Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea

Belgia

Sisällön tuottaja:
Belgia

Introduzzjoni

Liema tariffi japplikaw?

Kemm għandi nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara li nħallas?

Introduzzjoni

Dan is-suġġett huwa regolat mill-Artikoli 1017 sa 1022 tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan (Code judiciaire) u mill-Artikolu 953 ta’ dak il-Kodiċi f’dak li jikkonċerna l-ħlas tat-tariffi tax-xhieda. Huwa regolat ukoll mill-Kodiċi Belġjan tar-Reġistrazzjoni, l-Ipoteka u t-Tariffi tar-Reġistru tal-Qorti (Code des droits d'enregistrement, d'hypothèque et de greffe) u b’mod partikolari l-Artikoli 142 et seq. u 268 et seq. fir-rigward tat-tariffi ta’ reġistrazzjoni.

Liema tariffi japplikaw?

L-Artikolu 1018 tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan jispeċifika n-natura tal-ispejjeż:

1° Ir-reġistru tal-qorti, ir-reġistrazzjoni u tariffi oħra. It-tariffi tar-reġistru tal-Qorti jinkludu tariffi tal-elenkar, tariffi għall-abbozzar u tariffi għal kopji ċertifikati (l-Artikoli 268 et seq. tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan tar-Reġistrazzjoni, l-Ipoteka u t-Tariffi tar-Reġistru tal-Qorti). It-tariffa tal-elenkar hija ta bejn EUR 30 u Eur 100, skont liema qorti tkun. It-tariffa għall-abbozzar hija ta EUR 35.

It-tariffi għar-reġistrazzjoni jitħallsu għad-deċiżjonijiet f’każijiet fejn l-ammont prinċipali huwa aktar minn EUR 12 500 (minbarra t-tariffi tal-qorti). Dawn huma ta’ 3% ta’ dak l-ammont.

2° L-ispejjeż tal-proċedimenti l-qorti u s-salarji u l-emolumenti relatati.

3° L-ispiża ta’ kopja ċertifikata ta’ sentenza: bejn EUR 0.85 u EUR 5.75 għal kull paġna;

4° L-ispejjeż għal kull mezz ta’ għoti jew kisba ta’ provi, inkluż it-tariffi tal-esperti u xhieda oħra. Id-Digriet Irjali tas-27 ta’ Lulju 1972 kien stipula li dan l-ammont ikun ta’ BEF (frank Belġjan) 200 għal kull xhud, li issa huwa ekwivalenti għal madwar EUR 5.  Minbarra dan hemm l-indennizz tal-ivvjaġġar (EUR 0.0868 għal kull kilometru).

Jekk jissejjaħ perit, dan huwa ħieles li jiddeiċiedi kemm jitlob bħala tariffi u spejjeż tiegħu. Madankollu, il-metodu ta’ kalkolazzjoni għandu jiġi indikat b’mod ċar u l-ammont jista, jekk meħtieġ (għal pereżempju, fejn saru spejjeż bla bżonn), jitnaqqsu mill-qorti fil-valutazzjoni dettaljata tat-tariffi tal-qorti.

5° L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza għall-imħallfin, skrivana u partijiet fil-kawża, fejn l-ivvjaġġar tagħhom ġie ordnat mill-qorti, u l-ispejjeż tal-atti, fejn saru biss għall-għanijiet tal-proċedimenti.

6° Tariffa għat-tħejjija tal-kawża (l-Artikolu 1022 tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan). Din titħallas mill-parti li titlef il-kawża u hija kontribuzzjoni fissa għall-ispejjeż legali u t-tariffi tal-parti r-rebbieħa. L-ammonti huma bbażati fuq l-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur u jogħlew jew jonqsu b’10% jekk ll-indiċi jogħla jew jonqos b’10 punti perċentwali.

