Obbligi ta' manteniment

Latvija

Sadržaj omogućio
Latvija

PRONALAŽENJE NADLEŽNIH SUDOVA/TIJELA

Alat za pretraživanje služi za pronalaženje suda/tijela nadležnog za određeni europski pravni instrument. Napominjemo da unatoč nastojanjima da se osigura točnost rezultata, mogu postojati iznimke u pogledu određivanja nadležnosti koje nisu nužno obuhvaćene.

Latvija

Obiteljsko pravo – obveza uzdržavanja


*obvezan unos

Artikolu 71 1. (a) – Qrati għall-applikazzjoni għal dikarazzjoni ta' eżekutorjetà u qrati tal-appell kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonjiet

Izvorna jezična inačica ove stranice latvijski nedavno je izmijenjena. Naši prevoditelji trenutačno pripremaju jezičnu inačicu koju vidite.
Sljedeći jezici: njemačkiengleskifrancuski već su prevedeni.

Fil-Latvja l-qrati li għandhom il-kompetenza biex jisimgħu applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżegwibilità skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament huma l-qrati ta' ġuriżdizzjoni ġenerali, jiġifieri l-qrati distrettwali (jew tal-belt ta' distrett).

Fil-Latvja l-qrati li għandhom il-kompetenza biex jisimgħu l-appelli minn deċiżjonijiet mogħtija f'applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżegwibilità skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament huma l-qrati reġjonali, bl-intermedjazzjoni tal-qorti distrettwali (jew tal-belt ta' distrett) rilevanti.

Artikolu 71 1. (b) – Proċedura ta' rimedju

Izvorna jezična inačica ove stranice latvijski nedavno je izmijenjena. Naši prevoditelji trenutačno pripremaju jezičnu inačicu koju vidite.
Sljedeći jezici: njemačkiengleskifrancuski već su prevedeni.

Deċiżjoni mogħtija fl-appell skont l-Artikolu 33 tar-Regolament tista' tiġi kkontestata quddiem is-Senat tal-Qorti Suprema, bl-intermedjazzjoni tal-qorti reġjonali rilevanti.

Id-dettalji ta' kuntatt:

Il-Qorti Suprema,

Brīvības bulvāris 36,

Riga, LV-1511

Il-Latvja

Tel.: +371 670 203 50

Faks: +371 670 203 51

E-mail: at@at.gov.lv

Artikolu 71 1. (c) - Proċedura ta’ reviżjoni

Izvorna jezična inačica ove stranice latvijski nedavno je izmijenjena. Naši prevoditelji trenutačno pripremaju jezičnu inačicu koju vidite.
Sljedeći jezici: njemačkiengleskifrancuski već su prevedeni.

Il-konvenut jista' jagħmel talba biex kawża terġa tiġi eżaminata mill-ġdid b'rabta ma' reviżjoni ta' deċiżjoni, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament billi jippreżenta rikors:

1)      fir-rigward tar-reviżjoni ta' sentenza jew deċiżjoni mogħtija minn qorti distrettwali (jew tal-belt ta' distrett) – fil-qorti reġjonali rilevanti;

2)      fir-rigward tar-reviżjoni ta' sentenza jew deċiżjoni mogħtija minn qorti reġjonali – fl-Awla tal-Kawżi Ċivili tal-Qorti Suprema;

3)      fir-rigward tar-reviżjoni ta' sentenza jew deċiżjoni mogħtija minn awla tal-Qorti Suprema - fit-Taqsima tal-Kawżi Ċivili tas-Senat tal-Qorti Suprema.

Ma jistax jiġi ppreżentat rikors jekk ikun skada l-perjodu li fih id-dokument eżekuttiv rigward id-deċiżjoni rilevanti seta' jiġi ppreżentat għall-eżekuzzjoni.

