În materie de drept civil, procedurile și acțiunile în curs intentate înainte de încheierea perioadei de tranziție vor continua în temeiul legislației UE. În baza unui acord reciproc între UE și Regatul Unit, Portalul e-justiție va păstra informațiile legate de Regatul Unit până la sfârșitul anului 2024.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea

Scoţia

Conținut furnizat de
Scoţia

Introduzzjoni

X’tariffi huma applikabbli?

Kemm se nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Introduzzjoni

Fl-Iskozja, it-tariffi tal-qorti għal Ordnijiet ta’ Ħlas Ewropej huma rregolati minn:

  • L-Ordni tal-2018 dwar it-Tariffi tal-Qorti tax-Sheriff (Sheriff Court Fees Order), kif emendata bl-Ordni ta’ Emenda tal-2018 dwar it-Tariffi tal-Qorti tax-Sheriff (Sheriff Court Fees Amendment Order).

L-Iskeda 2, il-Parti II, il-paragrafu 6 japplika għall-Ordnijiet ta’ Ħlas Ewropej mill-1 ta’ April 2019.

L-Iskeda 3, il-Parti II, il-paragrafu 6 japplika għall-Ordnijiet ta’ Ħlas Ewropej mill-1 ta’ April 2020.

Il-ħlas elettroniku tat-tariffi mhux possibbli.

X’tariffi huma applikabbli?

Il-preżentazzjoni ta’ Ordni ta' Ħlas Ewropea fil-Formola A tar-RegolamentUE1896/2006 fil-qorti jirrikjedi l-ħlas ta’ tariffa waħda li tkopri l-proċeduri kollha tal-qorti.

Ir-rappreżentanza minn avukat ma tkunx normalment meħtieġa u t-tariffa tal-qorti ma tinkludix id-drittijiet tal-avukati, jew l-ispiża tan-notifika tad-dokumenti lill-konvenut.

Ma hemm l-ebda tariffa għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni fil-Formola F.

Kemm se nħallas?

It-tariffa biex tiġi ppreżentata Ordni ta’ Ħlas Ewropea fil-qorti hija ta’ £GBP 129.

Skont it-termini tal-Artikolu 8 tal-Ordni tal-2018 dwar it-Tariffi tal-Qorti tax-Sheriff, l-Istrument Statutorju Skoċċiż 2018/481 kif emendat, parti tista’ tkun intitolata għal eżenzjoni mit-tariffa, pereżempju jekk tkun intitolata għal ċerti benefiċċji pubbliċi, jew tkun intitolata għal għajnuna legali ċivili.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Il-qorti ma taċċettax ir-rikors, u ma tkun meħtieġa tagħmel xejn jekk ma titħallasx it-tariffa, skont it-termini tal-paragrafu 3 tal-Ordni tal-2018 dwar it-Tariffi tal-Qorti tax-Sheriff, tal-Istrument Statutorju Skoċċiż 2018/481, kif emendat.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

It-tariffi tal-qorti jistgħu jitħallsu permezz ta’:

  • Ċekkijiet — pagabbli lil "The Scottish Courts and Tribunals Service”
  • Karta ta’ debitu u Karta ta’ Kreditu — jekk jogħġbok ivverifika x’tipi ta’ kards jkunu aċċettabbli mill-qorti kkonċernata u jekk il-ħlas jistax isir bit-telefown.
  • Ordni Postali — pagabbli lil "The Scottish Courts and Tribunals Service”
  • Flus kontanti — jekk il-ħlas isir bil-posta ma jkunx ta’ min li jsir ħlas bi flus kontanti

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Il-qorti taċċetta l-preżentazzjoni tad-dokumenti tat-talba fil-Formola A tar-Regolament tal-UE 1896/2006 mal-ħlas. Id-dokumenti u l-ħlas għandhom jinġiebu jew jintbagħtu lill-qorti fl-istess ħin. Imbagħad, il-qorti tagħti jew tibgħat il-Formola B, C, D jew E bħala l-pass li jmiss fil-proċess. Ma hija meħtieġa l-ebda prova tal-ħlas.

L-aħħar aġġornament: 03/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.