Jekk it-talba tiegħi (minn pajjiż ieħor) se titqies f’dan il-pajjiż

Ungerija

Il-kontenut ipprovdut minn
Ungerija

Liema awtorità tiddeċiedi dwar talba għal kumpens f’każijiet transfruntieri?

Bħala l-awtorità li tiddeċiedi, l-Uffiċċju tal-Gvern ta’ Budapest (Budapest Főváros Kormányhivatala) huwa awtorizzat jiddeċiedi dwar talbiet għal kumpens li jaslu minn Stati Membri oħrajn:

1117 Budapest, Prielle Kornélia u. 4.

+36 1 896 2104

email: isz.igazgatosag@bfkh.gov.hu

web: https://www.kormanyhivatal.hu/hu/aldozatsegito-szolgalat-at

Nista’ nibgħat it-talba tiegħi direttament lill-awtorità li tiddeċiedi f’dan il-pajjiż anki f’każijiet transfruntieri (mingħajr ma jkolli bżonn ngħaddi mill-awtorità ta’ assistenza f’pajjiżi)?

Iva.

B’liema lingwa/i, l-awtorità jew l-awtoritajiet li jridu jagħtu kumpens, jaċċettaw:

– it-talba?

Kwalunkwe lingwa.

– id-dokumenti ta’ sostenn?

Kwalunkwe lingwa.

Jekk l-awtorità tal-kumpens tittraduċi t-talba/id-dokumenti ta’ sostenn minn pajjiż ieħor tal-UE, min iħallas għat-traduzzjoni?

L-Istat Ungeriż.

Hemm xi imposti amministrattivi jew imposti oħrajn x’jitħallsu f’dan il-pajjiż għall-ipproċessar tat-talba tiegħi (li tkun waslet minn pajjiż ieħor tal-UE)? Jekk iva, kif nista’ nħallashom?

Le, ma hemmx imposti ta’ dan it-tip x’jitħallsu.

F’każ li jkolli bżonn inkun preżenti waqt il-proċedura u/jew waqt li tkun qed tiġi deċiża t-talba tiegħi, nista’ niġi rimborżat għall-ispejjeż tal-ivjaġġar tiegħi? Kif nista’ napplika għalihom? Lil min għandi nikkuntattja?

Il-proċedura ma teħtieġx li tkun preżenti personalment.

Jiġi pprovdut interpretu, f’każ li jkolli nkun personalment preżenti?

Iva.

Iċ-ċertifikati mediċi, li jingħataw mit-tobba fil-pajjiż ta’ residenza tiegħi, jiġu aċċettati jew rikonoxxuti – jew is-saħħa/korriment tiegħi jkun irid jiġi eżaminat mill-esperti mediċi tagħkom stess?

L-awtorità Ungeriża taċċetta ċ-ċertifikati mediċi tal-pajjiż ta’ residenza tiegħek.

Niġi rimborżat tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħi, jekk ikolli nagħmel eżami mediku f’dan il-pajjiż?

Le.

Kemm tieħu żmien biex l-awtorità/il-korp jiddeċiedi dwar talba għal kumpens?

Matul il-proċedura, trid tittieħed deċiżjoni fi żmien massimu ta’ 60 jum.

B’liema lingwa nirċievi d-deċiżjoni dwar it-talba tiegħi?

Bl-Ungeriż; din tiġi tradotta għall-klijenti li ma jitkellmux bl-Ungeriż.

Jekk ma nkunx sodisfatt bid-deċiżjoni, kif nista’ nikkontestaha?

Jistgħu jitressqu proċedimenti amministrattivi quddiem il-qrati kontra d-deċiżjoni mogħtija fl-ewwel istanza.

Nista’ ningħata għajnuna legali (għajnuna minn avukat) skont ir-regoli tal-pajjiż l-ieħor?

Tista’ tirċievi għajnuna legali abbażi tal-Att Ungeriż LXXX tal-2003 dwar l-għajnuna legali.

Hemm xi organizzazzjonijiet tal-appoġġ għall-vittmi li jistgħu jgħinuni nitlob kumpens f’kawża transfruntiera?

Is-servizzi biex jgħinu jasserixxu l-interessi tiegħek huma disponibbli minn kwalunkwe unità organizzattiva tas-servizz ta’ appoġġ għall-vittmi, jiġifieri fl-uffiċċji tal-gvern tal-kontea u ta’ Budapest u fiċ-Ċentri tas-Servizzi ta’ Appoġġ għall-Vittmi, fejn il-konsulenti ta’ appoġġ għall-vittmi jipprovdu assistenza prattika (pereżempju: assistenza biex jimtlew l-applikazzjonijiet) u informazzjoni lill-partijiet interessati. Il-vittmi jistgħu jirrikorru wkoll għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (pereżempju: Iċ-ċirku abjad (Fehérgyűrű), l-Għajnuna Battista Ungeriża (Baptista Szeretetszolgálat), eċċ.).

L-aħħar aġġornament: 03/05/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.