Ammont tat-talba

Ammont
bażiku

Ammont
minimu

Ammont
massimu

EUR 250.00 jew inqas

EUR 180.00

EUR 90.00

EUR 360.00

EUR 250.01 sa EUR 750.00

EUR 240.00

EUR 150.00

EUR 600.00

EUR 750.01 sa EUR 2,500.00

EUR 480.00

EUR 240.00

EUR 1,200.00

EUR 750.01 sa EUR 5.000,00

EUR 785.00

EUR 450.00

EUR 1.800,00

EUR 5,000.01 sa EUR 10,000.00

EUR 1.080,00

EUR 600,00

EUR 2.400,00

EUR 10.000,01 sa EUR 20.000,00

EUR 1.320,00

EUR 750,00

EUR 3.000,00

EUR 20.000,01 sa EUR 40.000,00

EUR 2.400,00

EUR 1.200,00

EUR 4.800,00

EUR 40.000,01 sa EUR 60.000,00

EUR 3.000,00

EUR 1.200,00

EUR 6.000,00

EUR 60.000,01 sa EUR 100.000,00

EUR 3.600,00

EUR 1.200,00

EUR 7.200,00

EUR 100.000,01 sa EUR 250.000,00

EUR 600,00

EUR 1.200,00

EUR 12.000,00

EUR 250.000,01 sa EUR 500.000,00

EUR 8.400,00

EUR 1.200,00

EUR 16.800,00

EUR 500.000,01 sa EUR 1.000.000,00

EUR 12.000,00

EUR 1.200,00

EUR 24.000,00

EUR 1,000,000.01 jew iktar

EUR 18.000,00

EUR 1.200,00

EUR 36.000,00

Talbiet mhux monetarji

EUR 1.440,00

EUR 90,00

EUR 12.000,00

Tribunal industrijali (regoli speċjali)

Ammont tat-talba

Ammont
bażiku

Ammont
minimu

Ammont
massimu

EUR 250.00 jew inqas

EUR 43,75

EUR 31,75

EUR 55,75

EUR 620.00 jew inqas

EUR 87,43

EUR 69,43

EUR 105,43

EUR 2,500.00 jew inqas

EUR 131,18

EUR 107,18

EUR 155,18

EUR 2,500.01 jew iktar

EUR 262,37

EUR 226,37

EUR 298,37

Talbiet mhux monetarji

EUR 131,18

EUR 107,18

EUR 155,18

7° It-tariffi, l-emolumenti u l-ispejjeż tal-ombudsman maħtur skont l-Artikolu 1734 tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan.

Kemm għandi nħallas?

Tenut kont ta’ dak li ntqal s’issa, l-ammont li jrid jitħallas jiddependi kompletament minn kull każ, skont jekk tirbaħx il-kawża jew le, jekk jiġux imsejħa l-esperti, jekk jiġux imsejħa aktar xhieda, jekk l-imħallfin kellhomx isiefru barra, jekk ġiex involut l-ombudsman, eċċ.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

It-tariffi tar-reġistru tal-qorti jridu jitħallsu bil-quddiem, inkella l-kawża ma tiġix imniżżla fl-elenku.

Ix-xhieda esperti dejjem jeħtieġu ħlas bil-quddiem qabel jibdew jaħdmu.

Jekk teħtieġ seduta ta’ smigħ għal xhud, l-ewwel trid tħallas l-ammont dovut lill-iskrivan. Jekk ma tħallasx dan l-ammont, jiġi preżunt li ma għadekx teħtieġ li x-xhud jinstema.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

Il-pagament jista’ jsir permezz ta’ trasferiment ta' kreditu jew ordni ta' ħlas, trasferiment elettroniku, flus kontanti jew ċekk pagabbli lir-reġistru tal-qorti (din tal-aħħar hija riservata għall-professjonisti legali u għall-bailiffs).

X’għandi nagħmel wara li nħallas?

Il-prova tal-ħlas għandha tinżamm f’post sikur sabiex tkun tista’ tiġi prodotta immedjatament kif tintalab.

L-aħħar aġġornament: 31/03/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.