Identifikatur ewropew tal-ġurisprudenza (ECLI)

Portugália

Tartalomszolgáltató:
Portugália

Koordinatur Nazzjonali tal-ECLI

Indirizz: Rua Duque de Palmela Nru 23, 1250-097 Lisbona – il-Portugall

Telefown: +351 213 220 020
Faks: +351 213 474 09 918

Posta elettronika: csm@csm.org.pt
Sit web: https://www.csm.org.pt/

Kodiċi tal-pajjiż

Il-kodiċi tal-pajjiż għall-Portugall huwa: [PT].

Ġenerazzjoni ta’ ECLI nazzjonali

L-introduzzjoni mill-Portugall tal-Identifikatur Ewropew tal-Każistika (ECLI) tlestiet f’Novembru tal-2018, bħala parti minn proġett ikkofinanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tal-Programm dwar il-Ġustizzja 2014-2020 tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi (DĠ JUST). Din kienet inizjattiva konġunta tal-Kunsill Suprem tal-Ġudikatura (Conselho Superior da Magistratura) u l-Istitut għall-Ġestjoni Finanzjarja u tal-Proprjetà tas-Servizzi Ġudizzjarji (Instituto de Gestão Financeira e Equipamentos da Justiça).

L-ECLI bħalissa jkopri s-sentenzi tal-qrati superjuri:

  • Il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja (Supremo Tribunal de Justiça)
  • Il-Qorti tal-Appell ta’ Coimbra (Tribunal da Relação de Coimbra)
  • Il-Qorti tal-Appell ta’ Évora (Tribunal da Relação de Évora)
  • Il-Qorti tal-Appell ta’ Guimarães (Tribunal da Relação de Guimarães)
  • Il-Qorti tal-Appell ta’ Lisbona (Tribunal da Relação de Lisboa)
  • Il-Qorti tal-Appell ta’ Porto (Tribunal da Relação do Porto)

Is-sit web https://jurisprudencia.csm.org.pt/ jipprovdi aċċess għal magna tat-tiftix ġdida għall-ġurisprudenza nazzjonali bl-użu tal-ECLI.

L-ECLI fil-Portugall huwa magħmul mill-komponenti li ġejjin:

  • ECLI”;
  • Il-kodiċi tal-pajjiż: “PT”;
  • Il-kodiċi tal-qorti: “STJ”, “TRL”, “TRP”, “TRC”, “TRE” jew “TRG” (bħalissa l-ECLI hija disponibbli sabiex jiġu identifikati s-sentenzi tal-Qorti Suprema tal-Ġustizzja u tal-qrati tal-appell ta’ Lisbona, Porto, Coimbra, Évora u Guimarães);
  • Is-sena tas-sentenza;
  • Numru tas-serje, li fil-każ tal-Portugall, huwa bbażat fuq in-numru tal-kawża (flimkien ma’ kultant żewġ karattri ta’ identifikazzjoni użati għad-distribuzzjoni tal-kawżi fil-qrati superjuri).

Kull komponent jiġi separat b’kolon.

Eżempju ta’ ECLI Portugiż:

L-identifikatur ECLI:PT:TRC:2017:198.15.3GCACB.C1, jikkorrispondi għal sentenza mogħtija fil-Portugall (PT), mill-Qorti tal-Appell ta’ Coimbra (TRC), fl-2017, fil-Kawża Nru 198/15.3GCACB.

L-aħħar aġġornament: 18/12/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.