Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea

Slovacchia

Contenuto fornito da
Slovacchia

Introduzzjoni

X’tariffi huma applikabbli?

Kemm se nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Introduzzjoni

L-Att Nru 71/1992 dwar it-tariffi tal-qorti u t-tariffi għal siltiet mir-reġistru kriminali, kif emendat.

It-tariffi tal-qorti jistgħu jitħallsu b’karta ta’ debitu jew ta’ kreditu, permezz ta’ trasferiment bankarju jew f’fergħa ta’ bank barrani.

X’tariffi huma applikabbli?

It-tariffi tal-qorti jiġu imposti skont l-Artikolu 1 tal-Att Nru 71/1992 dwar it-tariffi tal-qorti u t-tariffi għal siltiet mir-reġistru kriminali, kif emendati, għal atti individwali jew proċedimenti tal-qorti meta jitwettqu fuq proposta u bħala atti tal-awtoritajiet tal-amministrazzjoni pubblika u l-prosekuturi elenkati fl-iskeda tat-tariffi tal-qorti u t-tariffi għal siltiet mir-reġistru kriminali, li huwa anness mal-att inkwistjoni.

It-tariffi huma wkoll pagabbli għal proċedimenti u atti mwettqa mingħajr proposta għall-benefiċċju ta’ min iħallas it-tariffi jekk ikunu espressament elenkati fl-iskeda.

Kemm se nħallas?

Ir-rata tariffarja hija elenkata fl-iskeda bħala perċentwal tal-bażi tariffarja jew bħala somma fissa. Jekk tiġi stabbilita rata tariffarja għal proċedura, din tkun tfisser proċedura f’istanza waħda. Għandha titħallas ukoll tariffa tal-istess rata fi proċedura ta’ appell fl-istess kawża.

Għal talab għall-bidu ta’ proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea, sakemm ma tiġix stabbilita rata speċjali, tkun ta’ 6 % tal-ispiża (ħlas) tas-suġġett tal-proċedura jew tal-valur tal-oġġett tal-litiġju, għalkemm mhux inqas minn EUR 16,50. L-istess japplika fil-każ tal-preżentata ta’ eċċezzjoni.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Jekk it-tariffa pagabbli mal-preżentata ta’ talba, rikors għall-ftuħ ta’ proċedura, appell jew appell fil-kassazzjoni ma tkunx tħallset, il-qorti għandha titlob lill-min suppost iħallas it-tariffa biex iħallasha fi żmien li tistabbilixxi hi, ġeneralment fi żmien għaxart ijiem minn meta jirċievi l-istedina biex iħallas; jekk it-tariffa ma titħallasx fil-ħin, minkejja l-istedina mill-qorti, il-qorti tissospendi l-proċedura. Min suppost iħallas irid ikun avżat bil-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ ħlas tat-tariffa.

Il-qorti ma għandhiex tissospendi l-proċedura minħabba n-nuqqas ta’ ħlas tat-tariffa jekk

  1. tkun diġà bdiet il-proċedura,
  2. it-talba tiġi prorogata, jew tiġi preżentata kontrotalba fl-istess kawża wara li tkun inbdiet il-proċedura;
  3. titlob il-ħlas ta’ tariffa f’ammont li ma jkunx jaqbel mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att;
  4. l-obbligu ta’ ħlas ta’ min suppost iħallas ikun dovut għall-preżentata ta’ talba biex jiġu ordnati miżuri ta’ emerġenza;
  5. tkun ġiet ippreżentata talba għal remissjoni tat-tariffa qabel l-iskadenza għall-ħlas tat-tariffa tal-qorti, u l-qorti tkun laqgħet it-talba; jekk il-qorti tagħti remissjoni parzjali biss, hija titlob lil min suppost iħallas it-tariffa tal-qorti biex iħallas l-ammont li ma jkunx kopert mir-remissjoni.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

It-tariffi li jridu jitħallsu mill-qrati, l-awtoritajiet tal-amministrazzjoni pubblika u l-prosekuturi jistgħu jitħallsu fi flus kontanti, permezz ta’ karta ta’ debitu jew ta’ kreditu, money order jew trasferiment bankarju jew f’fergħa ta’ bank barrani. It-tariffi jitħallsu fi flus kontanti, permezz ta’ karta ta’ debitu jew ta’ kreditu jew bi trasferiment bankarju jew fil-fergħa ta’ bank barrani bl-użu tat-tagħmir tekniku ta’ entità ġuridika bi sjieda 100 % tal-Istat li tkun operatur tas-sistema, jekk il-korp kompetenti jkun issodisfa r-rekwiżiti għal dan. It-tariffi jistgħu jitħallsu fi flus kontanti jekk il-qrati, l-awtoritajiet tal-amministrazzjoni pubblika tal-qrati u l-prosekuturi jkunu stabbilew il-kundizzjonijiet biex dan isir, u dment li t-tariffa għal kull kawża ma taqbiżx it-EUR 300, bl-eċċezzjoni tat-tariffa fil-punt 17 (fi kwistjonijiet tar-reġistru kummerċjali), li tista’ titħallas fi flus kontanti, anki jekk taqbeż it-EUR 300. Jekk il-qorti, l-awtorità tal-amministrazzjoni pubblika tal-qorti u l-prosekutur ikunu integrati fis-sistema ċentrali tar-reġistri tat-tariffi, it-tariffi mħallsa b’money order, permezz ta’ karta ta’ debitu jew ta’ kreditu, bi trasferiment bankarju jew f’fergħa ta’ bank barrani jitħallsu fil-kont tal-operatur tas-sistema.

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Il-prova tal-ħlas tista’ tingħata permezz ta’ dokumenti ta’ ħlas standard użati fi tranżazzjonijiet normali, skont il-metodu ta’ ħlas, jiġifieri rċevuta ta’ flus, il-karta tal-money order, ir-rendikont tal-kont bankarju, eċċ.

L-aħħar aġġornament: 27/02/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.