Imputati (proċeduri kriminali)

Iċ-Ċekja

Dawn l-iskedi informattivi jispjegaw x’jiġri meta persuna tkun issuspettata jew akkużata b’delitt.

Il-kontenut ipprovdut minn
Iċ-Ċekja

Skont il-Kostituzzjoni Ċeka, il-piena tista’ tiġi imposta fuqek biss f’konformità mal-liġi u bil-mod stabbilit mil-liġijiet rilevanti. Dawk il-liġijiet huma l-Kodiċi Kriminali, l-Att dwar il-Ġustizzja għall-Minorenni, u l-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, li jistabbilixxu r-regoli għall-proċedimenti kriminali (inklużi kundizzjonijiet speċifiċi għall-eżerċitar u l-infurzar tad-drittijiet tiegħek).

Jekk inti vittma ta’ delitt, tista’ ssib l-informazzjoni kollha dwar drittijietek hawnhekk.

Sommarju tal-proċeduri kriminali

Dan li ġej huwa sommarju tal-istadji normali fil-proċeduri kriminali.

1) Proċedimenti preparatorji

Dawn huma l-ewwel stadju tal-proċeduri kriminali u jikkonsistu f’żewġ partijiet:

  • L-azzjonijiet tal-awtoritajiet responsabbli għall-proċeduri kriminali qabel il-bidu ta’ prosekuzzjoni kriminali, magħrufa bħala l-fażi tal-eżami; u
  • L-istadju tal-investigazzjoni: il-parti ta’ prosekuzzjoni kriminali minn meta tibda sakemm titressaq akkuża jew l-investigazzjoni tiġi konkluża b’xi mod ieħor.

2. Diskussjoni preliminari tal-akkuża

Matul id-diskussjoni preliminari tal-akkuża, il-qorti teżamina jekk il-każ ġiex iċċarat kif xieraq matul il-proċedimenti preparatorji u jekk l-akkuża tipprovdix bażi adegwata għal proċedimenti ulterjuri. Hija tiddetermina wkoll jekk tkunx kompetenti li tiddeċiedi l-każ.

3. Il-proċess innifsu

Din hija l-aktar parti importanti tal-proċeduri kriminali. Il-provi jiġu eżaminati u tittieħed deċiżjoni fil-każ. Matul dan l-istadju tal-proċeduri kriminali, l-imputat(i) u kwalunkwe xhud u l-parti leża jew partijiet leżi jiġu interrogati fil-qorti. Il-proċess huwa pubbliku u orali, u jsir biċ-Ċek. Jekk ma titkellimx biċ-Ċek, tkun intitolat għal interpretu.

4. Proċedimenti ta’ appell

L-imputat, il-familja tiegħu, avukat, prosekutur pubbliku jew il-parti leża għandhom id-dritt li jappellaw fi żmien tmint ijiem. Jekk jiġi ppreżentat appell, il-qorti tal-appell tirrieżamina d-deċiżjoni mogħtija mill-qorti tal-ewwel istanza

Ir-Rwol tal-Kummissjoni Ewropea

Għandek tkun taf li l-Kummissjoni Ewropea ma għandha l-ebda rwol fil-proċedimenti kriminali fl-Istati Membri u ma tistax tgħinek jekk għandek ilment. F’dawn l-iskedi informattivi għandek issib informazzjoni dwar kif tressaq ilment u lil min tindirizzah.

Ikklikkja fuq il-links ta’ hawn taħt sabiex issib it-tagħrif li teħtieġ

1 – Id-drittijiet tiegħi matul l-investigazzjoni

2 – Id-drittijiet tiegħi matul il-proċedimenti ġudizzjarji

3 – Id-drittijiet tiegħi wara l-proċedimenti ġudizzjarji

Links relatati

Il-Ministeru tal-Ġustizzja Ċek

Il-Ministeru tal-Affarijiet Interni Ċek

L-Assoċjazzjoni tal-Avukati Ċeki

Informazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem

Informazzjoni legali għal kulħadd

L-aħħar aġġornament: 21/03/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.