Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin

il-Kroazja

Il-kontenut ipprovdut minn
il-Kroazja

SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

il-Kroazja

Il-Liġi tal-Familja – Materji tas-sistemi li jirregolaw il-beni tal-miżżewġin


*input mandatarju

L-Artikolu 64(1)(a) - il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' eżekutorjetà skont l-Artikolu 44(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 49(2)

Ir-rikorsi għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 44(1) u l-appelli minn deċiżjonijiet dwar dawn ir-rikorsi skont l-Artikolu 49(2) iridu jiġu ppreżentati quddiem il-qrati muniċipali.

Il-qrati responsabbli huma:

Il-qrati muniċipali kollha skont l-Att dwar it-Territorji u s-Sede tal-Qrati (Narodne novine (NN; Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) Nru 128/14).

L-Artikolu 64(1)(b) - il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fuq appell imsemmija fl-Artikolu 50

Skont il-liġi nazzjonali applikabbli fil-Kroazja, ma hemmx mekkaniżmu li permezz tiegħu, għall-għanijiet tal-Artikolu 50, tista’ tiġi kkontestata ulterjorment deċiżjoni fuq rimedju legali, jiġifieri ma hemmx qrati li quddiemhom jista’ jiġi ppreżentat appell ulterjuri.

L-Artikolu 65(1) - il-lista tal-awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna Kroat ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Bulgarul-Ispanjoliċ-Ċekid-Daniżil-Ġermaniżl-Estonjanil-Griegl-Ingliżil-Franċiżit-Taljanil-Latvjanil-Litwanl-Ungeriżl-Olandiżil-Pollakkil-Portugiżir-Rumenis-Slovakkis-Slovenil-Finlandiżl-Isvediż diġà ġew tradotti.

Fil-Kroazja, il-qrati muniċipali huma responsabbli għal kawżi mhux kontenzjużi u ta’ eżekuzzjoni skont l-Att dwar il-Qrati (NN Nri 28/13, 33/15, 82/15, 82/16). Għalhekk, skont il-liġi nazzjonali applikabbli fil-Kroazja, ma hemmx awtoritajiet jew professjonisti legali kompetenti oħra skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament b’kompetenza fil-qasam tar-reġim tal-propjetà matrimonjali li jeżerċitaw funzjonijiet ġuridiċi jew jaġixxu b’delega ta’ poter minn awtorità ġudizzjarja jew taħt il-kontroll tagħha.

L-aħħar aġġornament: 14/03/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.