprema tar-Repubblika Ċeka).

[US]: Ústavní soud (il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika Ċeka).

Eżempju ta’ identifikatur ECLI għad-deċiżjonijiet tal-qrati Ċeki

ECLI:CZ:NS:2012:[każ numru].1

[CZ] kodiċi tal-pajjiż (CZ għar-Repubblika Ċeka);

[NS] huwa l-kodiċi tal-qorti li tkun tat is-sentenza (NS għall-Qorti Suprema — Nejvyšší soud);

[2012] tindika s-sena li fiha ngħatat is-sentenza;

[In-numru tal-kawża] ma fihx spazji jew forward slashes; dawn jiġu ssostitwiti b’punt;

In-numru [1] huwa n-numru ordinali tad-deċiżjoni bl-istess numru tal-kawża. L-inklużjoni tan-numru ordinali tiżgura li l-istess identifikatur ECLI ma jintużax biex jindika aktar minn sentenza waħda minn qorti waħda fl-istess sena.

Ħoloq relatati

https://nsoud.cz/

http://nalus.usoud.cz/

L-aħħar aġġornament: 28/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.