Meta tisma' rikors il-qorti teżamina jekk iċ-ċirkostanzi indikati mill-applikant jistgħux ikunu meqjusa bħala ċirkostanzi li jiġġustifikaw ir-reviżjoni tad-deċiżjoni skont l-Artikolu 19 tar-Regolament. Jekk il-qorti tikkonkludi li ċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw ir-reviżjoni tas-sentenza, hija tħassar is-sentenza kompletament u tibgħat il-kawża quddiem il-qorti tal-prim'istanza biex tiġi eżaminata mill-ġdid. Jekk il-qorti tqis li ċ-ċirkostanzi indikati fir-rikors m'għandhomx ikunu kkunsidrati bħala ċirkostanzi li jiġġustifikaw ir-reviżjoni tas-sentenza, hija tiċħad ir-rikors. Jista' jsir ilment anċillari fir-rigward tad-deċiżjoni tal-qorti.

Artikolu 71 1. (d) - Awtoritajiet Ċentrali

Izvorna jezična inačica ove stranice latvijski nedavno je izmijenjena. Naši prevoditelji trenutačno pripremaju jezičnu inačicu koju vidite.
Sljedeći jezici: njemačkiengleskifrancuski već su prevedeni.

Fil-Latvja, l-Amministrazzjoni tal-Fond għall-Garanzija tal-Manteniment taqdi l-funzjoni ta’ awtorità ċentrali.L-informazzjoni dwar kif tista’ tiġi kkuntatjata hija:

Uzturlīdzekļu garantiju fonda administrācija

Pulkveža Brieža ielā 15

Riga LV-1010

Latvja

Tel.:     + 371 67 830 626

Fax:     + 371 67 830 636

e-mail:pasts@ugf.gov.lv

Artikolu 71 1. (e) – Korpi pubbliċi

Izvorna jezična inačica ove stranice latvijski nedavno je izmijenjena. Naši prevoditelji trenutačno pripremaju jezičnu inačicu koju vidite.
Sljedeći jezici: njemačkiengleskifrancuski već su prevedeni.

Fil-Latvja, l-Amministrazzjoni tal-Fond għall-Garanzija tal-Manteniment taqdi l-funzjonijiet speċjali tal-awtoritajiet ċentrali msemmija fl-Artikolu 51 tar-Regolament.

Artikolu 71 1. (f) – Awtoritajiet kompetenti għall-eżekuzzjoni

Izvorna jezična inačica ove stranice latvijski nedavno je izmijenjena. Naši prevoditelji trenutačno pripremaju jezičnu inačicu koju vidite.
Sljedeći jezici: njemačkiengleskifrancuski već su prevedeni.

Għall-iskopijiet tal-Artikolu 21 tar-Regolament, fil-Latvja l-awtoritajiet li għandhom il-kompetenza biex jisimgħu l-applikazzjonijiet għaċ-ċaħda jew għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni huma l-qrati distrettwali (jew tal-belt ta' distrett) li fil-ġuriżdizzjoni tagħhom tkun trid tiġi eżegwita d-deċiżjoni tal-qorti barranija.

Artikolu 71 1. (g) - Lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet ta' dokumenti

Il-Latvja taċċetta traduzzjonijiet tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 20, 28 u 40 tar-Regolament bl-ilsien nazzjonali, jiġifieri l-Latvjan.

Artikolu 71 1. (h) - Lingwi aċċettati mill-Awtoritajiet Ċentrali għall-komunikazzjoni ma' Awtoritajiet Ċentrali oħra

Il-Latvja taċċetta biss l-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 56 tar-Regolament (l-Annessi VI u VII tar-Regolament) fil-lingwa nazzjonali, jiġifieri l-Latvjan.

Il-Latvja taċċetta talbiet għal miżuri speċifiċi (l-Anness V tar-Regolament) bil-Latvjan jew inkella bl-Ingliż.

Fil-każ ta' komunikazzjonijiet oħra l-Awtorità Ċentrali, meta mitluba, taċċetta l-Latvjan jew l-Ingliż.

L-aħħar aġġornament: 26/02/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.