Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna it-Taljan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Dwar in-Networks

Italja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

In-netwerk ġudizzjarju Taljan huwa bbażat fil-Ministeru tal-Ġustizzja Taljan, fl-Uffiċċju għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali fid-Dipartiment tal-Affarijiet Ġudizzjarji tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja.

Bħalissa hemm ħames punti ta’ kuntatt.

Il-punti ta’ kuntatt huma f’kuntatt kostanti ma’ membri oħra tan-Netwerk, li magħhom jikkollaboraw fl-ipproċessar ta’ talbiet għal kooperazzjoni jew fit-tħejjija ta’ skedi informattivi prattiċi biex jiġu ppubblikati fuq il-Portal tal-e-Ġustizzja.

Il-membri l-oħra tan-netwerk Taljan huma:

  • id-Dipartiment tal-Ġustizzja għall-Minorenni u Komunitarja (Dipartimento per la giustizia minorile e di comunità),
  • id-Direttorat Ġenerali għas-Sistemi ta’ Informazzjoni Awtomatizzati (Direzione generale per i sistemi informativi automatizzati, punt ta’ kuntatt għall-Portal tal-e-Ġustizzja),
  • l-awtorità ċentrali għan-notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji,
  • il-Kamra Nazzjonali tal-Avukati (Consiglio Nationale Forense) u
  • il-Kunsill tan-Nutara Taljan (Consiglio Italiano del Notariato).

Il-punti ta’ kuntatt għan-NĠE għandhom ukoll rabtiet ma’

  • il-Kulleġġ Ġudizzjarju (Scuola Superiore della Magistratura),
  • il-fergħa Taljana tan-Netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi (ECC Net),
  • l-istruttura tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern fl-Italja u
  • Pietro Franzina, professur tad-dritt internazzjonali privat fl-Università Kattolika ta’ Sacro Cuore, espert li jagħti pariri lill-punti ta’ kuntatt.

Bħala regola, il-membri Taljani tan-Netwerk jiltaqgħu darba fis-sena.

Il-punti ta’ kuntatt jipprovdu assistenza lill-qrati u lill-uffiċjali legali li jittrattaw kwistjonijiet transfruntiera.

Il-pubblikazzjonijiet kollha mibgħuta mill-Kummissjoni (fuljetti, sommarji ta’ informazzjoni, eċċ.) jitqassmu lill-qrati, lill-uffiċjali legali u lill-partijiet ikkonċernati.

Xi drabi, il-punti ta’ kuntatt jirċievu delegazzjonijiet minn Stati Membri oħra li jżuru l-Italja bħala parti mit-taħriġ ġudizzjarju tagħhom.

Qed issir referenza għan-Netwerk fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja.

Lista ta’ awtoritajiet li jittrattaw ir-regolamenti l-aktar rilevanti għall-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali:

- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta’ Mejju 2001;

Id-Direttiva 8/2003 dwar l-għajnuna legali.

Fiż-żewġ każijiet, l-awtorità ċentrali fl-Italja hija:

Il-Ministeru tal-Ġustizzja

Id-Dipartiment tal-Affarijiet Ġudizzjarji (Dipartimento Affari di Giustizia)

Id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Internazzjonali u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja - Uffiċċju I Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali (Direzione Generale degli Affari internazionali e della Cooperazione Giudiziaria).

Via Arenula 70,

00186 RUMA

Telefon: +39 06 68852633, +39 06 68852180

Posta elettronika: cooperation.dginternazionale@giustizia.it

Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar in-notifika ta’ dokumenti

L-awtorità ċentrali fl-Italja hija:

L-Uffiċċju tal-Bailiffs fil-Qorti tal-Appell ta’ Ruma (Ufficio Unico degli Ufficiali Giudiziari presso la Corte d’Appello di Roma)

Viale Giulio Cesare, 52

00192 RUMA

Telefon: +39 06 328361

Faks: +39 06 328367933

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 (Brussell IIa)

- Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 (obbligi ta’ manteniment);

L-awtorità ċentrali fl-Italja hija:

Il-Ministeru tal-Ġustizzja

id-Dipartiment tal-Ġustizzja għall-Minorenni u Komunitarja (Dipartimento per la giustizia minorile e di comunità),

Via Damiano Chiesa, 24

00136 RUMA

Telefon: +39 06 68188 535/331/326

Faks: +39 06 68808085

Posta elettronika: autoritacentrali.dgmc@giustizia.it

L-aħħar aġġornament: 21/07/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.